Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0251

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 251/93 ta’ l-4 ta’ Frar 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3807/92 dwar ċerti dispożizzjonijiet fis-settur taċ-ċanga wara s-sostituzzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 569/88 bir-Regolament (KEE) Nru 3002/92

ĠU L 28, 5.2.1993, p. 47–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/251/oj

31993R0251



Official Journal L 028 , 05/02/1993 P. 0047 - 0047


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 251/93

ta’ l-4 ta’ Frar 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3807/92 dwar ċerti dispożizzjonijiet fis-settur taċ-ċanga wara s-sostituzzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 569/88 bir-Regolament (KEE) Nru 3002/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-laħam tal-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 125/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/88 [3], kien sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 li jistipula ir-regoli komuni dettaljati li jivverifikaw l-użu u/jew id-destinazzjoni tal-prodotti mill-intervent [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 75/93 [5], biex jiżgura li dawn ta’ l-aħħar jintużaw għall-iskop imniżżel jew jintbagħtu lejn id-destinazzjoni speċifikata; billi ċerti emendi bħala konsegwenza ġew stipulati fis-settur taċ-ċanga bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3807/92 [6]; billi, b’żieda ma’ dawk l-emendi, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2824/85 tad-9 t’Ottubru 1985 li jistipula regoli dettaljati għal-laħam taċ-ċanga iffriżat mingħajr għadam minn ħażniet ta’ l-intervent għall-esportazzjoni [7] għandu wkoll jiġi emendat, billi huwa xieraq li dik l-emenda tiddaħħal fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3807/92;

Billi il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 3807/92 l-Artikolu 2(a) li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 2(a)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2824/85 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 6

Meta l-Artikolu 4 jkun applikat, l-ordni tat-tneħħija msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3002/92 kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u fejn ikun il-każ, il-kaxxa 106 tal-kopja tal-kontroll T 5, għandha turi waħda jew aktar mill-konfermi li ġejjin:

Productos de intervención sin restitución (Reglamento (CEE) no 2824/85),

Interventionsprodukter uden restitution (forordning (EOEF) nr. 2824/85),

Interventionserzeugnisse ohne Erstattung (Verordnung (EWG) Nr. 2824/85),

Προϊόντα παρεμβάσεως χωρίς επιστροφή κανονισμός ((ΕΟΚ) αριθ. 2824/85),

Intervention products without refund ġRegulation (EEC) No 2824/85),

Produits d’intervention sans restitution (règlement (CEE) no 2824/85),

Prodotti d’intervento senza restituzione (regolamento (CEE) n. 2824/85),

Interventieprodukten zonder restitutie (Verordening (EEG) nr. 2824/85),

Produtos de intervenção sem restituição (Regulamento (CEE) no 2824/85).""

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Frar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, 28.6.1968, pg. 24

[2] ĠU L 18, 27.1.1993, pg. 1

[3] ĠU L 55, 1.3.1988, pg. 1

[4] ĠU L 301, 17.10.1992, pg. 17

[5] ĠU L 11, 19.1.1993, pg. 5

[6] ĠU L 384, 30.12.1992, pg. 33

[7] ĠU L 268, 10.10.198 5, pg. 14

--------------------------------------------------

Top