EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992D0216

ID- Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 1992 fuq il-ġbir ta’ data li tikkonċerna kompetizzjoni għall-equidae kif msemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE

ĠU L 104, 22.4.1992, p. 77–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1992/216/oj

31992D0216



Official Journal L 104 , 22/04/1992 P. 0077 - 0077
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0235
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0235


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Marzu 1992

fuq il-ġbir ta' data li tikkonċerna kompetizzjoni għall-equidae kif msemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE

(92/216/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq il-kummerċ f'equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u t-tfassil ta' kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fihom ([1]

), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi hija r-responsabilità ta' kull Stat Membru biex jinforma 'l Kummissjoni bl-użu tal-possibilitajiet offruti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/428/KEE u biex jinforma 'l Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn bil-kriterji għad-distribuzzjoni tal-fondi provduti fit-tieni inċiż ta' l-imsemmi l-Artikolu 4(2);

Billi skond ir-regoli ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/428/KEE kull Stat Membru għandu l-ewwel jaħtar awtorità koordinatriċi responsabbli għall-ġbir tad-data neċessarja;

Billi l-miżuri li hemm provduti f'din id-Deċiżjoni huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq iz-Zooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità koordinatriċi responsabbli għall-ġbir ta' data konċernata:

- kompetizzjonijiet kif riferuti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 90/428/KEE organizzata fit-territorju tagħha,

- il-kriterji għad-distribuzzjoni ta' fondi provduti fit-tielet subparagrafu tat-tieni inċiż ta' l-imsemmi l-Artikolu 4(2).

2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità koordinatriċi appuntata b'mod konformi mall-paragrafu 1. Fuq il-bażi ta' dawn il-komunikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta' l-awtoritajiet koordinatriċi. Għandha tippubblika l-lista fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej serje Ċ.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Marzu 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray MAC SHARRY

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, ta' l-1.8.1990, p. 60.

Top