EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0092

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti

ĠU L 311, 14.12.1993, p. 1–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0067

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/92/oj

31993L0092



Official Journal L 311 , 14/12/1993 P. 0001 - 0075


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE

tad-29 ta' Ottubru 1993

dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbillixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti [1],

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [2],

Bil-kooperazzjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi, f'kull Stat Membru l-apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl imwaħħal fuq vetturi b'żewġ jew bi tliet roti jrid ikollhom ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti b'disposizzjonijiet mandatarji li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi, bħala riżultat ta' dawn id-differenzi, dawn id-disposizzjonijiet huma ta' barriera għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità;

Billi dawn il-barrieri għat-tħaddim ta' suq intern jistgħu jitneħħew jekk jiġu adottati l-istess kondizzjonijiet mill-Istati Membri kollha minflok ir-regoli nazzjonali tagħhom;

billi huwa meħtieġ li jkunu mħejjija kondizzjonijiet armonizzati li jikkonċernaw it-twaħħil ta' apparat tad-dawl u li jagħmel sinjal bid-dawl sabiex il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip stabbilita fid-Direttiva 92/61/KEE tkun tista' tiġi applikata għal kull vettura;

Billi sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi li m'humiex parti mill-Komunità jidher li, sa fejn huma kkonċernati l-muturi b'żewġ roti, hemm bżonn li tiġi stabbilita ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva u dawk tar-Regolament Nru 53 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għall-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq it-tipi kollha ta' vetturi kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/61/KEE.

Artikolu 2

Il-proċedura li tirregola l-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent fir-rigward ta' l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta' dawn il-vetturi għandha tkun kif stabbilita fid-Direttiva 92/61/KEE.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/61/KEE, l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għal motoċikletti b'żewġ roti u dawk stabbiliti fir-Regolament Nru 53 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (E/ECE/TRANS/505-Add.52/Amend. 1) hija hawnhekk rikonoxxuta.

L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri li jagħtu approvazzjoni tat-tip ta' komponent għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet mogħtija skond il-kondizzjonijiet tar-Regolament Nru 53 imsemmi hawn fuq, kif ukoll il-marki ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent bħala alternattivi għall-approvazzjonijiet korrispondenti mogħtija skond il-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-emendi kollha meħtieġa għall-addattazzjoni ta' l-Annessi I sa VI għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE [5].

Artikolu 5

L-Istati Membri li, fil-liġi nazzjonali tagħhom li tikkonċerna l-installazzjoni ta' lampi tal-waqfien fuq mopeds ta' żewġ roti, jispeċifikaw kondizzjonijiet li huma inqas stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva jistgħu jkomplu japplikaw dawk il-kondizzjonijiet għal perjodu massimu ta' tliet snin mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 1995. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva jew jigu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir tali refenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Mid-data msemmija fl-ewwel sottoparagrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi ma' l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl, jipprojbixxu l-bidu tad-dħul fis-servizz ta' vetturi li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel sottoparagrafu mill-1 ta' Novembru 1995.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ottubru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Urbain

[1] ĠU L 225, 10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU C 93, 13.4.1992, p. 39.

[3] ĠU C 305, 23.11.1992, p. 115 u d-Deċiżjoni tas-27 ta' Ottubru 1993 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 313, 30.11.1992, p. 7.

[5] (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.) kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225, 10.8.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

LISTA TA' L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Definizzjonijiet u kondizzjonijiet ġenerali … | 122 |

Appendiċi 1: | Is-superfiċi, l-assi u ċ-ċentru ta' referenza ta' lampi u l-angoli ta' viżibilità ġeometrika … | 128 |

Appendiċi 2: | Definizzjoni tal-kuluri tal-lampi … | 129 |

L-ANNESS II: | Kondizzjonijiet li japplikaw għal mopeds ta' żewġ roti … | 130 |

Appendiċi 1: | Il-Viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta' wara … | 138 |

Appendiċi 2: | Disinn ta' arranġament … | 139 |

Appendiċi 3: | Dokument ta' informazzjoni dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' moped ta' żewġ roti … | 140 |

Appendiċi 4: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent għall-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' moped ta' żewġ roti … | 141 |

L-ANNESS III: | Kondizzjonijiet li japplikaw għal mopeds ta' tliet roti u roti żgħar ta' erba' roti … | 142 |

Appendiċi 1: | Il-Viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta' wara … | 150 |

Appendiċi 2: | Disinn ta' arranġament … | 151 |

Appendiċi 3: | Dokument ta' informazzjoni dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' moped ta' tliet roti … | 152 |

Appendiċi 4: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent għall-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' moped ta' tliet roti … | 153 |

L-ANNESS IV: | Kondizzjonijiet li japplikaw għall-motoċikletti ta' żewġ roti … | 154 |

Appendiċi 1: | Il-Viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta' wara … | 163 |

Appendiċi 2: | Disinn ta' arranġament … | 164 |

Appendiċi 3: | Dokument ta' informazzjoni dwar l-installazzjoni ta' apparat li jixgħel u li jagħmel sinjal bid-dawl fuq tip ta' motoċikletta ta' żewġ roti … | 165 |

Appendiċi 4: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent għall-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' motoċikletta ta' żewġ roti … | 166 |

L-ANNESS V: | Ħtiġijiet li japplikaw għall-motoċikletti b'side-car … | 167 |

Appendiċi 1: | Il-Viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta' wara … | 176 |

Appendiċi 2: | Disinn ta' arranġament … | 177 |

Appendiċi 3: | Dokument ta' informazzjoni dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' motoċikletti b'side-car … | 178 |

Appendiċi 4: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent għall-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' motoċikletta b'side-car … | 179 |

L-ANNESS VI: | Kondizzjonijiet li japplikaw għal triċikletti … | 180 |

Appendiċi 1: | Il-Viżibilità tad-dwal ħomor lejn il-quddiem u d-dwal bojod lejn in-naħa ta' wara … | 190 |

Appendiċi 2: | Disinn ta' arranġament … | 191 |

Appendiċi 3: | Dokument ta' informazzjoni dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' triċikletta … | 192 |

Appendiċi 4: | Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent għall-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq tip ta' triċikletta … | 193 |

--------------------------------------------------

Top