This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989R1953
Commission Regulation (EEC) No 1953/89 of 30 June 1989 amending Regulation (EEC) No 3143/85 on the sale at reduced prices of intervention butter intended for direct consumption in the form of concentrated butter
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1953/89 tat-30 ta’ Ġunju 1989 li jemenda Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent intenzjonat għal konsum dirett fil-għamla ta’ butir ikkonċentrat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1953/89 tat-30 ta’ Ġunju 1989 li jemenda Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent intenzjonat għal konsum dirett fil-għamla ta’ butir ikkonċentrat
ĠU L 187, 1.7.1989, p. 102–103
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1898
Official Journal L 187 , 01/07/1989 P. 0102 - 0103
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0191
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1953/89 tat-30 ta’ Ġunju 1989 li jemenda Regolament (KEE) Nru 3143/85 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent intenzjonat għal konsum dirett fil-għamla ta’ butir ikkonċentrat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tal-Kunsill tad-27 ta’ Ġunju 1988 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq għal ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 763/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(7) tiegħu, Billi Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 [3], kif l-aħħar emendat dir-Regolament (KEE) Nru 1560/89 [4], introduċa skema ta’ bejgħ bi prezz imnaqqas ta’ butir ikkonċentrat; billi din il-miżura ikkontribwiet għal tnaqqis fil-ħażniet ta’ butir ta’ intervent; Billi l-pożizzjoni rikorrenti tal-butir fis-suq u d-daqs tal-ħażniet ta’ intervent irriżulta f’ammont kbir ta’ applikazzjonijiet għal kwantitajiet impoġġija għal-bejgħ; billi bil-għan li tkun iggarantita l-aħjar amministrazzjoni tal-ħażniet ta’ intervent, aċċess ugwali għall-prodotti u trattament ugwali lix-xerrejja, il-faċilità għandha tkun maħluqha li biha kwantità limitata ta’ butir ta’ intervent tista tinbiegħ bil-proċedura li tinvolvi prezzijiet ta’ bejgħ stabbiliti bil-quddiem fuq bażi ta’ rata dritta, u, meta jkunu kkunsidrati t-tnaqqis kostanti fil-ħażniet, in-notifika ta’ skadenza li hemm riferenza dwarha fl-Artikolu 1(2) tar- Regolament (KEE) Nru 3143/85 għandha tkun mogħtija; Billi in vista tal-prezzijiet li bihom il-butir huwa mibjugħ is-somma tal-garanzija tad-destinazjoni għandha tkun imnaqqsa; Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib għadu ma wassalx l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien kif kien stabilixxa il-president tieghu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3143/85 huwa b’hekk emendat kif ġej: 1. "3. L-avviż ta’ skadenza li hemm riferenza dwaru fil-paragrafu 2 huwa mogħti b’effett mill-1 ta’ Lulju 1989." 2. Fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(4), ‘ECU 285’ huwa mibdul bi ‘ECU 250’. 3. L-Artikolu 2a kif ġej huwa miżjud: "L- Artikolu 2a 1. Il-butir li hemm riferenza dwaru fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 jista wkoll jinbiegħ f’żewġ stadji konsekuttivi, fl-ewwel stadju b’appalt u fit-tieni bi prezz stabbilit bil-quddiem fuq il-bażi ta’ rata dritta. 2. Fl-ewwel stadju il-butir għandu jitqiegħed għal bejgħ bl-appalt. L-Annessi tar-Regolament li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-butir għandu jieħu post l-avviż tal-istedina għall-appalt. Informazzjoni dwar il-kwantitajiet u l-lokazzjoni ta’ fejn il-butir ikun maħżun tista tiġi akkwistata mill-indirizzi mogħtija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament imsemmi li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-butir. B’żieda, aġenziji ta’ intervent jistgħu jippreżentaw stediniet fl-uffiċini prinċipali tagħhom u jħabbru dan b’meżżi oħra. Appalti li joffru prezz anqas mill-prezz minimu li hemm riferenza dwaru fil-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu aċċettati. 3. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jallokaw il-kwantitajiet imqiegħda għal bejgħ lill-dawk li jkunu għamlu l-offerta u li jkunu offrew prezz għola minn jew ugwali għal prezz minimu stabbilit bl-Anness tar-Regolament li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-butir. Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, l-aġenziji ta’ intervent għandhom l-ewwel jaċċettaw l-offerta jew l-offerti bil-prezz li jkun ogħla mill-prezz minimu msemmi hawn fuq. Kwantitajiet sussegwenti għandhom ikunu assenjati lill-dawk li jitfgħu offerta li hemm riferenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-prezzijiet li huma jkunu offrew, jibdew minn dak li jkun l-ogħla ’l fuq mill-prezz minimu f’dak il-każ. Meta, bħala riżultat ta’ diversi offerti li jkunu ntefgħu bl-istess prezz, il-kwantità disponibbli ma tkunx adekwata, l-aġenzija ta’ intervent għandha tallokaha proporzjonatament. Kull min jitfa offerta għandu jkun innotifikat mill-aġenzija ta’ intervent rigward jekk l-offerta tiegħu tkunx ġiet aċċettata jew le, fi żmien erbat-ijiem tax-xoghol, l-aktar tard, mill-limitu taż-żmien esiġit għas-sottomissjoni ta’ offerti b’reazzjoni għall-istedina f’dak il-każ. Wara t-twettieq tal-bejgħ b’appalt li hemm riferenza dwaru hawn hawn fuq, l-aġenziji ta’ intervent għandhom, fl-uffiċini prinċipali tagħhom, jippreżentaw avviż ta’ kwantitajiet li jibqgħu disponibbli. 4. Fit-tieni stadju li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1, il-kwantitajiet li jibqgħu disponibbli wara t-twettiq tal-bejgħ bl-appalt li hemm riferenza dwaru fil-paragrafi 2 u 3, għandhom jitpoġġew għal bejgħ bil-prezz minimu stabbilit fl-Anness tar-Regolament li għandu x’jaqsam mal-bejgh tal-butir. Għal dan il-għan, applikazzjoni għal xiri għandhom ikunu sottomessi bil-kundizzjonijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fir-Regolament li għandu x’jaqsam mal-bejgħ tal-butir. 5. Il-garanzija ntenzjonata biex tiggarantixxi li l-butir ikun ipproċessat f’butir ikkonċentrat, imqiegħed fil-pakketti finali tiegħu u mgħoddi lin-negozju bl-imnut fil-Komunità permezz tal-kundizjonijiet li hemm riferenza dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu ippreżentati mix-xerrej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sejjer isir il-proċessar qabel ma l-butir ikun imgħoddi lin-negozju bl-imnut. Il-proċessar tal-butir u d-destinazzjoni li hemm riferenza dwarha fl-ewwel subparagrafu għandha tikkostitwixxi l-ħtiġijiet primarji fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85. 6. Il-butir għandu jkun imneħħi mhux aktar tard minn 15 il-jum wara d-data li fiha l-appalt li hemm riferenza dwaru fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 3 jew l-applikazzjoni għal xiri li hemm riferenza dwarha fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, tkun ġiet aċċettata. 7. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fil-limiti ta’ żmien li hemm riferenza dwarhom fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 3, li dwarhom l-istedina għall-appalt, tal-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni, u għal prezzijiet korrispondenti offruti, u għall-kwantitajiet allokati u l-prezzijiet tal-bejgħ attwalment applikati bis-saħħa tal-paragrafu 3. 8. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli fil-każ ta’ bejgħ privat meta r-Regolament li għandu x’jaqsam mall-bejgħ ikun jirreferi għal dan ir-Regolament. 9. Għall-iskopijiet ta’: - l-Artikolu 4(4), il-limitu taż-żmien ta’ 90 jum għall-ipproċessar u ippakkjar għandu jkun ikkalkulat b’effett mid-data finali tal-aċċettazjoni tal-offerta li hemm riferenza dwarha fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 3, - L-Artikolu 6, ‘konsenja’ għandha tfisser kwantità ta’ butir ikkonċentrat prodott minn butir, identifikat b’relazzjoni ma’ parti jew ma’ l-appalt kollu, ta’ kwalità omoġenja u prodott kontinwament fl-istess bini tal-ipproċessar." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol b’effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 84, tad-29.3.1989, p. 1. [3] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9. [4] ĠU L 153, tas-6.6.1989, p. 16. --------------------------------------------------