Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0722

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid

    ĠU L 337, 31.12.1993, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2009; Imħassar b' 32009R1139

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/722/oj

    Related international agreement

    31993D0722



    Official Journal L 337 , 31/12/1993 P. 0011 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0214
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0214


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-23 ta’ Novembru 1993

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid

    (93/722/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

    Filwaqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il- Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim negozjat bejn il- Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid jgħin biex irendi l-miżuri għall-eliminazzjoni tal- konkorrenza żleali fil-kummerċ aktar effettivi, jaċċerta livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur u jippromwovi l-kummerċ fl-inbid bejn il-Partiijiet Kontraenti; billi huwa għalhekk mixtieq li l-Ftehim imsemmi jiġi approvat;

    Billi, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata li tagħmel l-aġġustamenti neċessarji kollha skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta’ Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1];

    Billi, minħabba li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim huma direttament marbuta ma’ miżuri koperti mill-politika komuni kummerċjali u agrarja, dan il-Ftehim għandu jkun stabbilit fuq livell Komunitarju

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproċi ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid u l-Protokoll mehmuż miegħu huma b’ dan approvati għall- Komunità.

    It-test ta’ l-atti msemmija fl-ewwel paragrafu huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’ dan awtoriżżat li jinnomina lill-persuna awtorizzata li tiffirma l-Ftehim u sabiex tiddepożita l-istrument ta’ l-approvazzjoni mill- Komunità.

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika msemmija fl-Artikolu 19(1) tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 13 tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija b’ din awtorizzata li tikkonkludi l-atti meħtieġa sabiex temenda l-Ftehim, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 83 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Novembru 1993.

    Għall-Kunsill

    M. Smet

    Il-President

    [1] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1566/93 (ĠU L 154, tal-25.6.1993, p. 39.

    --------------------------------------------------

    Top