This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R2033
Commission Regulation (EEC) No 2033/91 of 11 July 1991 amending Regulation (EEC) No 2077/85 laying down detailed rules for the application of the system of production aid for tinned pineapple
Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2033/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ għajnuna għall-produzjoni ta’ ananas fil-laned
Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2033/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ għajnuna għall-produzjoni ta’ ananas fil-laned
ĠU L 186, 12.7.1991, p. 32–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009
Official Journal L 186 , 12/07/1991 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0053
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0053
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2033/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-laned IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 li jistabbilixxi sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-laned [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2077/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1559/91 [4] fih, fit-tifsira ta’ "ananas fil-laned" li jikkwalifikaw għal skemi ta’ għajnuna, prodotti li jkun fihom likwidu ta’ ġulepp taz-zokkor li jgħattihom; billi, in vista tal-produzjoni reċenti ta’ ananas ippriservati fil-ġulepp tal-frott, dawn il-prodotti wkoll għandhom ikunu inklużi fit-tifsira ta’ "ananas fil-laned"; Billi l-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Din is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85:"Il-likwidu li jgħatti jista’ wkoll ikun magħmul mill-ġulepp taz-zokkor kif imsemmi qabel ui/jew ġulepp naturali tal-frott għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex20082091 u ex20082099." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda jseħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Lulju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46. [2] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12. [3] ĠU L 196, tas-26.7.1985, p. 28. [4] ĠU L 144, tat-8.6.19 91, p. 40. --------------------------------------------------