This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992R1613
Commission Regulation (EEC) No 1613/92 of 24 June 1992 amending Regulation (EEC) No 3556/87 laying down additional detailed rules for the application of the system of advance-fixing certificates in the case of certain cereal sector products exported in the form of pasta falling within 1902 11 00 and 1902 19 of the combined nomenclature
IR- Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1613/92 ta’-24 ta’ Ġunju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3556/87 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tas-sistema ta’ l-iffissar bil-quddiem taċ-ċertifikati fil-każ ta’ ċerti prodotti fis-settur taċ-ċereali esportati f’forma ta’ għaġin li huwa skond in-nomenklatura magħquda 19021100 u 190219
IR- Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1613/92 ta’-24 ta’ Ġunju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3556/87 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tas-sistema ta’ l-iffissar bil-quddiem taċ-ċertifikati fil-każ ta’ ċerti prodotti fis-settur taċ-ċereali esportati f’forma ta’ għaġin li huwa skond in-nomenklatura magħquda 19021100 u 190219
ĠU L 170, 25.6.1992, p. 14–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835
Official Journal L 170 , 25/06/1992 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0168
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0168
Ir- Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1613/92 ta’-24 ta’ Ġunju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3556/87 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tas-sistema ta’ l-iffissar bil-quddiem taċ-ċertifikati fil-każ ta’ ċerti prodotti fis-settur taċ-ċereali esportati f’forma ta’ għaġin li huwa skond in-nomenklatura magħquda 19021100 u 190219 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 674/92 [2], u b’mod speċjali l-Artikolu 24 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3556/87 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 4057/87 [4], stabilixxa regoli dettaljati għat-tħaddim tas-sistema ta’ l-iffissar bil-quddiem taċ-ċertifikati fil-każ ta’ ċerti prodotti fis-settur taċ-ċereali esportati fil-forma ta’ għaġin li huwa skond is-sottotitoli 19021100 u 190219 tan-nomenklatura magħquda; billi dak ir-Regolament ma baqax jgħodd mit-30 ta’ April 1988; Billi tagħrif dwar l-iffissar bil-quddiem huwa meħtieġ għat-tħaddim tal- punt 6 tal-ftehim bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar l-għaġin; Billi r-Repubblika Taljana baqgħet tibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-iffissar taċ-ċertifikati bil-quddiem li jolqtu l-għaġin esportat lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika; billi huwa importanti li jkun magħruf ukoll l-iffissar bil-quddiem magħmul fi Stati Membri oħra; Billi l-miżuri li jkopri dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3556/87 huwa hawnhekk emendat skond li ġej: 1. Il-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 1 huma mibdula b’dan li ġej: "it-taqisma 20 ta’ l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat ta’ l-iffissar bil-quddiem u ċ-ċertifikat innifsu msemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1760/83 għandha tindika biss dawk il-prodotti li huma skond is-sottotitoli 19021100 u190219 tan-nomenklatura magħquda; sezzjoni 7 għandha timtela "L-Istati Uniti ta’ l-Amerika"; jew "barra l-Istati Uniti ta’ l-Amerika";. Iċ-ċertifikat għandu jkollu obbligu għall-esportazzjoni kif indikat."; 2. it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3(1) hija mibdula b’dan li ġej: "L-ammonti ta’ għaġin li huma skond is-sottotitoli 19021100 u 190219 tan-nomenklatura magħquda li għalihom ir-rata tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni kienet stabbilita bil-quddiem, id-data li fiha d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tal-għaġin lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienet aċċettata mill-awtoritajiet rilevanti tad-dwana, u d-data li fiha ċ-ċertifikat użat ta’ l-iffissar bil-quddiem kien konsenjat."; 3. fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2), "DG III/B/2" hi mibdula b’ "DG III/C/2"; 4. it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 hu mibdul b’dan li ġej: "Għandu jgħodd għaċ-ċertifikati li applikaw għalihom mill-1 ta’ Lulju 1992." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1992. F’isem il-Kummissjoni Martin Bangemann Viċi-President [1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 73, tad-19.3.1992, p. 7. [3] ĠU L 337, tas-27.11.1987, p. 57. [4] ĠU L 379, tal-31.12.1987, p. 31. --------------------------------------------------