Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R2742

    Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2742/90 tas-26 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90

    ĠU L 264, 27.9.1990, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/11/2006; Imħassar b' 32006R1547

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/2742/oj

    31990R2742



    Official Journal L 264 , 27/09/1990 P. 0020 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0223
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0223


    Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2742/90

    tas-26 ta’ Settembru 1990

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 tal -24 ta’ Lulju 1990 li jistabbilixxi regoli ġenerali addizjonali dwar organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib fir-rigward tal-ġobon [1], u partikolarment fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 jistipula illi l-użu tal-casein u l-caseinates fil-manifattura tal-ġobon huwa soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel; billi huwa meħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, b’konsiderazzjoni għar-rekwiżiti rigward ispezzjonijiet fuq impriża; billi l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu limitat, sabiex l-Istati Membri jistgħu jimponu penali għal nuqqas ta’ osservanza tad-disposizzjonijiet Komunitarji;

    Billi t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 ta’ l-imsemmi Regolament jistipula illi l-persentaġġi massimi ta’ casein u caseinates li jkunu fil-ġobon għandhom ikunu determinati fuq bażi ta’ kriterji oġġettivi mniżżlin b’konsiderazzjoni għal dak illi huwa teknoloġikament neċessarju; billi huwa neċessarju li jiġu determinati l-imsemmija persentaġġi fuq bażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri; billi, sabiex jiġu ffaċilitati inspezzjonijiet li jiżguraw konformità ma’ din id-disposizzjoni, huwa ta’ min jagħmel persentaġġi ġenerali aktar mill-persentaġġi għal prodotti individwali;

    Billi l-Artikolu 3(1) ta’ l-imsemmi Regolament jitlob li l-Stati Membri għandhom jintroduċu kontrolli amministrattivi u fiżiċi; billi huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li magħhom dawn il-kontrolli għandhom jaderixxu, partikolarment fir-rigward tal-frekwenza tagħhom;

    Billi l-Artikolu 3(3) ta’ l-imsemmi Regolament jgħid illi somma ekwivalenti għad-differenza bejn il-valur ta’ ħalib xkumat li jirriżulta mill-prezz miksub wara intervent għal trab ta’ ħalib xkumat fuq naħa waħda u l-prezz tal-casein u caseinates minn naħa l-oħra, ukoll 10 %, huwa dovut għal kwantitajiet casein u caseinates użati mingħajr awtorizzazzjoni; billi din is-somma trid tiġi determinata b’konsiderazzjoni għall-prezzijiet reġistrati fuq is-swieq matul perjodu ta’ riferenza;

    Billi l-Kumitat tat-tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax l-opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 ser jingħataw għal perjodu ta’ 12-il xahar, fuq talba ta’ l-impriżi konċernati b’kondizzjoni li huma jagħtu garanzija bil-miktub li jaċċettaw u jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1)(a) u (b) fuq naħa waħda, u (c) minn naħa l-oħra, tar-Regolament hawn fuq imsemmi.

    2. Awtorizzazzjonijiet ser jinħargu b’numru ta’ serje għall kull impriża jew, fejn neċessarju, għal kull unit ta’ produzzjoni.

    3. Awtorizzazzjonijiet jistgħu jkopru tip wieħed jew aktar ta’ ġobon, skond l-applikazzjoni magħmula mill-impriża kkonċernata.

    Artikolu 2

    1. Il-persentaġġi massimi li ser ikunu nkorporati, kif imsemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90, huma mogħtija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Huma ser japplikaw għall-piż tat-tipi ta’ ġobon mniżżla fl-Anness prodotti mill-impriża jew unit ta’ produzzjoni kkonċernata matul perjodu ta’ sitt xhur.

    2. Il-lista ta’ prodotti mogħtija fl-Anness u l-persentaġġi massimi marbuta magħhom ser ikunu aġġustati biex jittieħed kont ta’ l-applikazzjonijiet raġunati li jipprovdu prova illi hemm bżonn teknoloġiku għaż-żieda ta’ casein jew caseinates.

    Artikolu 3

    1. Il-kontijiet ta’ ħażna msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 ser jinkludu informazzjoni dwar l-oriġini, kompożizzjoni u kwantità ta’ materjal mhux maħdum użati fil-produzzjoni tal-ġobon. Stati Membri jistgħu jitolbu li jittieħdu kampjuni biex jipprovdu eżaminazzjoni fuq din l-informazzjoni. Stati Membri ser jiżguraw illi l-informazzjoni miġbura minn impriżi tinżamm sigrieta.

    2. L-inspezzjonijet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 għandhom iwettqu r-rekwiżiti segwenti:

    (a) ta’ l-inqas 30 % ta’ l-obbligazzjonijiet li rċevew awtorizzazzjonijiet ser ikunu inspezzjonati kull tliet xhur;

    (b) kull impriża li qed tirċievi awtorizzazzjoni ser tkun inspezzjonata ta’ l-inqas darba fis-sena, u impriżi li jipproduċu aktar minn 300 tunnellata ta’ ġobon kull sena ser ikunu inspezzjonati ta’ l-inqas darbtejn fis-sena.

    3. Fi żmien xahar minn meta kien reġistrat ksur, Stati Membri ser jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’każijiet fejn casein u caseinates ġew użati jew mingħajr awtorizzazzjoni jew mingħajr ma mxew mal-persentaġġi stabbiliti.

    Artikolu 4

    1. Is-somma dovuta skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 ser tkun ta’ ECU 225 kull 100 kilogramma ta’ casein u/jew caseinates, wara li ttieħed konsiderazzjoni tal-prezz ta’ casein u caseinates reġistrat fuq is-swieq fit-tieni kwart ta’ l-1990.

    2. Is-somom miġbura b’dan il-mod ser jitħallsu lid-dipartimenti u aġenziji li jħallsu u mifdija minnhom kontra spejjeż iffinanzjati mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola.

    Artikolu 5

    Minbarra n-notifiki mitluba taħt l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90, Stati Membri ser jagħtu lill-Kummissjoni qabel l-aħħar ta’ kull tliet xhur l-informazzjoni segwenti dwar it-tliet xhur li jkunu għaddew:

    1. in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija u/jew revokati,

    2. il-kwantitajiet ta’ casein u caseinates iddikjarati fir-rigward ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet, maqsumin skond it-tip ta’ ġobon.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-15 ta’ Ottubru 1990.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japllika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Settembru 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 201, tal-31.7.1990, pġ. 7.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Percentaġġi massimi li ser ikunu inkorporati, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1):

    - ġobon proċesat li jaqa' taħt Kodiċi NM 040630: 5 %.

    --------------------------------------------------

    Top