Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990D0030

    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 1990 li tagħti deroga lil Spanja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati rigward it-tqattigħ ta’ laħam frisk

    ĠU L 16, 20.1.1990, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1990/30/oj

    31990D0030



    Official Journal L 016 , 20/01/1990 P. 0035 - 0036
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0237
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0237


    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

    tal-10 ta’ Jannar 1990

    li tagħti deroga lil Spanja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati rigward it-tqattigħ ta’ laħam frisk

    (90/30/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ ta’ laħam frisk [1] fil-Komunità, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 88/657/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13 tagħha,

    Billi, skond Artikolu 13 tad-Direttiva 64/433/KEE bi qbil mal-proċedura taħt l-Artikolu 16, derogi mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I jistgħu jingħataw, meta mitluba, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanziji simili; billi dawn id-derogi għandhom jirranġaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa li huma ta’ l-anqas daqs dawk tal-imsemmi l-Anness;

    Billi l-awtoritajiet ta’ Spanja, bl-ittra tas-26 ta’ Settembru, 1989, ippreżentaw lill-Kummissjoni talba għal deroga mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE għat-tqattigħ ta’ laħam frisk taċ-ċanga, tan-ngħaġ u laħam tal-majjal; billi din it-talba tipproponi kondizzjonijiet tas-saħħa; billi huwa meħtieġ li l-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bħala alternattiva fid-deroga mitluba fuq it-tqattigħ ta’ laħam frisk ikunu tal-anqas daqs dawk tal-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa proposti minn Spanja huma daqs dawk stabbiliti fil-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Minkejja l-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, Spanja tista’ tawtorizza t-tqattigħ ta’ laħam frisk taċ-ċanga, tan-ngħaġ u tal-majjal taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, l-10 ta’ Jannar, 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Ċ 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64.

    [2] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 3.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Kondizzjonijiet speċjali għat-tqattigħ ta’ karkassi tal-bovini, ngħaġ u majjali

    1. Il-karkassi, li jiġu mill-biċċerija, wara li jitkessħu fi kmamar tar-refriġerazzjoni li joperaw b’temperatura ta’ l-arja fil-ħruġ mill-evaporaturi tant li l-karkassi jistgħu jitberrdu għal temperatura interna ta’ + 7 °C fi żmien 48 siegħa għal karkassi tal-bovini u 20 siegħa għal karkassi tan-ngħaġ u tal-majjali, jinġarru għall-post tat-tqattigħ, li t-temperatura tiegħu ma taqbiżx + 12 °C, li jkun jinsab fl-istess grupp ta’ bini taċ-chillers.

    2. Il-laħam ikun trasferit f’operazzjoni waħda.

    3. Il-karkassi jiddaħħlu fil-kamra tat-tqattigħ u jkunu ddissussati qabel tintlaħaq temperatura interna ta’ + 7 °C jekk it-tqattigħ isir fi żmien 48 siegħa mit-tmiem ta’ l-operazzjonijiet tal-qatla għal karkassi tal-bovini u 20 siegħa għal karkassi tan-ngħaġ u tal-majjali.

    4. Il-ħin ta’ bejn li l-laħam jiddaħħal fil-kamra tat-tqattigħ u li jkun soġġett għal aktar refriġerazzjoni ma jaqbiżx is-60 minuta.

    5. Hekk kif jitqatta’ u jkun ippakkjat, il-laħam jinġarr għal kmamar xierqa ta’ refriġerazzjoni.

    --------------------------------------------------

    Top