Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R1247

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1247/92 tat-30 ta' April 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali lill-persuni mpjegati, lill-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità

    ĠU L 136, 19.5.1992, p. 1–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/1247/oj

    31992R1247



    Official Journal L 136 , 19/05/1992 P. 0001 - 0006
    Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0124
    Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0124


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1247/92

    tat-30 ta' April 1992

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali lill-persuni mpjegati, lill-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 51 u 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, magħmul wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Amministrattiva dwar Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema li Jemigraw [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi kien meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 [4], kif aġġornat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2001/83 [5], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2195/91 [6];

    Billi huwa meħtieġ li d-definizzjoni ta' "membru tal-familja" tiġi estiża fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 sabiex tkun konformi mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta' din l-espressjoni;

    Billi huwa wkoll meħtieġ li titqies il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li ssemmi ċerti benefiċċji pprovduti taħt liġijiet nazzjonali jistgħu jaqgħu simultanjament fil-kategoriji kemm ta' sigurtà soċjali kif ukoll ta' l-assistenza soċjali minħabba l-klassi ta' persuni li għalihom japplikaw dawn il-liġijiet, l-għanijiet tagħhom u l-mod kif japplikaw;

    Billi l-Qorti tal-Ġustizzja stqarret li, għal xi partikolaritajiet tagħha, leġislazzjoni li taħtha huma mogħtija benefiċċji bħal dawn hija viċin għall-assistenza soċjali fis-sens li l-bżonn huwa kriterju essenzjali għall-implimentazzjoni u l-kondizzjonijiet ta' l-intitolament mhumiex ibbażati fuq l-aggregazzjoni tal-perijodu tax-xogħol jew kontribuzzjonijiet, filwaqt li f'partikolaritajiet oħra hija viċin ta' sigurtà soċjali tant li fl-assenza ta' diskrezzjoni fil-mod ta' kif dawn il-benefiċċji kif ipprovduti hemm taħt huma mogħtija u fis-sens li tikkonferixxi pożizzjoni imfissra legalment dwar il-benefiċjarji;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jeskludi mill-għan tiegħu, permezz ta' l-Artikolu 4(4), skemi ta' l-assistenza soċjali;

    Billi l-kondizzjonijiet imsemmija u l-metodi ta' l-applikazzjoni tagħhom huma tali li sistema ta' koordinazzjoni li hija differenti minn dik ipprovduta bħal issa pprovduta fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u li jieħu in akkont il-karatteristiċi speċjali tal-benefiċċji kkonċernati għandhom jiġu inklużi fir-Regolament sabiex jiġu protetti l-interessi ta' ħaddiema li jemigraw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 51 tat-Trattat;

    Billi benefiċċji bħal dawn imisshom jingħataw, rigward persuni li jaqgħu taħt l-għanijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, biss skond il-leġislazzjoni tal-pajjiż tar-residenza tal-persuna kkonċernata jew ta' membri tal-familja tiegħu jew tagħha, bl-għadd ta' perijodi ta' residenza kompletati fi Stat Membru ieħor skond kif ikun meħtieġ u mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità;

    Billi huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema eżistenti ta' koordinament fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tkompli tapplika għall-benefiċċji msemmija jew mhux inklużi espressament fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi Anness ġdid huwa meħtieġ għal dan l-għan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Regolament (KEE) Nru 1408/71 huwa emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 1:

    (a) punt (f) għandu jsir punt (f)(i), u dan li ġej għandu jkun imdaħħal bħala punt (f)(ii):

    "(ii) Fejn, madankollu, il-benefiċċji kkonċernati għall-persuni b'diżabilità mogħtija skond il-leġislazzjoni ta' Stat Membru lill-persuni kollha ta' nazzjonalità ta' dak l-Istat li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti, it-terminu "membru ta' familja"; jfisser mill-inqas il-konjuġi ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha u t-tfal ta' dik il-persuna li jkunu għadhom taħt l-eta' jew dipendenti fuq dik il-persuna";

    (b) dan li ġej għandu jiżdied ma' l-ewwel sottoparagrafu tal-punt (j);

    "jew dawk il-benefiċċji speċjali mhux ta' kontribuzzjoni koperti mill-Artikolu 4(2a).";

    2. Fl-Artikolu 4, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

    "2a. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-benefiċċji speċjali mhux kontributorji li huma pprovduti taħt leġislazzjoni jew skemi li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1 jew esklużi permezz tal-paragrafu 4, billi dawn il-benefiċċji huma maħsuba:

    (a) jew sabiex jipprovdi protezzjoni supplimentari, sostitwita jew anċillari kontra r-riskji koperti mill-friegħi ta' sigurtà soċjali msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (h), jew

    (b) unikament bħala protezzjoni speċifika għall-persuni b'diżabilità.

    2b. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal disposizzjonijiet fil-liġijiet ta' Stat Membru li jikkonċernaw benefiċċji speċjali mhux kontributorji, imsemmija fl-Anness II, it-Taqsima III, u li l-validità tagħhom hija limitata għal parti mit-territorju tiegħu";

    3. L-Artikolu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 5

    Dikjarazzjonijiet mill-Istati Membri dwar l-għan ta' dan ir-Regolament

    L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-leġislazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2), il-benefiċċji speċjali mhux ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2a), il-benefiċċji minimi msemmija fl-Artikolu 50 u l-benefiċċji msemmija fl-Artikoli 77 u 78 fid-dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu nnotifikati u ppubblikati skond l-Artikolu 97.";

    4. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 10a

    Benenfiċċji speċjali mhux kontributorji

    1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u t-Titolu III, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jingħataw benefiċċji speċjali monetarji mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a) esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedu, skond il-liġijiet ta' dak l-Istat, basta dawk il-benefiċċji huma mniżżla fl-Anness IIa. Benefiċċji bħal dawn għandhom jingħataw minn, u a spejjeż ta', l-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

    2. L-istituzzjoni ta' Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tagħha, id-dritt għall-benefiċċji li jaqgħu taħt il-paragrafu 1 hija soġġetta għat-tkomplija ta' perijodi ta' xogħol, self-employment jew residenza għandu jirrigwarda, sa fejn hu meħtieġ, perijodi ta' xogħol, self-employment jew residenza mwettqa fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor daqs li kieku kienu perijodi mwettqa fit-territorju ta' l-ewwel Stat Membru.

    3. Billi d-dritt għall-benefiċċju li jaqgħu taħt il-paragrafu 1 iżda mogħtija fil-forma ta' suppliment huwa soġġett, taħt il-liġijiet ta' Stat Membru, għar-riċeviment ta' benefiċċju li jaqa' taħt l-Artikolu 4(1)(a) sa (h), u l-ebda benefiċċju bħal dan ma jmiss taħt dik il-leġislazzjoni, kull benefiċċju korrispondenti mogħti taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandu jiġi ttrattat bħala benefiċċju mogħti taħt il-liġijiet ta' l-ewwel Stat Membru għall-għanijiet ta' drittijiet għas-suppliment.

    4. Billi l-għoti ta' benefiċċju għal diżabilità jew invalidità kopert li jaqa' taħt il-paragrafu 1 huwa soġġett, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, għall-kondizzjoni li d-diżabilità jew l-invalidità tkun djagnostikata għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, din il-kondizzjoni għandha tingħad sodisfatta meta djanjosi bħal din issir għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.";

    5. Dan li ġej għandu jiżdied fl-Anness II:

    "III. Benefiċċji speċjali mhux kontributorji fis-sens ta' l-Artikolu 4(2b) li ma jaqgħux fl-għanijiet tar-Regolament

    A. IL-BELĠJU

    Xejn.

    B. ID-DANIMARKA

    Xejn.

    Ċ. IL-ĠERMANJA

    (a) Benefiċċji mogħtija taħt il-leġislazzjoni tal-Laender għall-persuni b'diżabilità, partikolarment għal dawk neqsin mid-dawl.

    (b) Is-suppliment soċjali taħt il-Liġi tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar l-allinjament tal-pensjonijiet.

    D. SPANJA

    Xejn.

    E. FRANZA

    Xejn.

    F. IL-GREĊJA

    Xejn.

    G. L-IRLANDA

    Xejn.

    H. L-ITALJA

    Xejn.

    I. IL-LUSSEMBURGU

    Xejn.

    J. L-OLANDA

    Xejn.

    K. IL-PORTUGALL

    Xejn.

    L. IR-RENJU UNIT

    Xejn."

    6. L-Anness li ġej għandu jiżdied:

    "L-ANNESS II a

    (L-Artikolu 10 a tar-Regolament)

    A. IL-BELĠJU

    (a) Allowances għall-persuni b'diżabilità (Liġi tas-27 ta' Frar 1987).

    (b) Dħul garantit għall-persuni anzjani (Liġi ta' l-1 ta'April 1969).

    (c) Benefiċċji tal-familja ggarantiti (Liġi ta' l-20 ta' Lulju 1971).

    B. ID-DANIMARKA

    Xejn.

    Ċ. IL-ĠERMANJA

    Xejn.

    D. SPANJA

    (a) Benefiċċji taħt il-Liġi dwar l-integrazzjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità (Liġi Nru 13/82 tas-7 ta' April 1982).

    (b) Benefiċċji fi flus sabiex jassistu lill-anzjani u l-invalidi li ma jistgħux jaħdmu (Digriet Rjali Nru 2620/81 ta' l-24 ta' Lulju 1981).

    E. FRANZA

    (a) Allowance supplimentarja mill-Fond Nazzjonali għas-Solidarjetà (Liġi tat− 30 ta' Ġunju 1956).

    (b) Allowance għal adulti b'diżabilità (Liġi tat-30 ta' Ġunju 1975).

    F. IL-GREĊJA

    (a) Benefiċċji speċjali għall-persuni anzjani (Liġi 1296/82).

    (b) Allowance għall-ulied ta' nisa li ma jaħdmux u li żwieġhom kienu msejħa għas-servizz militari (Liġi 1483/84, l-Artikolu 23(1)).

    (ċ) Allowance għall-ulied ta' nisa li ma jaħdmux u li żwieġhom qegħdin il-ħabs (Liġi 1483/84, l-Artikolu 23(2)).

    (d) Allowance għall-persuni li jsofru minn anemija konġenitali emolitika (Digriet-Liġi 321/69) (Ordni Ministerjali Komuni G4a/F.222/oik.2204).

    (e) Allowance għall-persuni neqsin mis-smiegħ u d-dawl (Liġi Eċċezzjonali 421/37) (Ordni Ministerjali Komuni G4B/F.422/oik.2205).

    (f) Allowance għall-persuni b'diżabilità serja (Digriet-Liġi 162/73) (Ordni Ministerjali Komuni G4a/F.225/oik.161).

    (g) Allowance għal "spasmophiliacs" (Digriet-Liġi 162/72) (Ordni Ministerjali Komuni G4a/F.224/oik.2207).

    (h) Allowance għall-persuni li jsofru minn diżabilità mentali serja (Digriet-Liġi 162/73) (Ordni Ministerjali Komuni G4b/F.423/oik.2208).

    (i) Allowance għall-persuni neqsin mid-dawl (Liġi 958/79) (Ordni Ministerjali Komuni G4b/F.421/oik.2209).

    G. L-IRLANDA

    (a) Assistenza għall-qgħad (Att ta' Welfare Soċjali (Konsolidazzjoni), 1981, Parti III, Kapitolu 2).

    (b) Pensjonijiet għall-età anzjana u għall-persuni neqsin mid-dawl (mhux-kontributorji) (Att ta' Welfare Soċjali (Konsolidazzjoni), 1981, Parti III, Kapitolu 3).

    (ċ) Pensjonijiet għar-romol u l-orfni (mhux kontributorji) (Att ta' Welfare Soċjali (Konsolidazzjoni), 1981, Parti III, Kapitolu 4).

    (d) Allowance għall-ġenituri waħedhom (Att ta' Welfare Soċjali, 1990, Parti III).

    (e) Allowance għall-persuni li jieħdu ħsieb lil ħaddieħor (Att ta' Welfare Soċjali, 1990, Parti III).

    (f) Suppliment għal dħul familjarju (Att ta' Welfare Soċjali, 1984, Parti III).

    (g) Allowance għall-manteniment ta' persuni b'diżabilità (Att dwar is-Saħħa, 1970, Artikolu 69).

    (h) Allowance għall-mobilità (Att dwar is-Saħħa, 1970, Artikolu 61).

    (i) Allowance għall-manteniment kontra mard infettiv (Att dwar is-Saħħa, 1947, Artikoli 5 u 44(5)).

    (j) Allowance għall-kura domiċiljarja (Att dwar is-Saħħa, 1970, Artikolu 61).

    (k) Allowance għall-welfare ta' persuni neqsin mid-dawl (Att dwar Persuni Neqsin mid-Dawl, 1920, Kapitolu 49).

    (l) Allowance għar-rijabilitazzjoni ta' persuni b'diżabilità (Att dwar is-Saħħa, 1970, Artikolu 68, 69 u 72).

    H. L-ITALJA

    (a) Pensjonijiet soċjali għal persuni mingħajr mezzi (Liġi Nru 153 tat-30 ta' April 1969).

    (b) Pensjonijiet u konċessjonijiet għal persuni b'diżabilità jew invalidità (Liġijiet Nru 118 tat-30 ta' Marzu 1974, Nru 18 tal-11 ta' Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta' Novembru 1988).

    (ċ) Pensjonijiet u konċessjonijiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mill-kelma (Liġijiet Nru 381 tas-26 ta' Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta' Novembru 1988).

    (d) Pensjonijiet u konċessjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl (Liġijiet Nru 382 tas-27 ta' Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta' Novembru 1988).

    (e) Benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjoni minima (Liġijiet Nru 218 ta' l-4 ta'April 1952, Nru 638 tal-11 ta' Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta' Diċembru 1990).

    (f) Benefiċċji li jissupplimentaw allowances tad-diżabilità (Liġi Nru 222 tat-12 ta' Ġunju 1984).

    (g) Allowances kull xahar għall-assistenza personali kontinwa għal dawk il-persuni li jirċievu pensjoni minħabba li ma jistgħux jaħdmu minħabba inkapaċi (Liġi Nru 222 tat-12 ta' Ġunju 1984).

    I. IL-LUSSEMBURGU

    (a) Allowance għall-kumpens kontra l-għoli tal-ħajja (Liġi tat-13 ta' Ġunju 1975).

    (b) Allowance speċjali kontra diżabilitajiet severi (Liġi tas-16 ta'April 1979).

    (c) Allowance għal maternità (Liġi tat-30 ta'April 1980).

    J. L-OLANDA

    Xejn.

    K. IL-PORTUGALL

    (a) Allowances familjarji mhux kontributorji (Digriet-Liġi Nru 160/80 tas-27 ta' Mejju 1980).

    (b) Allowances għall-ommijiet li jreddgħu it-trabi tagħhom (Digriet-Liġi Nru 160/80 tas-27 ta' Mejju 1980).

    (ċ) Allowance supplimentarja għal tfal u żgħażagħ b'diżabilità (Digriet-Liġi Nru 160/80 tas-27 ta' Mejju 1980).

    (d) Allowance għall-attendenza fi skejjel speċjali (Digriet-Liġi Nru 160/80 tas-27 ta' Mejju 1980).

    (e) Pensjoni mhux kontributorja għall-orfni (Digriet-Liġi Nru 160/80 tas-27 ta' Mejju 1980).

    (f) Allowances mhux kontributorji għall-invalidità (Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta'Ottubru 1980).

    (g) Pensjoni mhux kontributorji għall-anzjani (Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta'Ottubru 1980).

    (h) Pensjoni supplimentarja għall-invalidità severa (Digriet-Liġi Nru 160/80 tas-27 ta' Mejju 1980).

    (i) Pensjoni mhux kontributorja għar-romol (Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta' Novembru 1981).

    L. IR-RENJU UNIT

    (a) Allowance għall-mobilità (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, l-Artikolu 37a Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, l-Artikolu 37a).

    (b) Allowance għall-kura ta' persuni invalidi (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, Artikolu 37, u Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, l-Artikolu 37).

    (ċ) Kreditu tal-familjar (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1986 tal-25 ta' Lulju 1986, Artikoli 20 sa 22, u Ordni dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1986 tal-5 ta' Novembru 1986, l-Artikoli 21 sa 23).

    (d) Allowance għall-attendenza (Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, Artikolu 35 u Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1975 ta' l-20 ta' Marzu 1975, l-Artikolu 35).

    (e) Dħul b'appoġġ Att dwar is-Sigurtà Soċjali 1986 tal-25 ta' Lulju 1986, l-Artikoli 20 sa 22 u l-Artikolu 23 u Ordni dwar is-Sigurtà Soċjali (Irlanda ta' Fuq) 1986 tal-5 ta' Novembru 1986, l-Artikoli 21 sa 28).

    (f) Allowance għall-ħajja għall-persuni b'diżabilità (Att dwar Allowance għall-ħajja għall-Persuni b'Diżabilità u Allowance għal Xogħol minn Persuni b'Diżabilità 1991 tas-27 ta' Ġunju 1991, Artikolu 1 u Ordni dwar Allowance għall-Ħajja għall-Persuni b'Diżabilità u Allowance għal Xogħol minn Persuni b'Diżabilità (Irlanda ta' Fuq) 1991 ta' l-24 ta' Lulju 1991, l-Artikolu 3).

    (g) Allowance għal xogħol b'Diżabilità (Att dwar Allowance għall-Ħajja b'Diżabilità u Allowance għal Xogħol b'Diżabilità 1991 tas-27 ta' Ġunju 1991, Artikolu 6 u Ordni dwar Allowance għall-Ħajja b'Diżabilità u Allowance għal Xogħol b'Diżabilità (Irlanda ta' Fuq) 1991 ta' l-24 ta' Lulju 1991, l-Artikolu 8)."

    L-Artikolu 2

    1. L-Applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament ma għandux fih innifsu jeffettwa l-irtirar tal-benefiċċji mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, li għalih id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament japplikaw.

    2. L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament ma għandux fih innifsu jeffettwa ċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni għall-benefiċċju speċjali mhux kontributorju, mogħti b'żieda ta' pensjoni, magħmula minn mill-pretendent jew il-benefiċjarju li ssodisfa l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' dak il-benfiċċju qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament anke jekk hu jew hi residenti fit-territorju ta' Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti, basta l-applikazzjoni għall-benefiċċju hija magħmula ħames snin qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    3. Dan ir-Regolament ma għandux jagħti lok għal xi drittijiet rigward kwalunkwe perijodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    4. Minkejja li d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, kwalunkwe benefiċċju speċjali mhux kontributorju mogħti minbarra l-pensjoni li kienet miċħuda jew sospiża għar-raġuni li r-residenza tal-pretendent jew il-benefiċjarju fit-territorju ta' Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti għandu, fuq applikazzjoni ta' min qed jitlob jew il-benefiċjarju, jingħata jew jerġa' jiġi stabbilit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament b'effett mid-data tal-bdil ta' residenza.

    5. Perijodi ta' residenza, xogħol u "self-employment" mwettqa fit-territorju ta' Stat Membru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jittieħed inkonsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat id-dritt għal raġunijiet ta' u skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    6. Bla ħsara għal paragrafu 3, dan ir-Regolament jista' jagħti lok għal drittijiet minkejja li huma relatati ma ġrajja li mmaterjalizzat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    7. Kull dritt għal benefiċċju li ġie miċħud jew sospiż għal raġunijiet ta' nazzjonalità tal-pretendent jew tal-benefiċjarju għandu, fuq applikazzjoni ta' l-istess persuna, jingħata jew jerġa' jiġi stabbilit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ħlief f'dawk il-każijiet fejn l-ewwel talba li saret għal dak il-benefiċċju kienet miftehma permezz ta' somma waħda f'daqqa.

    8. Id-drittijiet ta' persuni li ngħataw pensjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu, fuq applikazzjoni tagħhom, ikunu riveduti sabiex jittieħdu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    9. Jekk applikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 hija magħmula fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe drittijiet li għalihom taw lok taħt dan ir-Regolament għandhom jieħdu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, minkejja kull disposizzjoni leġislattiva fi kwalunkwe Stat Membru li jikkonċerna t-telfien jew il-limitazzjoni ta' drittijiet li jistgħu japplikaw xorta oħra lill-persuni kkonċernati.

    10. Jekk applikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 hija mogħtija wara t-tmiem tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, drittijiet li skadew jew li ma sarux preskritti għandu jkollhom effett mid-data li fiha l-applikazzjoni tkun mogħtija, mingħajr preġudizzju għal dawk id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru li huma aktar favorevoli.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara l-jum li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta'April 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    José Da Silva Peneda

    [1] ĠU C 240, tal-21.9.1985, p. 6.

    [2] ĠU C 343, tal-31.12.1985, p. 111.

    [3] ĠU C 344, tal-31.12.1985, p. 2.

    [4] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2.

    [5] ĠU L 230, tat-22.8.1983, p. 6.

    [6] ĠU L 206, tad-29.7.1991, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top