Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R2159

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 tat-18 ta' Lulju 1989 fejn jingħaddu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-lewż u l-ħarrub li jaqgħu taħt it-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72

    ĠU L 207, 19.7.1989, p. 19–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 26/01/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/2159/oj

    31989R2159



    Official Journal L 207 , 19/07/1989 P. 0019 - 0034
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0246
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0246


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89

    tat-18 ta' Lulju 1989

    fejn jingħaddu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-lewż u l-ħarrub li jaqgħu taħt it-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72

    IL-KUMMISSJONI GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħaxix u l-frott [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1119/89 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 14g tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta' Ġunju 1985 fuq il-valuta monetarja u r-rati tal-kambju li għandhom jiġu implimentati għar-raġunijiet tal-politika agrikola komuni [3], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Filwaqt li t-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 jipprovdi miżuri speċifiċi varji biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' faċilitajiet produttivi u tas-suq għal xi lewż u ħarrub; filwaqt li l-għajnuniet ipprovduti huma garantiti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li kisbu għarfien speċifiku u li ssottomettew pjan approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti għat-titjib fil-kwalità u l-bejgħ tal-prodott tagħhom;

    Filwaqt li għandu jiġi ċċarat li għarfien speċifiku bħal dan mhux soġġett għal għarfien minn qabel taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72; filwaqt li hu garantit irrispettivament minn ta' l-aħħar hekk kif il-kondizzjonijiet speċjali mgħoddija għal dan l-istess għarfien jintlaħqu;

    Filwaqt li l-kondizzjonijiet mgħoddija għal għarfien garantit għandhom jipprovdu assigurazzjoni raġjonevoli li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li qegħdin jirċievu għajnuna mill-Komunità sejrin, minħabba l-għan u u ż-żmien ta' l-attivitajiet tagħhom u l-istess metodu ta' l-operazzjoni tagħhom, jgħinu biex isaħħu t-titjib mixtieq fil-faċilitajiet produttivi u l-bejgħ tal-prodotti diskussi; filwaqt li biex jassiguraw li organizzazzjonijiet ta' produtturi bħal dawn igawdu għall-inqas minn grad ta' stabbilità, limiti minimi għandhom jingħaddu għal numru ta' membri u għall-kwantitajiet ta' lewż u ħarrub, skond il-karatteristiċi tar-reġjuni varji fil-Komunità; filwaqt li, bl-istess għan, għandu jinħtieġ li l-istatuti ta' organizzazzjonijiet simili għandhom jinkludu klawżoli li jistqarru b'mod speċifiku li l-produtturi għandhom jikkontrollaw id-deċiżjonijiet u jivverifikaw l-operazzjoni ta' l-organizzazzjoni u l-klawsoli penali għal kwalunkwe ksur tar-regoli miftehma;

    Filwaqt li, fl-interessi ta' l-effiċjenza u l-organizzazzjoni tajba, l-għajnuna garantita mill-Istat Membru u l-Komunità għall-pjanijiet ta' titjib fil-kwalità u arranġamenti fis-suq għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw pjantazzjonijiet marġinali; filwaqt li l-ispazju minimu ta' ġnien bil-frott speċjalizzat għandu jkun definit għal kull reġjun ta' produzzjoni;

    Filwaqt li definizzjonijiet għandom jingħaddu għal tipi ta' miżuri li jistgħu jiġu inklużi fi pjanijiet fejn l-għan ewlieni hu li titjieb il-kwalità tal-produzzjoni skond l-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72; filwaqt li, għalkemm l-awtoritajiet nazzjonali sejrin ikunu responsabbli biex japprovaw il-pjanijiet, għandu jkun hemm konsultazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva mal-Kummissjoni sabiex l-għanijiet tar-regolament ikunu osservati u sabiex il-Kummissjoni tista', jekk meħtieġ, titlob alterazzjonijiet fil-pjan ta' l-abbozz jew anke tirrifjuta li tapprova l-għoti ta' għajnuna finanzjarja nazzjonali jew fil-Komunità;

    Filwaqt li għandu jkun iċċarat liema miżuri għal żvilupp u titjib fil-konsum tal-Komunità u l-użu tal-lewż u l-ħarrub sejjer jikkwalifika għal għajnuna finanzjarja mill-Komunità; filwaqt li, għal dan il-għan, il-pjanijiet sottomessi għandhom joffru xi garanzija li huma fl-interess tal-Komunità, li l-miżuri meħuda sejrin ikunu effettivi, u li l-impatt dirett jew indirett tagħhom se jkun li jżid il-konsum u l-użu tal-prodotti kkonċernati; filwaqt li l-pjanijiet għandhom jiġu sottomessi minn soċjetajiet ta' kummerċ jew gruppi b'xi esperjenza teknika jew minn rappreżentanti tas-setturi ekonomiċi kkonċernati; filwaqt li, sakemm mhux ipprovdut xort'oħra mill-Komunità, il-wirja jew is-superviżjoni diretta tax-xogħol mis-soċjetà jew il-grupp li ssottometta l-pjan għandu jitqies bħala evidenza tal-bona fede ta' l-individwi li qed jikkonkludu kuntratt mal-Kummissjoni; filwaqt li għandu jiġi stipulat li r-regoli varji fil-kariga ta' l-għemil ta' l-intrapriżi mogħtija għandhom jingħaddu f'kuntratt;

    Filwaqt li xi regolamenti għandhom jingħaddu għall-finanzjament ta' l-għajnuna li għandha titħallas mill-EAGGF Sezzjoni Garanziji skond it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72; Filwaqt li għandu jiġi iċċarat li għajnuna Komunitarja tista' titħallas minn Stat Membru biss meta, jew madanakollu mhux qabel, l-għajnuna nazzjonali tkun tħallset biss wara li jitwettqu tfittxijiet kif suppost;

    Filwaqt li l-għajnuna għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet biex itejjbu l-kwalità u l-arranġamenti tas-suq għandhom jitħallsu fis-sena fuq il-bażi tax-xogħol attwalment magħmul skond il-pjanijiet approvati; filwaqt li l-ammont massimu ta' għajnuna għall kull 11.96 jarda kwadri, kif iffissat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 [5], għandu jiġi kkonvertit għall-valuta nazzjonali kkonċernata bir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel ġurnata ta' kull sena fis-suq, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1676/85;

    Filwaqt li, għall-għanijiet ta' implimentazzjoni tal-miżuri speċifiċi varji diskussi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirċievu l-għajnuna għandhom ikunu obbligati li jitrasmettu informazzjoni dettaljata u preċiża, f'intervalli determinati minn qabel, lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru sabiex l-istess awtorità tista' tikkontrolla l-għemil ta' l-intrapriżi mogħtija mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

    Filwaqt li l-obbligu tal-benefiċjarji li jipprovdu informazzjoni ma tistax fiha nnifisha tiggarantixxi organizzazzjoni kif suppost tal-miżuri kkonċernati; filwaqt, għalhekk, li għandu jiġi ċċarat liema verifika ta' dokumenti u tfittxijiet fuq il-post għandhom isiru mill-awtoritajiet nazzjonali flimkien mat-tipi varji ta' għajnuna taħt it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72;

    Filwaqt li l-aktar nuqqasijiet serji ta' għemil ta' l-obbligi mgħoddija fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 jew f'dan ir-Regolament għandhom jiġu penalizzati b'mod xieraq;

    Filwaqt li l-miżuri taħt dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-ħaxix u l-Frott,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-Organizzazzjonijiet ta' proċedura marbuta fil-produzzjoni u s-suq tal-lewż u/jew il-ħarrub

    - li rċevew għarfien speċifiku skond it-Titolu I, u

    - li ssottomettew pjan ta' kwalità u titjib fis-suq li jilħaq il-ħtiġijiet tat-Titolu II u li hu approvat mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jikkwalifikaw għall-miżuri speċifiċi taħt it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72,

    kif soġġett għar-regoli mgħoddija fit-Titli II, III u IV ta' dan ir-Regolament.

    2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi, fuq it-termini mgħoddija fit-Titli IV u V lejn miżuri finanzjarji biex jespandu u jtejbu l-konsum u l-użu tal-prodotti hawn fuq imsemmija.

    It-Titolu I

    L-Għarfien speċifiku ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ta' lewż u/jew il-ħarrub

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu għarfien speċifiku lill-organizzazzjonijiet u l-gruppi ta' produtturi (minn hawn il'quddiem imsejħa "l-organizzazzjonijiet tal-produtturi") marbuta fil-produzzjoni u s-suq tal-lewż u/jew il-ħarrub:

    1. li kienu stabbiliti bl-instigazzjoni tal-produtturi nfushom bl-għan li jakkwistaw, fis-settur tal-lewż u l-ħarrub, l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72;

    2. li jeħtieġu li l-membri tagħhom jilħqu l-obbligi msemmija f'dan l-Artikolu;

    3. li jagħmlu disponibbli għall-membri tagħhom faċilitajiet tekniċi għall-operazzjonijiet tal-bejgħ minn qabel, li jinkludu l-irfigħ u l-ippakkjar tal-prodotti konċernati;

    4. liema statuti:

    (a) jagħmluha ta' bil-fors għall-produtturi li jkollhom il-produzzjoni kollha tal-lewż u/jew il-ħarrub tagħhom mibjugħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

    (b) jinkludu dispożizzjonijiet imfassla biex jassiguraw li l-produtturi għandhom kontroll fuq l-organizzazzjoni u d-deċiżjonijiet li tieħu;

    (ċ) jqiegħdu penali għal kwalunkwe ksur tar-regoli ta' l-organizzazzjoni mill-produtturi li jagħmlu parti minnha;

    (d) jagħmluha obbligatorjua għall-produtturi:

    - li jagħmlu parti mill-organizzazzjoni tal-produtturi għall-perjodu ta' mill-inqas tliet snin,

    - li jagħtu avviż tat-tluq tagħhom minn hemm mill-inqas 12-il xahar qabel;

    (e) li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-ħlas li għandu jitħallas mill-membri tagħhom;

    5. li jipprovdu xhieda ta' livell suffiċjenti ta' attività ekonomika, li tirrapreżenta fl-istess waqt:

    - numru minimu ta' produtturi,

    - produzzjoni minima għal kull prodott u għal kull reġjun ta' produzzjoni (L-Anness I);

    6. li jagħtu intrapriża miktuba biex jissottomettu pjan ta' kwalità u titjib fis-suq skond it-Titolu II;

    7. li jżommu kontijiet separati għall-attivitajiet tagħhom li għandhom x'jaqsmu mal-lewż u/jew il-ħarrub.

    Artikolu 3

    1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall-għarfien speċifiku lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru, flimkien ma' l-artikli tagħhom ta' inkorporazzjoni u d-dettalji mniżżla fl-Anness II.

    2. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel tfittxija fuq il-preċiżjoni tad-dettalji mogħtija minn eżaminazzjoni kruċjali ta' dokumenti u minn spezzjonijiet fuq il-post. F'każijiet dubjużi l-awtorità kompetenti għandha twettaq tfittxijiet xierqa biex tassigura ftehim mal-kondizzjonijiet mgħoddija fl-Artikolu 2.

    3. Għandu jingħata għarfien speċifiku fi żmien tliet xhur minn meta tiddaħħal l-applikazzjoni, dejjem soġġetta għal dewmien li jirriżulta minn kwistjonijiet oħra.

    4. Kull sena, qabel l-1 ta' Novembru, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jgħaddu lill-awtorità kompetenti verżjoni aħħarija tad-dettalji mniżżla fl-Anness II.

    Artikolu 4

    L-awtorità kompetenti għandha tagħmel tfittxijiet perjodiċi, u ta' l-inqas kull tliet snin, biex tassigura li l-organizzazzjonjiet tal-produtturi mgħarrfa skond l-Artikolu 3 qegħdin joperaw b'mod korrett u qed josservaw il-kondizzjonijiet mgħoddija għall-għarfien tagħhom.

    L-awtorità kompetenti għandha tirtira għarfien speċifiku jekk issib li:

    - ma kinux osservati l-obbligi li fuqhom l-għarfien hu kondizzjonali,

    - ma ngħatawx id-dettalji msemmija fl-Artikolu 3(4), jew

    - id-dettalji li ngħataw iqarrqu deliberatament.

    Artikolu 5

    Kull sena, mal-31 ta' Diċembru, jgħaddu lill-Kummissjoni:

    1. lista ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-lewż u/jew il-ħarrub li rċevew għarfien speċifiku;

    2. għal kull organizzazzjoni tal-produtturi, il-formola murija fl-Anness II, kompluta kif suppost.

    It-Titolu II

    Il-pjan ta' kwalità u t-titjib fis-suq

    Artikolu 6

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, spazju omoġenju u mwaħħad użat għat-tkabbir tal-lewż u/jew il-ħarrub, mgħaruf bħala "ġnien bil-frott", għandu jfisser pjantazzjoni li mhix maqtugħa minn ħsad jew pjantazzjonijiet oħra u li hi ġeografikament kontinwa. Linja waħda ta' siġar tal-lewż u/jew siġar tal-ħarrub miżrugħa matul it-toroq, jew ħsad ieħor m'għandux jitqies bħala ġnien bil-frott.

    L-ispazju tal-ġonna bil-frott maħsuba għal raġunijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu u għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Istat Membru u l-Komunità m'għandux ikun anqas minn spazju mkejjel bejn l-0,20 u l-11.9 jardi kwadri.

    Artikolu 7

    Il-pjan ta' kwalità u titjib fis-suq, minn hawn il'quddiem imsejjaħ il-"pjan", li l-organizzazzjoni tal-produtturi tibda biex timplimenta fuq il-ftit jew il-ġonna bil-frott kollha li jappartjenu għall-membri tagħha, għandha tagħmel tajjeb għal wieħed jew aktar mit-tipi ta' miżuri li ġejjin, bl-għan li jtejbu l-produttività ta' l-aħħar:

    - it-tħaffir ta' siġar tal-lewż u/jew siġar tal-ħarrub, u wara l-impjantazzjoni ta' siġar ġodda,

    - konverżjoni differenti,

    - it-titjib ta' metodi tekniċi għat-tkabbir, iż-żamma u ż-żbir tal-ġonna bil-frott,

    - titjib ġenetiku u ċertifikazzjoni, stimulazzjoni u pollinazzjoni,

    - preparazzjoni tal-ħamrija, fertilizzazzjoni u titjib,

    - l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' kontroll tal-pesti,

    - il-provvista ta' għajnuna teknika lill-membri ta' l-organizzazzjoni, taħt forma ta' stħarriġ u tmexxija fit-twettiq tal-ħsad,

    - l-akkwist u l-użu tal-preparazzjoni tas-suq, l-irfigħ, l-ippakkjar u faċilitajiet oħra,

    - għajnuna teknika bl-organizzazzjoni tal-bejgħ.

    Miżuri li jikkwalifikaw għal għajnuna finanzjarja taħt ir-regolament strutturali m'għandhomx ikunu eliġibbli taħt dan ir-Regolament.

    Artikolu 8

    1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissottomettu l-abbozzi ta' pjanijiet tagħhom għall-approvazzjoni minn awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru, fil-forma murija fl-Anness III u flimkien mad-dokumenti kollha ta' appoġġ.

    L-implimentazzjoni tal-pjan m'għandhiex tibda sakemm din ta' l-aħħar ma tkunx approvata mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

    2. L-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-abbozz tal-pjan sa ħames xhur minn meta tirċievi dan ta' l-aħħar. Talbiet għal tibdiliet kif imsemmija fil-paragrafu 3 (b) għandhom jiżvolġu f'dak il-perjodu.

    L-awtorità kompetenti għandha:

    - tuża l-mezzi kollha xierqa, inklużi l-ispezzjonijiet ta' fuq il-post, biex teżamina l-preċiżjoni ta' l-informazzjoni pprovduta fuq il-kondizzjoni u l-komposizzjoni tal-ġonna bil-frott li jappartjenu lill-membri ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi fiż-żmien meta l-pjan jiġi sottomess,

    - teżamina li l-pjan ġie sottomess taħt il-forma murija fl-Anness III u li timxi ma' l-għanijiet ta' dan it-Titolu,

    - tivverifika l-konsistenza ta' l-ekonomija nnifisha u l-validità teknika ta' l-abbozz tal-pjan, il-validità ta' l-estimi u l-pjan ta' finanzjament, u l-ħin għall-implimentazzjoni.

    Qabel l-aħħar tat-tieni xahar wara l-irċevuta tal-pjanijiet ta' l-abbozz, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi lill-Kummissjoni dawk li jistgħu, fl-opinjoni tagħha, jiġu approvati taħt l-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, flimkien ma' stima ġenerali tal-konformità tagħhom mal-kriterji msemmija fit-tielet daħla tas-subparagrafu preċedenti.

    Sa 60 jum mill-irċevuta ta' komunikazzjoni simili, il-Kummissjoni għandha, titlob lill-awtorità kompetenti biex tirrifjuta xi pjanijiet jew biex timmodifikahom.

    3. L-awtorità kompetenti għandha:

    (a) jew tapprova l-pjanijiet jekk jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 u l-ħtiġijiet ta' dan it-Titolu;

    (b) jew titlob tibdiliet fl-abbozz tal-pjanijiet, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni. Abbozz tal-pjanijiet m'għandhomx jiġu approvati sakemm ma jinkorporawx it-tibdiliet mitluba;

    (ċ) jew tirrifjuta pjanijiet, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni.

    4. Fejn ikun hemm talba għal tibdil fil-pjan minħabba raġunijiet tekniċi jew permezz ta' xewqa biex l-ispazju kopert mill-pjan ikun estiż, b'mod partikolari wara żieda fin-numru ta' membri produtturi, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni skond dan l-Artikolu. Madankollu, il-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-pjan emendat ma jistax jeċċedi dak oriġinarjament mqiegħed.

    5. Matul l-implimentazzjoni ta' kull pjan l-awtorità kompetenti għandha tagħmel tfittxijiet perjodiċi, permezz tar-rapporti tagħhom li għandhom jintbagħtulha kull sena mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati u permezz ta' mezzi ta' spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-pjan approvat, fuq jekk ix-xogħol magħmul jaqbilx mal-ħtiġijiet tekniċi u finanzjarji, u fuq il-preċiżjoni tad-dokumenti ta' appoġġ sottomessi.

    Mill-inqas żewġ spezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru fuq kull pjan fl-implimentazzjoni tiegħu.

    Artikolu 9

    Kull sena, mal-31 ta' Diċembru, l-awtorità kompetenti għandha tgħaddi lill-Kummissjoni rapport fuq il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet approvati u fuq ir-riżultat ta' l-ispezzjonijiet imwettqa u għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti f'każ li jkun hemm xi diffikultajiet matul l-implimentazzjoni li jistgħu jqiegħdu f'periklu l-għemil tax-xogħolijiet mogħtija mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    It-TITOLU III

    Għajnuna għall-formazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-istabbilir ta' fond rivolġenti

    Artikolu 10

    Għall-għanijiet tal-kalkolu ta' rata-bażika ta' għajnuna oħra għall-formazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif magħmul tajjeb għalihom fl-Artikolu 14b tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72:

    1. il-kwantitajiet li għandhom jitqiesu għandhom ikunu dawk ta' prodotti li għadhom ma tqaxxrux; fil-każ tal-ħarrub, il-kwantitajiet li għandhom jitqiesu għandhom ikunu dawk ta' fażola fil-qoxra;

    2. il-kwantitajiet mibgħuta fis-suq għandhom jinftiehmu bħala dawk fil-fatt mibjugħa matul l-ewwel sena fuq is-suq wara dik ta' għarfien speċifiku.

    Artikolu 11

    Sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna speċifika għall-istabbilir ta' fond rivolġenti taħt l-Artikolu 14c tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti:

    1. l-istruttura tal-kapital tal-fond rivolġenti u turija tal-kontribuzzjoni ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-istess kapital;

    2. l-arranġamenti għall finanzjament tal-fond rivolġenti sabiex ikun jista' jopera b'mod xieraq bl-għan li jilħaq l-oġġettivi taħt l-Artikolu 4c (2); turija bħal din tista' tingħata taħt forma ta' stqarrijiet minn kont bankarju separat;

    3. id-dokumenti ta' appoġġ li jiċċertifikaw il-valur tal-prodott mibgħut fuq is-suq:

    - matul l-ewwel sena fuq is-suq wara d-data ta' għarfien speċifiku,

    - jew matul sena oħra fuq is-suq wara għarfien speċifiku.

    Il-valur tal-prodott mibgħut fuq is-suq għandu jiġi deċiż fuq il-bażi tal-:

    - volum annwali ta' bejgħ matul l-istess sena fuq is-suq,

    - prezzijiet medji tal-produtturi miksuba matul dik is-sena fuq is-suq.

    Artikolu 12

    Matul it-tliet snin fuq is-suq wara l-ħlas ta' l-għajnuna skond l-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti għandha twettaq tfittxijiet biex tassigura:

    - li l-fond ħadem u nżamm kif mistqarr fil-komunikazzjoni mibgħuta wara l-Artikolu 11(2), - li, fil-bidu ta' kull sena fis-suq, il-fond huwa rikostitwit. Il-valur ta' prodotti maħżuna jistgħu jitqiesu għall-għanijiet ta' evalwazzjoni skond dan l-obbligu.

    - Għal raġunijiet ta' spezzjoni,

    l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha f'kull ħin iżomm disponibbli għall-awtorità kompetenti l-istatements tal-bank u dokumenti ta' appoġġ li jaċċertaw transazzjonijiet rilevanti għall-ħidma tal-fond.

    It-Titolu IV

    Miżuri promozzjonali

    Artikolu 13

    1. Miżuri bil-ħsieb li jiżviluppaw u jtejjbu l-konsum u l-użu tal-lewż u/jew il-ħarrub fil-Komunità, skond l-Artikolu 4e tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, għandhom ikunu tat-tipi li ġejjin:

    - ir-riċerka tas-suq,

    - it-tfittxija għal fetħiet ġodda,

    - l-istudji ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mad-disinn ta' l-ippakkjar u l-preżentazzjoni,

    - l-organizzazzjoni ta' kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi varji,

    - l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni f'fieri u avvenimenti oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju,

    - miżuri promozzjonali oħra minbarra kampanji ta' reklamar,

    - stħarriġ u testijiet dwar il-konsumatur,

    - pubblikazzjonijiet speċjali,

    - l-istudji fuq in-nutrizzjoni u d-dieta.

    2. Sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament fil-Komunità, il-miżuri proposti għandhom:

    - jagħmlu enfasi partikolari fuq il-fatt li l-prodotti joriġinaw mill-Komunità,

    - ikollhom skop apprezzabbli fejn jidħlu s-sitwazzjoni tas-suq u d-drawwiet tas-suq,

    - joffru xi garanzija għat-tlestija tagħhom b'mod sodisfaċenti,

    - ikunu sottomessi jew permezz ta' soċjetà b'esperjenza teknika speċifika u sostanzjali jew permezz ta' assoċjazzjoni jew grupp li jirrapreżenta s-setturi varji tan-negozju jew l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati fi ħdan il-Komunità. Il-miżuri għandhom jiġu proposti minn soċjetajiet, assoċjazzjonijiet jew gruppi stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

    Miżuri li joriġinaw minn ismijiet ta' ditti jew li jagħmlu referenza għal pajjiż partikolari jew reġjun ta' produzzjoni għndhom ikun ineliġibbli.

    Artikolu 14

    Ħlief fejn deċiż xort'oħra, mill-Kummissjoni, il-miżuri għandhom jitwettqu mis-soċjetà, assoċjazzjoni jew grupp li ssottometta l-pjan ta' l-abbozz.

    Il-miżuri li jinbdew biss wara l-approvazzjoni tal-pjan ta' l-abbozz mill-Kummissjoni għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament.

    Spejjeż overhead milħuqa fuq il-miżuri kkonċernati għandhom jikkwalifikaw għall-finanzjament biss meta ma jinqabiżx il-persentaġġ speċifikat fil-kuntratt konkluż mal-Kummissjoni.

    Artikolu 15

    1. Il-proposti għall-miżuri għandhom jiġu duplikament sottomessi lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena.

    2. Il-Proposti għandhom jinkludu għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    (a) it-titolu tal-Proposta, jiġifieri, referenza għall-miżura rilevanti jew miżuri speċifikati fl-Artikolu 13;

    (b) l-isem ta' l-isem tal-kummerċ ta' dawk li jissottomettu l-proposta;

    (ċ) Rendikont fil-qosor tal-miżura proposta, inkluża introduzzjoni li tfisser b'mod ċar l-oġġettivi (dianjożi ta' problemi, għanijiet li għandhom jintlaħqu, strateġija li għandha tkun segwita, eċċ.);

    - ir-riżultati mistennija, u b'mod partikolari l-impatt dirett jew indirett li wieħed jistenna li l-miżura jkollha fuq is-suq u l-konsum tal-prodotti kkonċernati,

    - il-fażijiet suċċessivi ta' l-implimentazzjoni, iż-żmien għall-implimentazzjoni;

    (d) l-ispiża tal-miżura jew miżuri proposti, mfissra f''ecus' u mingħajr taxxa, imqassma oġġett b'oġġett (ibbażata fuq estimi kumparattivi, fejn meħtieġ) u l-pjan rilevanti ta' finanzjament;

    (e) fejn xieraq, l-iktar rapport riċenti disponibbli fuq l-attivitajiet tas-soċjetà jew il-grupp kkonċernat.

    3. Il-Kummissjoni għandha tinforma s-soċjetà, l-assoċjazzjoni jew il-grupp konċernat fuq id-deċiżjoni meħuda fuq il-proposta tagħha sa l-1 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi kuntratti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 14 ma' dawk l-applikanti li ntagħżlu l-proposti tagħhom.

    Artikolu 16

    1. Dwar applikazzjoni mir-reċipjent, avvanz sa 50 % mill-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż tal-miżura għandu jitħallas, mill-erbgħa tax-xahar wara l-firma fuq il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 14, mal-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' appoġġ xierqa. ħlas ta' avvanzi għandu jkun soġġett għall-alloġġ, favur il-Kummissjoni, ta' assigurazzjoni fuq ammont ekwivalenti. Assigurazzjoni bħal din għandha tinħall biss mal-ftehim tal-Kummissjoni.

    2. Ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għandu jkun soġġett għal eżekuzzjoni xierqa tal-kuntratt u għal sottomissjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-miżura ġiet implimentata, ta' rapport imfassal mir-reċipjent fejn jistma' r-riżultati tal-miżura jew miżuri.

    Artikolu 17

    Ir-Reċipjenti ta' l-għajnuna għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba, l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam ma' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet u għandhom ikunu sottomessi għal kwalunkwe verifiki jew spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni.

    It-TITOLU V

    Dispożizzjonijiet ġenerali u finanzjarji

    Artikolu 18

    L-għajnuna speċifika għall-istabbilir ta' fond rivolġenti, li jħaddan sew l-għajnuna mill-Istat Membru u l-għajnuna tal-Komunità, għandha titħallas minn awtorità kompetenti nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi sa mhux aktar tard minn tliet xhur mill-applikazzjoni għall-għajnuna, hekk kif tkun verifikata li hi skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11.

    Artikolu 19

    Sabiex jiksbu l-għajnuna tal-Komunità għall-pjanijiet tagħhom ta' kwalità u titjib fis-suq, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkwalifikaw għalhekk għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-aħħar ta' kull perjodu referenzali.

    "Perjodu Referenzali" jfisser kull perjodu annwali ta' l-implimentazzjoni tal-pjan mill-anniversarju ta' l-approvazzjoni tal-pjan.

    Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jiġu sottomessi kull sena skond l-Anness IV, sa xahrejn wara l-anniversarju ta' l-approvazzjoni tal-pjan, u għandu jkollhom magħhom fatturi u kull evidenza ta' dokumenti oħra li għandha x'taqsam max-xogħol magħmul.

    Artikolu 20

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, wara li jkunu eżaminaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-evidenza ta' dokumenti mogħtija bħala appoġġ, għandhom iħallsu, kull sena sa xahrejn wara li tiddaħħal l-applikazzjoni għall-għajnuna, l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru u l-Komunità skond l-Artikolu 14d (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

    Artikolu 21

    Ir-rata li għandha tintuża kull sena għall-konverżjoni għall-valuta nazzjonali għall-ammont massimu ta' għajnuna għal kull 11.96 jarda kwadri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 790/89 għandha tkun ir-rata ta' konverżjoni agrikola nfurzata fl-ewwel ġurnata tas-sena fis-suq li tibda waqt il-perjodu referenzali.

    Artikolu 22

    1. Fil-każ li xi għajnuna titħallas bi żball, l-Istati Membri għandhom, ħlief f'każijiet ta' 'force majeure', jirkupraw l-ammonti mħallsa, kif ukoll l-interessi fuqhom mid-data meta l-għajnuna kienet imħallsa sad-data meta ġiet irkuprata. Ir-rata ta' l-interessi li għandha tapplika għandha tkun dik infurzata għal kull operazzjoni ta' rkuprar taħt il-liġi nazzjonali.

    L-Istati Membri għandhom jirkupraw kull għajnuna mħallsa skond it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jistabbilixxu l-attivitajiet tagħhom qabel l-aħħar tat-tielet sena wara d-data ta' għarfien speċifiku msemmija fit-Titolu I ta' dan ir-Regolament jew dik meta l-għarfien speċifiku ġie rtirat taħt l-Artikolu 4.

    2. L-għajnuna rkuprata għandha titħallas lill-aġenziji ta' rimbursar jew lid-dipartimenti u mnaqqsa mill-aħħarija mill-infiq finanzjat mill-Gwida Agrikola Ewropea u l-Fond Garantit a proporzjon tal-finanzjament tal-Komunità.

    3. Il-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw min-nuqqas ta' ħila ta' ġbir ta' somom imħallsa għandhom jintrefgħu mill-Kummissjoni a proporzjon tal-finanzjament tal-Komunità.

    Artikolu 23

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jippenalizzaw kwalunkwe nuqqas serju li jintlaħħqu l-intrapriżi mogħtija jew l-obbligi marbuta taħt it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 u taħt dan ir-Regolament.

    It-TITOLU VI

    Id-Dispożizzjonijiet finanzjarji

    Artikolu 24

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

    [2] ĠU L 118, tad-29.4.1989, p. 12.

    [3] ĠU L 164, ta' l-24.6.1985, p. 1.

    [4] ĠU L 153, tat-13.6.1987, p. 1.

    [5] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 6.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    L-INFORMAZZJONI MINIMA RAPPREŻENTATTIVA DWAR L-ATTIVITÀ EKONOMIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(5)

    Il-Kodiċi NM | Il-Prodott | L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi | Ir-Reġjun |

    In-Numru minmu ta' membri | Il-Produzzjoni minima |

    0802 11 | Lewż | | | Franza: |

    10 | 100 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Spanja |

    50 | 1000 tunnellata | —żoni ta' muntanji u għoljiet u żoni inqas favoriti u gżejjer |

    50 | 2000 tunnellata | —oħrajn |

    | | Il-Portugall |

    10 | 150 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Il-Greċja |

    30 | 50 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | L-Italja |

    40 | 3000 tunnellata | —Sqallija |

    40 | 2500 tunnellata | —Pulja |

    30 | 1000 tunnellata | —Sardinja u reġjuni oħra |

    10 | 50 tunnellata | Stati Membri oħra |

    0802 21 00 | Ġellewż | | | Franza |

    100 | 1000 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Spanja |

    50 | 1000 tunnellata | —żoni ta' muntanji u għoljiet u żoni inqas favoriti u gżejjer |

    50 | 2000 tunnellata | —oħrajn |

    | | Il-Portugall |

    10 | 50 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Il-Greċja |

    30 | 40 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | L-Italja |

    30 | 1000 tunnellata | —Sqallija |

    40 | 3000 tunnellata | —Campania |

    40 | 2500 tunnellata | —Lazio |

    30 | 1000 tunnellata | —Piemonte u reġjuni oħra |

    10 | 40 tunnellata | Stati Membri oħra |

    0802 31 00 | Ġewż | | | Franza |

    25 | 250 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Spanja |

    25 | 250 tunnellata | —żoni ta' muntanji u għoljiet u żoni inqas favoriti u gżejjer |

    25 | 500 tunnellata | —oħrajn |

    | | Il-Portugall |

    10 | 50 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Il-Lussemburgu |

    5 | 10 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Il-Greċja |

    40 | 15 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | L-Italja |

    30 | 2000 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    5 | 10 tunnellata | Stati Membri oħra |

    0802 50 00 | Pistaċċi | | | Il-Greċja |

    30 | 25 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | L-Italja |

    20 | 150 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    20 | 25 tunnellata | Stati Membri oħra |

    1212 10 10 | Ħarrub | | | Spanja |

    50 | 1000 tunnellata | —żoni ta' muntanji u għoljiet u żoni inqas favoriti u gżejjer |

    50 | 2000 tunnellata | —oħrajn |

    | | Il-Portugall |

    25 | 100 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | Il-Greċja |

    50 | 25 tunnellata | ir-reġjuni kollha |

    | | L-Italja |

    20 | 500 tunnellata | Ir-reġjuni kollha |

    20 | 25 tunnellata | Stati Membri oħra |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    DESKRIZZJONI TAL-PJAN TA' KWALITÀ U TITJIB FIS-SUQ LI JAGĦMEL TAJJEB GĦALIH L-ARTIKOLU 8(1)

    A. Id-Definizzjoni ta' l-ispazju ġeografiku kkonċernat

    B. Id-Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali fejn jidħlu:

    1. Il-Produzzjoni

    - numru ta' spazji miżmuma, spazju magħmul raba', ġabra għal kull 11.96 jarda kwadri, volum ta' produzzjoni maħsud u l-importanza tiegħu f'dik li hi l-produzzjoni nazzjonali. Din l-informazzjoni għandha tinqasam skond l-ispeċji tal-lewż u/jew il-ħarrub;

    - l-istat tal-ġonna bil-frott (età, densità, qies, ħażna ta' egħruq, preżenza ta' siġar tal-frott oħra, eċċ.);

    - infrastruttura teknika magħmula disponibbli għall-ispazji miżmuma

    2. Assistenza teknika

    3. Is-suq

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-faċilitajiet eżistenti, it-tgħamir u l-kapaċità.

    Ċ. Produzzjoni potenzali: għanijiet u fetħiet prospettivi

    D. L-Għanijiet mfittxa mill-pjan fejn jidħlu:

    1. Il-Mezzi ta' produzzjoni

    - ir-ristrutturar u/jew il-konverżjoni tal-ġonna bil-frott (żrigħ għal darb'oħra b'varjetajiet ġodda jew tibdil b'siġar tal-lewż oħra u/jew siġar tal-ħarrub oħra)

    - Tekniċi ta' tkabbir (organizzazzjoni u sistemi ta' żbir, siġar mġedda, densità, l-għażla tal-varjetajiet, għażla ta' ħażniet ta' egħruq, eċċ.)

    - adattament ta' varjetajiet ġodda (ġonna bil-frott bi prova fejn l-imġieba u l-ġabra jistgħu jiġu studjati)

    - adattament ta' varjetajiet ġodda (ġonna bil-frott bi prova fejn l-imġieba u l-ġabra jistgħu jiġu studjati)

    - trobbija ta' materjal ċertifikat (mixtla u ġonna bil-frott li jipproduċu fergħat żgħar għal trobbija magħżula u cloning)

    - kontroll tal-pesti pollinazzjoni

    - preparazzjoni tal-ħamrija,

    - fertilizzazzjoni u titjib (studji tal-ħamrija, titjib ta' nutrizzjoni u fertilizzazzjoni, preparazzjoni tal-ħamrija, eċċ.).

    2. Assistenza teknika (il-ħtiġijiet tal-persunal li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, stħarriġ, organizzazzjoni tal-bejgħ u amministrazzjoni).

    3. Is-suq (il-kisba ta' faċilitajiet meħtieġa għall-preparazzjoni tas-suq, l-ippakkjar, l-irfigħ, il-kompjuterizzazzjoni u l-organizzazzjoni tal-ħażniet).

    E. Investimenti meħtieġa

    1. L-ispiża totali tal-pjan, maqsuma skond it-tip ta' miżura.

    2. L-ispiża proviżjonali, maqsuma skond is-sena ta' implimentazzjoni.

    F. Il-perjodu ta' implimentazzjoni maħsub u ż-żmien annwali

    (matul perjodu ta' mhux aktar minn 10 snin).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top