EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R3488

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3488/89 tal-21 ta’ Novembru 1989 li jippreskrivi l-metodu tad-deċiżjoni għal ċerti dispożizzjonijiet preskritti għall-prodotti agrikoli fil-qafas tal-ftehim Mediterranji

ĠU L 340, 23.11.1989, p. 2–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/3488/oj

31989R3488



Official Journal L 340 , 23/11/1989 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0205
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0205


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3488/89

tal-21 ta’ Novembru 1989

li jippreskrivi l-metodu tad-deċiżjoni għal ċerti dispożizzjonijiet preskritti għall-prodotti agrikoli fil-qafas tal-ftehim Mediterranji

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, u partikolarment Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, b’mod konformi ma’:

- Artikolu 20(5) tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Alġerija [1], kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali tal-25 ta’ Ġunju 1987 [2],

- Artikolu 21(2) tal-Protokoll tad-19 ta’ Ottubru 1987 li jippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri sabiex jiġi implimentat it-tieni stadju tal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u Ċipru [3],

- Artikolu 21(5) tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Marokk [4], kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali tas-26 ta’ Mejju 1988 [5],

- Artikolu 20(5) tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u t-Tuneżija [6], kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali tas-26 ta’ Mejju 1987 [7], u

- Artikolu 22(7) tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Jugoslavja [8], kif emendat bil-Protokoll Addizzjonali tal-10 Diċembru 1987 li jistabbilixxi arranġamenti ġodda tal-kummerċ [9], għall-inbid mill-għeneb frisk kopert bil-kodiċi tan-NM ex2204 preżentat f’kontenituri ta’ kontenut li jaqbeż iż-żewġ litri, l-Komunità tista’ tiddeċiedi li tiffissa fuqu prezz speċjali ta’ fuq il-fruntiera skond ċerti kondizzjonijiet;

Billi, b’mod konformi ma’:

- Artikolu 20(1) tal-Protokoll tad-19 ta’ Ottubru 1987 li jippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri sabiex jiġi implimentat it-tieni stadju tal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u Ċipru,

- Artikolu 3(1) tal-Protokoll Addizzjonali tal-25 ta’ Ġunju 1987 mal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Eġittu [10],

- Artikolu 3(1) tal-Protokoll Addizzjonali tal-15 ta’ Diċembru 1987 mal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżrael [11],

- Artikolu 3(1) tal-Protokoll Addizzjonali tas-26 ta’ Mejju 1988 mal-Frehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Marokk,

- Artikolu 2(1) tal-Protokoll Addizzjonali tas-26 ta’ Mejju 1987 mal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità u t-Tuneżija, u

- Artikolu 1(1) tal-Protokoll Supplimentari tat-23 ta’ Lulju 1987 mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u t-Turkija [12],

il-Komunità tista’ tiddeċidi dwar aġġustament tal-prezz tad-dħul għal ċerti frott u ħxejjex tal-ikel li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi skond ċerti kondizzjonijiet;

Billi għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet Komunitarji msemmija mill-Kummssjoni b’mod konformi mall-proċedura rilevanti tal-Kumitat ta’ Ġestjoni

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-inbid mill-għeneb frisk skond il-kodiċi tan-NM ex220429, kif imsemmi hawn taħt, preżentat f’kontenituri ta’ kontenut li jaqbeż iż-żewġ litri, li joriġina fil-pajjiżi li ġejjin u fil-limiti tal-kwantitajiet allokati għal kull pajjiż, l-iffissar ta’ kull prezz speċjali ta’ fuq il-fruntiera b’mod konformi mall-Protokolli konklużi ma’ dawn il-pajjiżi u b’mod konformi mal-kondizzjonijiet, għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni b’mod konformi mall-proċedura preskritta f’Artikolu 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 [13]:

(a) inbid mill-għeneb frisk ta’ qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-15 % vol

Pajjiż | Kwantità |

Alġerija | 160 000 hl |

Ċipru | 26 000 hl |

Marokk | 75 000 hl |

Tuneżija | 150 000 hl |

Jugoslavja | 516 000 hl |

(b) inbejjed likuri ta’ qawwa attwali alkoħolika ta’ mhux inqas minn 15 % vol

Pajjiż | Kwantità |

Ċipru | 73 000 hl |

Artikolu 2

Għas-sena tal-marketing 1999 u kull sena tal-marketing li tiġi wara, kull aġġustament tal-prezz tad-dħul għall-frott u l-ħxejjex tal-ikel elenkati fil-lista ta’ hawn taħt u li joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi indikati hawn taħt, sabiex jinżamm iċ-ċaqliq tradizzjonali tal-kummerċ fil-kuntest tat-tkabbir, għandu jiġi mwettaq mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 [14] fuq il-bażi ta’ reviżjoni tal-istatistika u l-fatturi rilevanti kollha provvduti fil-Protokoll konkluż mall-pajjiż interessat u b’konformità mal-kondizzjonijiet preskritti f’dan il-Protokoll:

Kodiċi tan-NM | Prodott | Kwantità (f'tunnellati metriċi) | Pajjiż |

0805 10 11 sa0805 10 49 | Larinġ frisk | 67000 | Ċipru |

7000 | Eġittu |

293000 | Iżrael |

265000 | Marokk |

28000 | Tuneżija |

ex08052010 | Mandolin, klementin, eċċ, frisk | 14200 | Iżrael |

ex08052030 | 110000 | Marokk |

ex08052050 | | |

ex08052070 | | |

ex08052090 | | |

ex08053010 | Lumi frisk | 15000 | Ċipru |

6400 | Iżrael |

12000 | Turkija |

ex08061011 | Għeneb frisk tal-mejda mit-8 ta' Ġunju sa l-4 ta' Awissu | 10500 | Ċipru |

ex08061015 | | |

ex08061059 | | |

ex07020010 | Tadam | 86000 | Marokk |

ex07020090 | | |

| inklużi: April | 15000 | |

| Mejju | 10000 | |

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Novembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Pelletier

[1] ĠU L 263, tas-27.9.1978, p. 2.

[2] ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 2.

[3] ĠU L 393, tal-31.12.1987, p. 2.

[4] ĠU L 264, tas-27.9.1978, p. 2.

[5] ĠU L 224, tat-13.8.1988, p. 18.

[6] ĠU L 265, tas-27.9.1978, p. 2.

[7] ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 36.

[8] ĠU L 41, tal-14.2.1983, p. 2.

[9] ĠU L 389, tal-31.12.1987, p. 73.

[10] ĠU L 297, tal-21.10.1987, p. 11.

[11] ĠU L 327, tat-30.11.1988, p. 35.

[12] ĠU L 53, tas-27.2.1988, p. 91.

[13] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[14] ĠU L 118, tal-20.5.1972, p. 1.

--------------------------------------------------

Top