Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R1576

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż

    ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2008; Imħassar b' 32008R0110

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/1576/oj

    31989R1576



    Official Journal L 160 , 12/06/1989 P. 0001 - 0017
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0124
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0124


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

    tad-29 ta’ Mejju 1989

    li jistabilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100a tiegħu,,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’koperazjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3]

    Billi f’dan il-mument ma hemm l-ebda dispożizzjoni Komunitarja speċifika li tirregola x- xorb spirtuż, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni ta’ dawn il-prodotti u l-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mad-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom; Billi, meqjusa l-importanza ekonomika ta’ dawn il-prodotti, huwa meħtieġ, sabiex ikun mgħejjun il-funzjonament tas-suq komuni, li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni dwar dan is-suġġett;

    Billi x-xorb spirituż jikkostitwixxi sbokk maġġuri għall-agrikoltura Komunitarja; billi dan l-isbokk huwa prinċipalment riżultat tar-reputazjoni li dawn il-prodotti akkwistaw fil-Komunità u fis-suq mondjali; billi din ir-reputazzjoni għandha tkun attribwita għal kwalità ta’ prodotti tradizzjonali; billi ċerti normi tal-kwalità għandhom għalhekk jinżammu għall-prodotti f’dan il-każ biex dan l-isbokk ikun ippriservat; billi l-mezzi xierqa biex jinżammu l-istandards ta’ kwalità għandhom ikunu dawk tad- definizzjoni tal-prodotti f’dan il-każ billi jittieħed kont tal-prattiċi tradizzjonali li fuqhom hija ibbażata r-reputazzjoni tagħhom; billi, barra minn dan, il-kundizzjonijiet hekk definiti għandhom jintużaw biss għal prodotti ta’ l-istess kwalità bħala prodotti tradizzjonali sabiex ma jiġux żvalutati;

    Billi r-regoli Komunitarji għandhom jirriservaw, għal ċerti territorji u fost dawn eċċezzjonalment għal ċerti pajjiżi, l-użu tad-desinjazzjoni ġeografika li tirreferi għalihom, basta li l-istadji tal-produzzjoni li matulhom il-prodott finali jakkwista l-karatteristiċi tiegħu u l-proprjetajiet definittivi isiru fiż-żona ġeografika f’dak il-każ; Billi, b’hekk jingħataw drittijiet esklusivi fuq il-prodotti konċernati, ir-regoli tal-Komunitarja għandhom jassiguraw li d-desinjazzjoni f’dan il-każ għandha tibqa sservi bħala indikazzjoni tal-provenjenza u m’għandhomx iħallu li dawn jidħlu fl-użu komuni u b’hekk isiru termini ġeneriċi; billi d-desinjazzjonijiet f’dan il-każ iwettqu wkoll il-funzjoni li jinfurmaw lill-konsumatur dwar il-provenjenza tal-prodotti ikkaratteriżżati mill-materja prima wżata jew mill-proċessi speċjali użati fil-manifattura tagħhom;

    Billi l-metodu normali li soltu jintuża għall-informazzjoni tal-konsumatur huwa li tiġi inkluża ċerta informazzjoni fuq it-tikketta; billi l-ittikkettar ta’ xorb spirituż huwa suġġett għal regoli ġenerali stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti tal-ikel [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 86/197/KEE [5]; billi, in vista tan-natura tal-prodotti f’dan il-każ u sabiex il-konsumatur jista’ jkollu informazzjoni aktar sħiħa, għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi b’żieda ma’ dawn ir-regoli ġenerali u, partikolarment, u jiġu inkorportati, fid-definizzjoni tal-prodotti, il-kunċetti marbuta mal-maturazzjoni u l-qawwa alkoħolika minima għal rilaxx għal konsum uman;

    Billi, għalkemm Direttiva 79/112/KEE teħtieġ li jiġu stampati ċerti partikolaritajiet fuq it-tikketti, hija xi ftit nieqsa minn ċarezza rigward il-post tal-manifattura; billi dan il-kunċett huwa ta’ importanza partikolari fis-settur tax-xorb ikkonċernat minħabba l-fatt li l-konsumatur ta’ spiss jassoċja x-xorb in kwestjoni mal-post tal-manifattura tiegħu; billi n-nuqqas ta’ indikazzjoni bħal din tista tagħti lill-konsumatur l-impressjoni falza ta’ l-oriġini; billi dan il-periklu għandu jkun evitat billi jsir obbligatorju, f’ċerti ċirkostanzi, li jkun dikjarat fuq it-tikketti l-post tal-manifattura;

    Billi ħtiġiet addizzjonali għandhom, f’ċerti każijiet, jkunu wkoll stabbiliti; billi, partikolarment, meta alkoħol etiliku jkun użat għandu jkun meħtieġ li dan ikun esklussivament ta’ oriġini agrikola, bħal ma diġa hija l-użanza fil-Komunità, sabiex jibqa jkun assigurat l-iżbokk prinċipali ta’ prodotti bażiċi agrikoli;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 li għandha x’taqsam mal-kwalità tal-ilma ntenzjonat għal konsum tal-bniedem [6], u d-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isfruttament u n-negozju ta’ ilmijiet minerali naturali [7], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-ilma li jista jkun wżat f’oġġetti tal-ikel; billi riferenza għandha ssir għal din;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’taqsmu mal-ħwawar użati f’oġġetti tal-ikel u f’materji primi għal produzzjoni tagħhom [8] tipproponi definizzjonijiet ta’ diversi frażijiet li jintużaw b’konnessjoni mat-taħwir; Billi l-istess terminoloġija għandha tkun użata f’dan ir-Regolament;

    Billi għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi rigward id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spitituż impurtati, billi wieħed iżomm f’moħħu l-impenji tal-Komunità fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi;

    Billi, sabiex jiddefendu r-reputazjoni tal-prodotti Komunitarji fis-suq mondjali, l-istess regoli għandhom ikunu estiżi għal prodotti esportati, ħlief meta jkun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji, billi jittieħed kont ta’ l-użanzi u l-prattiċi tradizzjonali;

    Billi jaqbel li jsir Regolament biex tiġi assigurata l-implementazzjoni unformi u simultanea tal-miżuri f’dan il-każ;

    Billi, sabiex tiġi ssimplifikata u mħaffa l-proċedura, il-Kummissjoni għandha tkun fdata bl-adozzjoni tal-miżuri ta’ implementazzjoni ta’ natura teknika; billi, għal dan l-iskop għandha tiġi provduta proċedura li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jikkoperaw mill-qrib fil-kumitat ta’ implementazzjoni;

    Billi miżuri tranżitorji huma meħtieġa biex jiffaċilitaw il-qalba għas-sistema introdotta b’dan ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż.

    2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, xorb spirituż għandu jfisser likwidu alkoħoliku:

    - intenzjonat għall-konsum tal-bniedem,

    - li jkollu kwalitajiet organolettiċi u, ħlief fil-każ tal-prodotti elenkati taħt il-punt I ta’ l-Anness II, qawwa minima alkoħolika ta’ 15 % vol, u

    - prodott

    - jew direttament bid-distillazzjoni, bil jew mingħajr iż-żieda ta’ ħwawar, ta’ prodotti naturali iffermentati, u/jew bil-maċerazzjoni ta’ materjali veġetali u/jew b’żieda ta’ ħwawar, zokkor u jew prodotti oħra ta’ ħlewwa elenkati fil-paragrafu 3 (a) u/jew prodotti agrikoli oħra ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u/jew ta’ distillat ta’ oriġini agrikola u/jew ta’ spirtu kif definit f’dan ir-Regolament

    - jew b’taħlit ta’ xorb spirituż ma’:

    - xorb spirituż wieħed jew aktar,

    - alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillat ta’ oriġini agrikola jew spirtu,

    - xorb alkoħoliku wieħed jew aktar,

    - xorb wieħed jew aktar.

    B’dana kollu, xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi CN 220300, 2204, 2205, 220600 u 2207 m’għandux jitqies bħala xorb spirituż.

    3. Definizzjonijiet preliminari

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn il-frażijiet li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet indikati:

    (a) żieda ta’ ħlewwa:

    bl-użu ta’ wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti fit-tħejjija ta’ xorb spirituż:

    zokkor parzjalment abjad, zokkor abjad, zokkor abjad raffinat, destrosju, fruttosju, xirop tal-glukosju, zokkor likwidu, zokkor likwidu maqlub, xirop taz-zokkor maqlub, għasir konċentrat rettifikat tal-għeneb, konċentrat ta’ tagħsir tal-għeneb, tagħsir ta’ għeneb frisk, zokkor maħruq, għasel, xirop tal-ħarrub, jew bl-użu ta’ materjali naturali tal-karbo-idrati li jkollhom effett simili bħal prodotti t’hawn fuq.

    Zokkor maħruq ifisser il-prodott riżultat esklusivament bis-sħana ikkontrollata ta’ sukrosju bla bażijiet, bla aċidi minerali jew bla addittivi oħra kimiċi;

    (b) taħlit:

    ta’ żewġ xorbiet differenti jew aktar li jgħamlu xarba ġdida;

    (ċ) żieda ta’ alkoħol:

    żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola max-xorb spirituż;

    (d) taħlit:

    t-taħlita ta’ żewġ xarbiet spiritużi jew aktar li jappartienu lill-istess kategorija u li jkunu distinti biss b’differenzi minuri fil-kompożizzjoni minħabba xi wieħed jew aktar minn dawn il-fatturi:

    - il-metodi innifishom tal-preparazjoni,

    - il-lambik użat,

    - il-perjodu ta’ maturazzjoni jew invekkjament,

    - iż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

    Ix-xorb spirituż hekk prodott jappartieni lill-istess kategorija bħax-xorb spirituż oriġinali qabel it-taħlit;

    (e) maturazzjoni jew invekkjament:

    li jippermettu l-iżvillup ta’ ċertu reazzjonijiet b’mod naturali f’kontenituri adattati, li b’hekk jagħtu lix-xorb spirituż in kwestjoni il-kwalitajiet organolettiċi li qabel ma kienux jeżistu;

    (f) taħwir;

    l-użu ta’ preparazzjoni ta’ xorb spirituż ta’ taħwir wiehed jew aktar kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ Direttiva 88/388/KEE;

    (g) kulur:

    l-użu ta’ kulur wieħed jew aktar fil-preparazjoni ta’ xorb spirituż;

    (h) alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola:

    alkoħol etiliku li jippossjedi l-propjetajiet elenkati f’L-Anness I ta’ dan ir-Regolament u li jkun ir-riżultat tad-distillazzjonijoni, wara l-fermentazjoni alkoħolika, ta’ prodotti agrikoli elenkati fl-Anness II tat-Trattat, eskluż xorb spirituż kif definit fil-paragrafu 2. Meta riferenza ssir għal materja prima wżata, l-alkoħol għandu jkun ġie akkwistat biss minn dik il-materja prima;

    (i) distillat ta’ oriġini agrikola:

    xorb alkoħoliku li jkun ir-riżultat tad-distillazzjonijoni, wara fermentazjoni alkoħolika, tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness II tat-Trattat imma li ma jkollhomx il-propjetajiet ta’ alkoħol etiliku kif definit f’ (b) jew xorb spirituż imma li xorta jibqalu l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata. Meta ssir riferenza għal materja prima wżata, id-distillat għandu jkun ġie akkwistat biss minn dik il-materja prima;

    (j) qawwa alkoħolika bil-volum:

    ir-relattività tal-volum ta’ alkoħol fl-istat pur preżenti fil-prodott f’temperatura ta’ 20 °C tal-volum totali ta’ dak il-prodott fl-istess temperatura;

    (k) kontenut ta’ materjali volatili:

    il-kwantitajiet ta’ materjali volatili apparti minn alkoħol etiliku u metiliku li jkun jinstab fix-xorb spirituż akkwistat esklusivament bid-distillar, bħala riżultat uniku tad-distillazzjonijoni jew distillazzjonijoni mill-ġdid tal-materjali primi wżati;

    (l) il-lokalità tal-manifattura:

    il-lokalità jew reġjun li fih ikun sar dak l-istadju tal-proċess ta’ manifattura tal-prodott komplut li jagħti lix-xorb spirituż il-karattru tiegħu u l-kwalitajiet essenzjali definittivi;

    (m) kategoriji ta’ xorb spirituż: ix-xorb spirituż kollu kopert bl-istess definizzjoni.

    4. Definizzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ xorb spirituż

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament dawn il-frażijiet li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet indikati:

    (a) Rum:

    (1) Xorb spirituż prodott esklusivament minn fermentazjoni u distillazzjonijoni alkoħolika, jew minn molasses jew xiropp prodott fil-manifattura ta’ zokkor tal-kannamieli jew ta’ ġulepp taz-zokkor tal-kannamieli innifsu u ddistillat f’anqas minn 96 % vol sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tar-rum.

    (2) L-ispirtu prodott esklusivament minn fermentazjoni u distillazzjonijoni ta’ alkoħol ta’ zokkor tal-ġulepp tal-kannamieli li jkollu karatteristiċi aromatiċi speċifiċi ta’ rum u kontenut ta’ materjali volatili ugwali għal jew li jeċċedu 225 gramma kull ettolirtu ta’ alkoħol 100 % vol. Dan l-ispirtu jista jkun ikkumerċjat bil-kelma ‘agrikolu’ li tikkwalifika id-desinjazzjoni ‘rum’ akkumpanjata bid-designazjoni ġeografika tad-Dipartimenti Barranin Franċiżi elenkati fl-Anness II.

    (b) Whisky jew whiskey:

    Xorb spirituż prodott bid-distillazzjoni tal-maħlut taċ-ċereali

    - zakkarifikat bid-dijastasi ta’ xgħir li jkun jinstab fih, bi jew mingħajr enżimi naturali oħra,

    - iffermentati permezz tal-ħmira,

    - iddistillat f’anqas minn 94,8 % vol, sabiex id-distillat jkollu aroma u togħma li jkunu akkwistati mill-materjali primi użati, w immaturati għal mill-anqas tlett snin fi btieti ta’ l-injam li ma jeċċedux 700 litru ta’ kapaċità.

    (ċ) Spirtu tal-qamħ:

    (1) Xorb spirituż prodott bid-distillazzjoni tal-maħlut iffermentat ta’ ċereali u li jkollu l-karatteristiċi organolettiċi idderivati mill-materjali primi wżati.

    ‘Spirtu tal-qamħ’ jista’ jkun sostiwit b’Korn jew Kornbrand, għal xorb prodott fil-Ġermanja u f’reġjuni tal-Komunità fejn il-Ġermaniż huwa wieħed mill-lingwi uffiċjali, basta li dan ix-xorb ikun tradizzjonalment prodott f’dak ir-reġjuni u jekk l-ispirtu tal-qamħ ikun akkwistat hemmhekk mingħajr addittivi:

    - jew esklusivament bid-distillazzjoni tal-maħlut tal-ħbub sħaħ tal-qamħ, xgħir, ħafur, sikrana jew qamħ saraċin bil-komponenti tagħhom.

    - jew b’distillazzjoni mill-ġdid tad-distillat akkwistat skond l-ewwel subparagrafu.

    (2) Biex spirtu tal-qamħ jiġi mogħti d-disinjazzjoni bħala ‘brandy tal-qamħ’, dan għandu jkun ir-riżultat tad-distillazzjoni b’anqas minn 95 % vol minn fermentazzjoni tal-maħlut ta’ ċereali, li jippreżenta fatturi organolettiċi li joriġinaw mill-materjali primi wżati.

    (d) Akkwavit:

    Xorb spirituż

    - prodott esklusivament bid-distillazzjoni ta’ anqas minn 86 % vol ta’ mbid jew imbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew bid-distillazzjoni ta’ distillat ta’ nbid ta’ anqas minn 86 % vol,

    - li jkun fih kwantità ta’ materjali volatili ugwali għal jew li jeċċedu 125 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol, u

    - jkollhom kontenut massimu ta’ metil-alkoħol ta’ 200 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol.

    Meta din ix-xarba tkun ġiet invekkjata, tista tibqa tiġi ikkommerċjalizzata bħala ‘Akkwavit ta’ l-imbid’ jekk tkun ġiet invekkjata mill-anqas daqs, jew aktar mill-, perijodu stipulat għal prodott li hemm riferenza għalih f’ (e).

    (e) Brandy jew Weinbrand:

    Xorb spirituż

    - prodott mill-akkwavit, sew jekk imħalta u sew jekk le b’distillat tal-imbid li jkun ġie iddistillat f’anqas minn 94,8 % vol basta li l-imsemmi distillat ma jeċċedix il-massimu ta’ 50 % bil-volum tal-prodott finali,

    - ikun invekkjat għal mhux anqas minn sena f’reċipjenti tal-ballut jew għal-anqas sitt xhur fi btieti tal-ballut li jesgħu mhux anqas minn 1000 litru,

    - li jkun fih kwantità ta’ materjali volatili ugwali għal jew jeċċedu 125 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol, u riżultat esklusivament mid-distillazzjoni jew distillazzjoni mill-ġdid tal-materja prima wżata,

    - li jkollu kontenut massimu ta’ metil-alkoħol ta’ 200 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol.

    (f) Akkwavit tal-marċ taż-żbib jew tal-marċ tal-għeneb:

    1) (a) Xorb spirituż

    - prodott mill-marċ taż-żbib iffermentati u distillat jew direttament bil-fwar tal-ilma, jew wara ż-żieda tal-ilma; li fih tista tiżdiet perċentwali ta’ karfa, li għandha tkun iddeterminata bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, u d-distillazzjoni tista titwettaq fil-preżenza tal-fdalijiet innifishom f’anqas minn 86 % vol. Distillazzjoni mill-ġdid ta’ l-istess qawwa alkoħolika hija awtoriżżata,

    - li jkun fih kwantità ta’ materjali volatili ugwali għal jew li jeċċedu 140 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol u li jkollhom kontenut massimu ta’ metil-alkoħol ta’ 1000 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol.

    (b) B’dana kollu, matul il-perijodu tranżitorju previst għall-Portugall fl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-1985, is-subparagrafu (a) m’għandux iżomm il-kummerċaliżazzjoni ta’ akkwavit Portugiż minn fdalijiet tal-għeneb prodott fil-Portugall u li jkollu massimu ta’ kontenut ta’ metil-alkoħol ta’ 1500 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol.

    (2) Id-deżinjazzjoni ta’ akkwavit tal-marċ’ jew ‘akkwavit tal-marċ tal-għeneb’ tista’ tiġi sostitwita bid-deżinjazzjoni ta’ ‘grappa’ unikament għal xorb spirituż prodott fl-Italja.

    (g) Spirtu mill-marċ tal-frott:

    Xorb spirituż prodott bil-fermentazjoni w id-distillazzjonioni tal-fdalijiet tal-frott. Il-kundizzjonijiet tad-distillazzjoni, il-karatteristiċi tal-prodott u d-dispożizzjonijiet l-oħra għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    (h) Spirtu miż-żbib jew brandy taż-żbib:

    Xorb spirituż prodott bid-distillazzjoni tal-prodott riżultat mil-fermentazjoni alkoħolika ta’ estratt ta’ żbib imqadded tal-verjetajiet ‘Corinth Iswed’ jew ‘Muskat ta’ Malaga ’, iddistillat f’anqas minn 94,5 % vol, hekk li d-distillat ikollu aroma u togħma idderivata mill-materja prima wżata.

    (i) Akkwavit tal-frott:

    1) (a) Xorb spirituż

    - prodott esklusivament bil-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni ta’ frott imlaħħam jew magħsur, bl-għadma jew mingħajrha,

    - iddistillat f’anqas minn 86 % vol sabiex id-distillat jkollu aroma u togħma li tkun akwistata mil frott iddistillat,

    - li jkun fih kwantità ta’ materjali volatili ugwali għal jew li jeċċedu 200 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol, u

    - jkollu kontenut massimu ta’ metil-alkoħol ta’ 1,000 gramma kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol, u

    - fil-każ ta’ spirti minn frott bl-għadma, li jkollu kontenut ta’ aċidu ċijanidriku li ma jeċċedix 10 grammi kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol.

    (b) Derogi mid-dispożizzjonijiet tat-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiżi ta’ subparagrafu (a) jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, partikolarment meta l-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tradizzjonali jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tad-dħul tal-produtturi ta’ ċertu frott fil-Komunità.

    (ċ) Ix-xorb definit b’dan il-mod għandu jissejjah ‘akkwavit’ biż-żieda ta’ l-isem tal-frott, bħal l-eżempji li ġejjin: akkwavit taċ-cirasa (jew kirsch), akkwavit tal-pruna (slivovic), tal-mirabelle, tal-ħawħ, tat-tuffieħ, tal-lanġas, tal-berquq, tat-tin, taċ-ċitru taż-żbib jew akkwavit ieħor tal-frott. Jistgħu wkoll jissejhħu wasser, bl-isem tal-frott.

    L-isem Williams jista jintuża biss biex jiddeskrivi xorb tal-lanġas prodott esklusivament mil-lanġas tal-varjetà ‘Williams’.

    Kull meta żewġ frottijiet jew aktar ikunu iddistillati flimkien, il-prodott għandu jissejjaħ ‘akkwavit tal-frott’. L-isem jista’ jkun issuplementat b’dak ta’ kull frotta, f’ordni dekrexxenti skond il-kwanitajiet użati.

    (d) Fil-każijiet u l-kondizzjonijiet li taħthom l-isem tal-frott jista’ jisostitwixxi d-disinjazzjoni ‘akkwavit ta’ qabel l-isem tal-frott in kwestjoni huma stabbiliti skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 15.

    2) L-isem ‘akkwavit’ flimkien ma’ l-isem tal-frott jintuża għal spirtu prodott bil-maċerazzjoni, fil-proporzjon minima ta’ 100 kilogramma frott għal kull 20 litru ta’ 100 % vol alkoħol, ċerti kukki tal-frott u frott ieħor bħal ma huma lampuni, tut, qerqnin u oħrajn, sew jekk parzjalment iffermentati jew mhux iffermentati, f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew fi spirtu jew distillat kif definit f’dan ir-Regolament, segwit bid-distillazzjonioni.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ l-isem ‘akkwavit’ flimkien ma’ l-isem tal-frott bl-iskop li tiġi evitata konfużjoni ma’ l-akkwavit tal-frott imsemmija f’punt 1 u l-frott in kwestjoni għandhom ikunu iddetterminati bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    (3) Ix-xorb spirituż riżultat mill-maċerazzjoni mill-frott sħiħ mhux iffermentat bħal dak li hemm riferenza dwaru f’punt 2 f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, li segwit mid-distillazzjoni, jista’ jissejjaħ ‘geist’, flimkien ma’ l-isem tal-frott.

    (j) Akkwavit taċ-ċidru, brandy taċ-ċidru u akkwavit tal-lanġas:

    Xorb spirituż

    - prodott esklusivament bid-distillazzjonioni ta’ ċidru jew ta’ lanġas, u

    - li jissodisfa l-ħtiġiet tat-tieni w it-tielet u r-raba inċiżi tas-subparagarfu (i) (1) (a) li għandu x’jaqsam ma’ spirti tal-frott.

    (k) Spirtu ġenzjan:

    Xorb spirituż prodott mid-distillar ta’ ġenzjan, li hu stess ikun ġie akwistat bil-fermentazzjoni ta’ għeruq tal-ġenzjan bil jew mingħajr iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola.

    (l) Xorb spirituż tal-frott:

    (1) Xorb spirituż riżultat bil-maċerazzjoni tal-frott f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u/jew fid-distillat ta’ oriġini agrikola u/jew spirtu kif definit f’dan ir-Regolament u fil-proporzjon minimu li għandu jkun iddeterminat permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    It-togħma ta’ dan ix-xorb spirituż tista tkun issuplementata b’sustanzi ta’ ħwawar u/jew preparati li jagħtu t-togħma barra minn dawk li jiġu mill-frott użat. Dawn il-materjali u preparati ta’ togħmiet huma definiti rispettivament fl-Artikolu 1(2)(b) (u) u (c) ta’ Direttiva 88/388/KEE. B’dana kollu, il-karatteristika tat-togħma tax-xorb u l-kulur tiegħu għandhom jiġu esklussivament mill-frott użat.

    (2) Ix-xorb hekk definit għandu jissejjaħ ‘xorb spirituż ta’’ jew ‘akkwavit ta’’ bl-isem tal-frott. Fil-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom l-isem tal-frott jista’ jkun sostitwit b’dawk l-ismijiet għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    B’dana kollu, l-isem Pacharán jista’ jkun użat biss għal ‘xorb spirituż tal-frott’ immanifatturat fi Spanja u akwistat bil-maċerazzjoni tal-pruna (prunus espinosa) fil-proporzjon minimu ta’ 250 gramma ta’ frott kull litru ta’ alkoħol pur.

    (m) Xorb spirituż bit-togħma tal-ġinibru:

    1) (a) Xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma tal-kukku tal-ġinibru (juniperus communis) lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u/jew spirtu tal-qamħ u/jew distillat tal-qamħ.

    Materjali oħra naturali u/jew ta natura identika kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) (i) i (ii) ta’ Direttiva 88/388/KEE u/jew preparati ta’ togħma kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva, u/jew planti aromatiċi jew partijiet ta’ pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw b’żieda, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġinibru għandhom ikunu jintegħmu, anki jekk dawn kultant ikunu attenwati.

    (b) Ix-xorb jista’ jissejjaħ Wacholder, ginebra, jew genebra. L-użu ta’ dawn l-ismijiet għandu jkun stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    (ċ) Il-kwalitajiet ta’ alkoħol wżati fix-xorb spirituż imsejjah genievre, jenever, genever u peket, għandhom ikollhom il-karatteristiċi irganolettiċi adattat għall-manifattura tal-prodotti msemmija hawn fuq u jkollhom kontenut massimu ta’ metil ta’ 5 grammi kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol u kontenut massimu aldeħide espress bħala aċetaldiħide ta’ 0,2 grammi kull ettolitru ta’ 100 % vol alkoħol. Fil-każ ta’ prodotti bħal dawn, it-togħma tal-kukku tal-ġinibru mhux bill fors li tkun tintgħaraf.

    2) (a) Ix-xorb jista’ jissejjaħ ‘gin’ jekk ikun prodott billi tingħata togħma organolettikament adatta lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola b’materjali naturali u/jew indentiċi għan-natural ta’ togħma kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva hekk li t-togħma tkun predominatament dik tal-ġinibru.

    (b) Ix-xorb jista jissejjaħ ‘ġinibru iddistillat’ jekk ikun prodott unikament minn distillazzjonioni mill-ġdid ta’ alkoħol ta’ oriġini agrikola organo-lettikalment addattat ta’ kwalità xierqa b’qawwa inizjali ta’ alkoħol ta’ mill-anqas 96 % vol f’lambik tradizjonalment użat għal ġinibru, fil-preżenza tal-kukku tal-ġinibru u ta’ ħaxix naturali oħra basta li t-togħma tal-ġinibru tkun predominanti. Il-frażi ‘ġinibru iddistillat’ tista ukoll tapplika wkoll għal taħlita tal-prodott ta’ distillazzjoni bħal dik ma’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bl-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika. Materjali naturali u/jew identiċi għan-natura ta’ togħma u/jew preparati li jgħatu t-togħma, kif speċifikati f’ (a) jistgħu wkoll jintużaw biex jagħtu t-togħma lil ġinibru iddistillat. Il-London Gin huwa tip ta’ ġinibru iddistillat.

    Ġinibru riżultat sempliċement biż-żieda ta’ essenzi jew ħwawar ma’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola m’għandhux jikkwalifika għad-deskrizzjoni ta’ ‘ġinibru iddistillat’.

    (n) Xorb spirituż bit-togħma tal-kemmun:

    (1) Xorb spirituż prodott billi tingħata togħma tal-kemmun (Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola.

    Sustanzi oħra b’togħmiet naturali u/jew identiċi għan-natural kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) (i) u (ii)tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew preparati li jagħtu togħma, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva jistgħu jintużaw b’żieda imma it-togħma predominanti trid tkun tal-kemmun.

    2) (a) Ix-xorb spirituż definit f’punt 1 jista wkoll jissejjaħ akvavit jew aquavit jekk ikun ingħata t-togħma bid-distillat ta’ pjanti jew ħwawar.

    Sustanzi oħra li jgħatu t-togħma speċifikati fit-tieni subparagrafu tal-punt 1 jistgħu jintużaw b’żieda, imma it-togħma ta’ dan ix-xorb għandha tkun prinċipalment riżultat tad-distillati ta’ ħbub tal-kemmun u/jew tal-ħbub ta’ żrieragħ tax-xibt (Anethum graveolens L.), l-użu ta’ żjut essenzjali huwa ipprojbit.

    (b) is-sustanzi morri m’għandhomx ikunu ovvjament jiddominaw it-togħma; il-kontenut ta’ estratt niexef ma’ jistax jeċċedi 1,5 grammi kull 100 millilitru.

    (o) Xorb spirituż bit-togħma ta’ l-anisi:

    (1) Xorb spirituż prodott billi tingħata togħma lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola b’estratti naturali ta’ l-anisi stilla (Illicium verum), anisi (Pimpinella anisum), bużbież (Foeniculum vulgare), jew xi pjanta oħra li jkun fiha l-istess konstitwent prinċipali aromatiku, permezz ta’ wieħed minn dawn il-proċessi:

    - il-maċerazzjoni u/jew distillazzjoni,

    - distillazzjonijoni mill-ġdid ta’ alkoħol fil-preżenza ta’ żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq,

    - żieda ta’ estratti naturali iddistillati ta’ pjanti li għandhom it-togħma ta’ l-anisi.

    - kombinazzjoni ta’ dawn it-tlett metodi.

    Estratti ta’ pjanti naturali oħra jew żrieragħ aromatiċi jistgħu wkoll jintużaw, imma t-togħma ta’ l-anisi għandha tibqa predominanti.

    (2) Għal xorb spirituż bit-togħma ta’ l-anisi msejjaħ ‘pastis’ għan għandu wkoll ikun fieħ estratti naturali ta’ għeruq ta’ għud-s-sus (Glycyrrhiza glabra), li timplika l-preżenza tal-materjali ta’ kulur magħrufa bħala ‘chalcones’ kif ukoll ta’ aċidu gliċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tagħhom għandhom ikunu ta’ 0,05 u 0,5 grammi kull litru rispettivament.

    il-pastis jkun fih anqas minn 100 gramma ta’ zokkor kull litru u jkollu livell minimu u massimu ta’ anetol ta’ 1,5 u 2 grammi kull litru rispettivament.

    (3) Biex xorb spirituż bit-togħma ta’l-anisi, jista’ jissejjah ‘ouzo’jeħtieġ li:

    - ikun ġie prodott esklusivament fil-Greċja,

    - ikun ġie prodott b’taħlita ta’ tipi ta’ alkoħol mogħtija t-togħma permezz ta’ d-distillazzjonijoni jew l-maċerazzjoni bl-użu ta’l-anisi u possibilment taż-żrieragħ tal-bużbież, gomma mastika minn lentiscus indiġenu għal gżira ta’ Chios (Pistacia lentiscus Chia jew latifolia) u żrieragħ aromatiċi, pjanti u frottijiet oħra; l-alkoħol li jkun ingħata t-togħma bid-distillazzjonijoni għandu jirrapreżenta mill-anqas 20 % tas-saħħa alkoħolika tal-ouzo.

    Dak id-distillat għandu:

    - jkun ġie prodott b’distillazzjoni tradizzjonali f’lambik tar-ramm diskontinwu b’kapaċità ta 1000 litru jew anqas.

    - jkollu qawwa alkoħolika ta’ mhux anqas minn 55 % vol imma aktar minn 80 % vol.

    L-ouzo għandu jkun mingħajr kulur u jkollu kontenut ta’ zokkor ta’ 50 gramma jew anqas kull litru.

    (4) Għal xorb spirituż bit-togħma ta’ l-aniżi imsejjaħ anis, it-togħma karatteristika tiegħu għandha tkun akwistata esklussivament mill-aniżi (pimpinella anisum) u/jew aniżi stilla (illicium verum) u/jew bużbież (foeniculum vulgare). L-isem ‘anis iddistillat’ jista’ jkun użat jekk ix-xorb ikun fih alkoħol iddistillat fil-preżenza ta’ dawk iż-żrieragħ, basta li dak l-alkoħol jikkostitwixxi mill-anqas 20 % tal-qawwa alkoħolika tax-xorb.

    (p) Xorb spirituż b’togħma morra jew morr:

    Xorb spirituż b’togħma predominantement morra prodott billi tingħata togħma lil alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola b’materjali ta’ togħma naturali u/jew identika għan-natural kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) (i) u (ii) ta’ Direttiva 88/388/KEE u/jew preparati ta’ togħma kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva.

    Ix-xorb jista’ wkoll ikun ikkumerċjat bħala ‘amer’ jew bitter bi jew mingħajr frażijiet oħrajn.

    Din id-dispożizzjoni m’għandhiex taffetwa l-possibilità ta’ l-użu tal-kliem ‘amer’ jew bitter għal prodotti li ma humiex koperti b’dan l-Artikolu.

    (q) Vodka:

    Xorb spirituż prodott jew bit-tisfija ta’ alkoħol ettiliku ta’ oriġini agrikola jew bl-iffiltrar tiegħu minn faħam tal-kannol attivat, possibilment b’distillazzjonijoni sempliċi jew bi trattament ekwivalenti, hekk li l-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima wżata jkunu selettivament imnaqqsa. Il-prodott jista’ jingħata karatteristiċi organolettiċi partikolari, bħal ma hija togħma lixxa, biż-żieda ta’ togħmiet.

    (r) Liqueur

    (1) Xorb spirituż:

    - li jkollu kontenut minimu ta’ zokkor ta’ 100 gramma kull litru muri bħala zokkor invertit, mingħajr preġudizzju ta’ deċiżjoni differenti meħudha skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 15,

    - prodott billi tingħata togħma lil alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillat ta’ oriġini agrikola jew ta’ xorb wieħed spirituż jew aktar kif definit f’dan ir-Regolament jew taħlita ta’ dawn ta’ hawn fuq, mogħtija l-ħlewwa u possibilment b’żieda ta’ prodotti ta’ oriġini agrikola bħal ma huma krema, ħalib u prodotti oħra tal-ħalib, frott, inbid jew inbid aromatizzat.

    (2) L-isem ‘crème de’ li warajh ikun hemm l-isem ta’ frott jew tal-materja prima wżata, esklużi prodotti tal-ħalib, għandu jkun irriservat għal likuri b’kontenut minimu ta’ zokkor ta’ 250 gramma kull litru murija bħala zokkor invertit.

    L-isem ‘crème de cassis’ għandu, b’dana kollu, ikun irriservat għal likuri tar-ribes li jkun fihom mill-anqas 400 gramma ta’ zokkor, muri bħala zokkor invertit, kull litru.

    (s) Liquer tal-bajd/advocaat/avocat/Advokat:

    Xorb spirituż sew jekk mogħti t-togħma u sew jekk le, prodott minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, u li l-ingredjenti tiegħu ikunu isfar tal-bajd ta’ kwalità, abjad tal-bajd, u zokkor jew għasel. Il-kontenut minimu ta’ zokkor jew għasel għandu jkun ta’ 150 gramma kull litru. Il-kontenut minimu ta’ isfar tal-bajd għandu jkun ta’ 140 gramma kull litru tal-prodott finali.

    (t) Likur bil-bajd:

    Xorb spirituż sew jekk mogħti togħma u sew jekk le, prodott minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, u li l-ingredjenti tiegħu ikunu isfar tal-bajd ta’ kwalità, abjad tal-bajd u zokkor jew għasel. Il-kontenut minimu ta’ zokkor jew għasel għandu jkun ta’ 150 gramma kull litru. Il-kontenuta minimu ta’ isfar tal-bajd għandu jkun ta’ 70 gramma kull litru tal-prodott finali.

    Artikolu 2

    Soġġett għall-Artikoli 3, 4 u 12, sabiex jista’ ikun ikkumerċjat għal konsum tal-bniedemn taħt wieħed mill-ismijiet elenkati fl-Artikolu 1(4), xorb spirituż għandu jkun konformi mad-definizzjoni u l-ħtiġiet applikabbli għal-kategorija li lilha jappartieni.

    Artikolu 3

    1. Bl-eċċezzjoni ta’ xorb spirituż bit-togħma tal-ġinibru kif definit fl-Artikolu 1(4)(m) (1), għal xorb spirituż elenkat hawn taħt, il-qawwa minima alkoħolika bil-volum għal rilaxx għal konsum tal-bniedem fil-Komunità b’wieħed mill-ismijiet elenkati fl-Artikolu 1(4), bl-eċċezzjoni ta’ ċerti prodotti speċifiċi li l-qawwa alkoħolika tagħhom hija indikata fl-Anness III, għandha tkun kif ġej:

    —40 % | whisky/whiskey pastis |

    —37,5 % | rum Rum-Verschnitt akkwavit ta' l-inbid akkwavit tal-marċ tal-għeneb akkwavit tal-marċ tal-frott akkwavit taż-żbib akkwavit tal-frott akkwavit taċ-ċidru, jew akkwavit tal-lanġas akkwavit tal-ġenzjan ġin jew ġinibru ddistillat akkwavit/aquavit vodka grappa ouzo Kornbrand |

    —36 % | brandy/Weinbrand |

    —35 % | xorb spirituż taċ-ċereali/akkwavit taċ-ċereali anis |

    —32 % | Korn |

    —30 % | xorb spirituż bit-togħma tal-kemmun (ħlief akkwavit/aquavit) |

    —25 % | xorb spirituż tal-frott |

    —15 % | xorb spirituż bit-togħma ta' l-anisi (ħlief ouzo, pastis, anis) |

    2. il-prodotti l-oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(4) u li ma humiex elenkati hawn fuq.

    - Dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jistabbilixxu qawwa minima alkoħolika bil-volum li tkun ogħla mill-valuri li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għal xorb spirituż elenkat fl-Anness II. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn il-qawwiet alkoħoliċi fi żmien tlett xhur mid-:

    - dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, fil-każ ta’ dispożizzjonijiet eżistenti,jew mill-adozzjoni tagħhom, fil-każ ta’ xi dispożizzjonijiet li jistgħu jiġu adottati wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    Il-Kummissjoni għandha tassigura li dawn ikunu ippublikati fis-serje ‘C’ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    3. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista jistabilixxi il-qawwa minima alkoħolika bil-volum għal kategoriji ta’ xorb ieħor barra minn dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1.

    4. Qabel il-31 ta’ Diċembru 1992, il-Kunsill għandu jerġa jeżamina l-qawwa minima alkoħolika tal-whisky/whiskey fuq il-bażi ta’ studju tas-suq mill-Kummissjoni.

    Artikolu 4

    1. Mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa tal-paragrafi 2 sa 5, jekk xi sustanza oħra tkun miżjuda, barra minn dawk awtoriżżati b’leġislazzjoni komunitarja jew, f’nuqqas ta’ dan, b’xi dispożizzjonijiet nazzjonali, ix-xorb spirituż f’dak il-każ għandu jitlef id-dritt ta’ l-isem irriservat.

    2. Il-lista awtoriżżata ta’ adittivi mall-ikel, id-direzzjonijiet għall-użu tagħhom u x-xorb spirituż ikkonċernat għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri dwar l-addittivi li jistgħu jintużaw f’oġġetti tal-ikel [9].

    3. Il-lista ta’ l-għajnuniet teknoloġiċi awtoriżżati, id-direzzjonijiet għall-użu tagħhom u x-xorb spirituż ikkonċernat jistgħu jkunu stabbiliti bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    4. Mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet aktar restrittivi ta’ l-Artikolu 1(4), il-kulur li jinagħta lix-xorb spirituż għandu jkun awtoriżżat skond ir-regoli nazzjonali stabbiliti bis-saħħa ta’ Direttiva tal-Kunsill tat-23 t’Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw materjali kuluranti awtoriżżati għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel intenzjonati għal konsum tal-bniedem [10], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

    5. Ħlief fil-każ ta’ dawk definiti fl-Artikolu 1(4)(m), (n) u (p) jistgħu jintużaw biss sustanzi u preparati naturali biex jgħatu t-togħma kif definit fl-Artikolu 1(2)(b) (i) u l-Artikolu 1(2)(c) ta’ Direttiva 88/388/KEE jistgħu jintużaw fil-preparazjoni ta’ xorb spirituż definit fl-Artikolu 1(4).

    B’dana kollu,sustanzi u preparati indentiċi għan-naturali li jgħatu t-togħma kif definit fl-Artikolu 1(2)(b) (ii) ta’ Direttiva 88/388/KEE għandhom ikunu awtoriżżati fil-likuri ħlief f’dawk imsemmija hawn taħt:

    (a) Liquer tal-frott (jew cremes):

    - ananas,

    - passulina,

    - ċirasa,

    - lampuni,

    - ċawsli,

    - kukku qernin,

    - frott taċ-ċitru;

    (b) liquer mill-pjanti:

    - nagħniegħ

    - ġenzjan,

    - anisi,

    - génépi,

    - vulnerarju.

    6. Fil-preparazzjonijiet ta’ xorb alkoħoliku, iż-żieda ta’ l-ilma, possibilment iddistillat jew dimineraliżżat għandha tkun awtoriżżata, basta li l-kwalità ta’ l-ilma tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati fl-implementazjoni ta’ Direttiva 80/777/KEE u 80/778/KEE u li dak l-ilma miżjud ma jbiddilx in-natura tal-prodott.

    7. (a) L-akoħol etiliku wżat fil-preparazjoni ta’ xorb spirtiuż ma jistax ikun ta’ xi oriġini oħra barra milli agrikola.

    (b) L-alkoħol etiliku wżat biex iħoll jew inaqqas l-koloranti, il-ħwawar u l-addittivi awtoriżżati oħra wżati fil-preparazjoni ta’ xorb spirituż għandu jkun alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola.

    (ċ) Mingħajr preġudizju għal dispożizzjonijiet aktar restrittivi stabbiliti fl-Artikolu 1(4)(m) (1), il-kwalità ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola għandha tilħaq l-ispeċifikazjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

    8. Regoli dettaljati, inklużi l-metodi li għandhom jintużaw fl-analiżi ta’ xorb spirituż, għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

    Il-lista ta’ likuri li tidher fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 tista tkun issuplementata mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    1. Mingħajr preġudizzju għal miżuri adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6, l-użu ta’ ismijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(4) għandhom ikunu ristretti għal xorb spirituż definit hemmhekk, meħud kont tal-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 12. Dawn l-ismijiet għandhom jintużaw biex jiddeskrivu x-xorb imsemmi.

    Xorb spirituż li ma jissodisfax l-ispeċifikazjonijiet stabbiliti għall-prodotti definiti fl-Artikolu 1(4) ma jistax ikollu l-ismijiet mogħtija hemmhekk għall-dawk il-prodotti. Dawn għandhom ikunu deskritti bħala: ‘xorb spirituż’ jew ‘spirtu’.

    2. L-ismijiet elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu issuplementati b’indikazzjonijiet ġeografiċi barra minn dawk fil-paragrafu 3, basta li dawn ma jħawdux lill-konsumaturi.

    3. (a) L-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness II jistgħu jieħdu post l-indikazzjonijiet li hemm riferenza dwarhom fil-paragrafu 1 jew jissuplementawhom, u b’hekk jiffurmaw indikazzjonijiet komposti. Dawn l-indikazzjonijiet, sew jekk komposti u sew jekk le, jistgħu jekk meħtieġ, ikunu akkumpanjati b’partikolaritajiet addizzjonali, basta li dawn ta’ l-aħħar jkunu irregolati mill-Istat Membru tal-produzzjoni.

    B’deroga mis-subparagrafu preċedenti, il-kliem marque nationale luxembourgeoise għandhom jieħdu post l-indikazzjoni ġeografika u jistgħu jissuplementaw l-ismijiet ta’ l-ispirti prodotti fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu kif elenkati fl-Anness II.

    (b) dawn l-indikazzjoni ġeografiċi għandhom ikunu riservati għal xorb spirituż li fil każ tiegħu l-istadju tal-produzzjoni li matulu jakwistaw il-karattru tagħhom u l-kwalitajiet definittivi jseħħu fiż-żona ġeografika ndikata.

    (ċ) L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-produzjoni, il-moviment.fl-Istat Membru, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ prodotti maħduma fit-territorji tagħhom, sakemm dawn ikunu kumpatibbli mal-liġi Komunitarja. Meta jkunu applikati skond politika ta’ kwalità, regoli bħal dawn jistgħu jillimitaw il-produzzjoni f’żona ġeografika partikolari għal prodotti ta’ kwalità li jkunu konformi mar-regoli speċifiċi ikkonċernati.

    Artikolu 6

    1. Dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jirregolaw indikazzjonijiet b’żieda mad-deskrizzjoni tal-bejgħ, i.e.:

    - l-użu ta’ frażijiet, akronimi u sinjali,

    - l-użu ta’ frażijiet komposti inklużi f’xi frażijiet ġeneriċi definiti fl-Artikolu 1(2) u (4).

    2. Dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jirregolaw l-ismijiet ta’ taħlitiet ta’ xorb spirituż u dawk ta’ taħlitiet ta’ xorb ma’ xorb spirituż.

    3. Id-dispożizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15. Dawn għandhom ikunu maħsuba partikolarment biex ma jħallux li tinħoloq konfużjoni bl-ismijiet li hemm riferenza dwarhom f’dawk il-paragrafi, speċjalment rigward prodotti eżistenti meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

    Artikolu 7

    1. Barra milli tikkonforma mal-leġislazzjoni nazzjonali adottata bi qbil mad-Direttiva 79/112/KEE, l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklam ta’ xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 1(4) intenzjonat għal konsumatur finali għandu jikkonforma mal-paragrafi 2 u 3.

    2. (a) L-isem li bih il-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2) u (4) jkunu mibjuha għandu jkun wieħed mill-ismijiet użati esklussivament għall-prodotti bħal dawn skond l-Artikoli 5 u 6 (2).

    (b) Meta t-tikketta tindika l-materja prima wżata biex ikun prodott l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, kull alkoħol agrikolu wżat għandu jkun imsemmi f’ordni dekrexxenti skond in-nuqqas ta’ importanza tal-kwantità wżata.

    (ċ) L-isem li bih ix-xorb spirituż imsemmi fil-paragrafu 1 jinbiegħ jista’ jkun issupplimentat bil- kelma ‘mħallat’ meta l-prodott ikun tħallat.

    (d) Barra mill-eċċezzjonijiet, il-perjodu ta’ maturazzjoni jista’ jkun speċifikat biss meta jirreferi għal komponenti alkoħolika l-aktar riċenti u basta li l-prodott ikun invekkjat taħt is-superviżjoni tas-sisa jew superviżjoni li tagħti garanziji ekwivalenti.

    3. Dawn li ġejjin jistgħu, fil-każ tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(4), jkunu determinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14:

    (a) il-kundizzjonijiet li bihom it-tikketta tista’ tispeċifika perijodu ta’ maturazzjoni u dawk li għandhom x’jaqsmu mal-materja prima użata;

    (b) il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ deskrizzjonijiet ta’ bejgħ li jimplikaw li l-prodott ikun ġie maturat, flimkien ma’ xi eċċezzjonijiet u l-kundizzjonijiet għal kontrolli ekwivalenti;

    (ċ) id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-użu ta’ kliem li jirreferu għal ċerti proprjetajiet tal-prodott, bħal ma huma l-istorja tiegħu jew il-metodu li bih ikun ġie ippreparat;

    (d) ir-regoli li jirregolaw l-ittikkettjar ta’ prodotti f’kontenituri li ma jkunux intenzjonati għal konsumatur finali, inklużi xi derogi mir-regoli ta’ l-ittikkettjar biex jittieħed kont partikolarment tal-magażinaġġ u t-trasport.

    4. Il-partikolaritajiet li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw f’waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet b’tali mod li l-konsumatur finali jkun jista’ jifhimhom mingħajr tbatija, sakemm ix-xerreja ma jkunux ġew ipprovduti bl-informazjoni b’mezzi oħrajn.

    5. Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness II, il-kliem fil-korsiv fl-Artikolu 1(4) u d-deskrizzjoni Rum-Verschnitt m’għandhomx ikunu tradotti.

    B’dana kollu, fuq talba ta’ l-Istat Membru fejn isir il-konsum, jista’ jkun deċiż, bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14, li l-imsemmija kliem fil-korsiv u, partikolarment, akkwavit taż-żbib għandhom ikunu issupplimentati b’termini ekwivalenti sabiex il-konsumaturi fl-imsemmi Stat Membru ma jitqarqux.

    6. Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, l-użu tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li fih il-prodott ikun inħadem għandha tkun awtorizzata jekk il-partikolaritajiet li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament jingħataw ukoll f’lingwa uffiċċjali tal-Komunità b’tali mod li l-konsumatur finali jkun jista’ jifhem mingħajr tbatija kull ma hu miktub.

    7. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità u intenzjonati għall-esportazzjoni, il-partikolaritajiet li hemm dispożizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament jistgħu ikunu irripetuti f’xi lingwa oħra; dan ma japplikax għall-partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 5.

    8. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-każijiet u/jew ix-xorb spirituż li fihom issir riferenza għall-post tal-manifattura u/jew l-oriġini u/jew il-provenjenza, għandhom ikunu obbligatorji, kif ukoll ir-regoli aċċessorji.

    Artikolu 8

    Sabiex ikunu ikkumerċjat għal konsum tal-bniedem, xorb spirituż prodott fil-Komunità ma jistax ikun deskritt b’assoċjazzjoni ma’ kelma jew frażi bħal ma huma ‘simili’, ‘tip’. ‘stil’, ‘magħmul’, ‘togħma’ jew xi indikazzjonijiet simili flimkien ma’ deskrizzjoni tal-bejgħ imsemmija f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    1. Ix-xorb spirituż imsemmi hawn taħt:

    - rum,

    - whisky u whiskey,

    - xorb spirituż miċ-ċereali/akkwavit miċ-ċereali,

    - akkwavit mill-inbid u l-brandy,

    - akkwavit tal-marċ ta’ l-għeneb,

    - akkwavit taż-żbib,

    - akkwavit tal-frott bl-eċċezzjoni tal-prodotti definiti fl-Artikolu 1(4)(i) (2),

    - akkwavit taċ-ċidru, ċidru tal-lanġas

    ma jistax ikollhom meta ikun fihom żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola fil-preżentazzjoni tagħhom taħt kwalunkwe forma l-isem ġeneriku riservat għax-xorb t’hawn fuq.

    2. B’dana kollu, il-paragrafu 1 m’għandux jimpedixxi l-kummerċ, għal konsum tal-bniedem fil-Komunità, ta’ prodott maħdum fil-Ġermanja u riżultat bit-taħlit ta’ rum u alkoħol. Proporzjon minima ta’ 5 % ta’ alkoħol preżenti fil-prodott finali msejjaħ Rum-Verschnitt għandu jkun riżultat mir-rum. Meta dan il-prodott ikun jinbiegħ barra mill-Ġermanja, il-komposizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tidher fuq it-tikketta.

    F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni tal-prodott Rum-Verschnitt, il-kelma Verchnitt għandha tidher fuq l-ippakkjar (fuq il-flixkun jew il-qartas tiegħu) b’karattri ta’ l-istess tip, daqs u kulur bħal, u fuq l-istess linja bħal, il-kelma Rum u, fil-każ ta’ fliexken, fuq in-naħa ta’ quddiem tat-tikketta.

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li d-dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ xorb spirituż ikunu rispettati. Għandhom jaħtru aġenzija waħda jew aktar biex jikkontrollaw il-konformit_ ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    Fil-każ ta’ prodotti elenkati fl-Anness II, jista’ jkun deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 li dan il-kontroll u din il-protezzjoni għandhom ikunu assigurati, għall-iskop taċ-ċirkulazzjoni fil-Komunità, permezz ta’ dokumenti kummerċjali li jkunu verifikati mill-amministrazzjoni u billi jinżammu reġistri xierqa.

    2. Għal xorb spirituż elenkat fl-Anness II u esportat, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza ikkwalifikata fuq proposta mill-Kumissjoni, għandu jistabbilixxi sistema ta’ awtentikazzjoni ta’ dokumenti biex jelimina l-frodi u l-falsifikazzjoni. Din is-sistema hija ntenzjonata biex tieħu post is-sistema nazzjonali eżistenti. Għandha toffri mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza bħal dik tas-sistemi nazzjonali, għar-rigward tar-regoli tal-Komunità u partikolarment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-kompetizzjoni.

    Sa kemm jasal iż-żmien li s-sistema li hemm riferenza dwarha fis-subparagrafu preċedenti tkun ġiet introdotta, l-Istati Membri jistgħu iżommu is-sistemi tagħhom ta’ awtentikazzjoni basta li dawn ikunu konformi mar-regoli tal-Komunità.

    3. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jaddotta il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet komunitarji fis-settur tax-xorb spirituż, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kontrolli u r-relazjonijiet bejn il-korpi kompetenti fl-Istati Membri.

    4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazjoni meħtieġa għall-implementazjoni ta’ dan ir-Regolament. Regoli dettaljati għal komunikazjoni u distribuzjoni ta’ dik l-informazzjoni għandhom ukoll ikunu addottati skond l-istess proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

    Artikolu 11

    1. B’rizerva għall-paragrafu 2, biex ikun kumerċjat għal konsum tal-bniedem fil-Komunità, ix-xorb spirituż impurtat li jkollu indikazzjoni ġeografika jew xi isem ieħor barra dawk li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(4) jista, suġġett għal arranġamenti reċiproċi, jikkwalifika għal kontroll u protezzjoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 10.

    L-ewwel subparagrafu għandu jkun implementat bi ftehim li għandu jkun innegozjat u ffinaliżżat mal-pajjiżi terzi kkonċernati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 113 tat-Trattat.

    Regoli dettaljati u l-lista ta’ prodotti li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

    2. Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika għall-importazzjoni u l-kummerċ, għal konsum tal-bniedem fil-Komunità, taħt l-ismijiet oriġinali ta’ xorb spirituż speċifiku li joriġina f’pajjiżi terzi li dwaru ikun ingħataw konċessjonijiet tariffarji mill-Komunità permezz tal-GATT jew skond xi ftehim bilaterali, u l-kundizzjonijiet għad-dħul tiegħu li kienu ġew stabbiliti fir-regolamenti Komunitarji.

    Artikolu 12

    1. Xorb spirituż intenzjonat għall-esportazjoni għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2. B’dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar derogi f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (6) imma mhux rigward ix-xorb spirituż elenkat fl-Annessi II u III jew xorb spirituż b’deskrizzjoni riservata.

    3. Jistgħu wkoll ikunu deċiżi derogi mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3 li għandhom x’jaqsmu mal-qawwa alkoħolika għal rilaxx għal konsum tal-bniedem fil-każ ta’:

    - xorb spirituż kopert bl-Artikolu 1(2) u (4),

    - xorb spirituż kopert bl-Anness II, partikolarment meta dan ikun meħtieġ mill-liġi tal-pajjiż terz ta’ l-importazzjoni,

    fuq it-talba ta’ l-Istat Membru produttur skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

    4. Derogazzjonijiet mir-regoli dwar id-deskrizzjoni u l-presentazjoni, barra milli għall-ismijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 1(2) u (4) u fl-Annessi II u III u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 9, jistgħu jkunu awtoriżżati mill-Istati Membri:

    - meta l-leġislazjoni fis-seħħ fil-pajjiż terz li jimporta hekk tkun teħtieġ,

    - fil-każijiet li ma jkunux koperti bl-ewwel inċiż, bl-eċċezzjoni ta’ xi indikazjonijiet li għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

    5. Id-derogi awtoriżżati minn l-Istati Membri għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

    Artikolu 13

    1. għandu jkun stabbilit kumitat ta’ Implementazjoni għal Xorb Spirituż, minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala il-Kumitat, li jkun kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Fil-Kumitat, il-voti ta’ Stati Membri għandhom ikunu peżati skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma jivvotax.

    Artikolu 14

    1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tkun sejra tintuża, il-president għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat, fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lil Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawk il-miżuri f’terminu stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-kwistjonijiet sottomessi għal konsiderazzjoni. Opinjoni għandha tkun addottata b’maġġoranza ta’ 54 vot.

    3. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri li jkunu japplikaw immedjatament. B’dana kollu, jekk il-miżuri ma jkunux jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu mgħarrfa minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ, Il-Kummissjoni tista’ tipposponi l-applikazzjoni tal-miżuri b’xahar.

    Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

    Artikolu 15

    1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tkun sejra tintuża, il-president għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat, fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f’terminu li l-president jista’ jimponi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza kif indikata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta dwar il-proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jiġu peżati skond kif indikat f’dak l-Artikolu. Il-president ma jivvotax.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri jekk dawn ikunu proposti skond l-opinjoni tal-Kumitat.

    (b) Jekk il-miżuri proposti ma jkunux skond l-opinjoni tall-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, bla ebda dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta proposta għar-rigward għall-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, meta jiskadi l-perjodu ta’ tlett xhur mid-data li fiha s-suġġett ikun ġie rreferit lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx għadu aġġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 16

    Il-Kumitat jista’ jikkunsidra kull kwistjoni oħra li tkun riferita lilu mill-president tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

    Artikolu 17

    1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-qalba mill-arranġamenti preżenti għal dawk introdotti b’dan ir-Regolament, miżuri tranżitorji għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14.

    2. Dawn il-miżuri tranżitorji għandhom ikunu applikabbli għal mhux aktar minn sentejn mid-data ta’ l-implementazjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 18

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun applikabbli mill-15 ta’ Diċembru 1989, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 13 sa 16, li għandhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Mejju 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Romero Herrera

    [1] ĠU C 189, tat-23.7.1982, p. 7 u ĠU C 269, tal-25.10.1986, p. 4.

    [2] Opinjoni ippublikata fil-ĠU C 127, ta’ l-14.5.1984, p. 175 u d-Deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 1989 (li għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

    [3] ĠU C 124, tad-9.5.1983, p. 16.

    [4] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

    [5] ĠU L 144, tad-29.5.1986, p. 38.

    [6] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11.

    [7] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61.

    [8] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

    [9] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

    [10] ĠU C 115, tal-11.11.1962, p. 2645/62.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Karatteristiċi ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola kif hemm riferenza għalihom fl-Artikolu (3) (h)

    1.Karatteristiċi organolettiċi | L-ebda togħma ma ttiegħem ħlief din tal-materja prima |

    2.Qawwa alkoħolika minima bil-volum | 96,0 % vol |

    3.Livell massimu ta' residwi | |

    —Aċidita totali, espressa fi grammi ta' aċidu aċetiku kull ettolitru ta' alkoħol fi 100 % vol | 1,5 |

    —Esteri espressi fi grammi ta' aċetat etiliku kull ettolitru ta' alkoħol fi 100 % vol | 1,3 |

    —Aldeħidi espressi fi grammi ta' a ċetaldeħidi kull ettolitru ta' alkoħol fi 100 % vol | 0,5 |

    —Alkoħol aqwa espress fi grammi ta' methyl-2 propanol-1 kull ettolitru ta'alkoħol fi 100 % vol | 0,5 |

    —ettolitru ta' alkoħol fi 100 % vol | 50 |

    —Estratt xott espress fi grammi kull ettolitru ta' alkoħol fi 100 % vol | 1,5 |

    —Bażijiet volatili li jkun fihom in-nitroġenu espressi fi grammi ta'nitroġenu kull ettolitru ta' alkoħol fi 100 % vol | 0,1 |

    —Furfural | Ma jinstabx |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    XORB SPIRITUŻ

    Deskrizzjonijiet ġeografiċi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(3)

    Kategorija | Deskrizzjoni ġeografika |

    1.Rum | Rhum de la Martinique Rhum de la Guadelope Rhum de la Réunion Rhum de la Guayane (dawn l-ismijiet jistgħu jiġu supplimentati bil-kelma 'traditionne') Ron de Malaga Ron de Granada Ron de Madeira |

    2.a)Whisky | Scotch Whisky Irish Whisky Whisky espanol (dawn id-deskrizzjonijiet jistgħu jiġu supplimentati bil-kliem Malt jew Grain) |

    b)Whiskey | Irish Whiskey Uische Beatha Eireannach/Irish Whiskey (dawn id-deskrizzjonijiet jistgħu jiġu supplimentati bil-kliem Pot Still) |

    3.Akkwavit taċ-ċereali | Eau-de-vie de seigle, marque nationale luxembourgeoise |

    4.Akkwavit tal-inbid | Eau-de-vie de Cognac Eau-de-vie des Charentes Cognac (Din id-deskrizzjoni tista' tkun akkompanjata b'waħda minn dawn: FineGrande Fine ChampagneGrande ChampagnePetite Fine ChampagnePetite ChampagneFine ChampagneBorderiesFins BoisBons Bois)Fine Bordeaux Armagnac Bas-Armagnac Haut-Armagnac Ténarèse Eau-de-vie de vin de la Marne Eau-de-vie de vin originaire d'Aquitaine Eau-de-vie de vin Bourgogne Eau-de-vie de vin originaire du Centre-Est Eau-de-vie de vin originaire de France-Comté Eau-de-vie de vin originaire du Bugey Eau-de-vie de vin de Savoie Eau-de-vie de vin originaire des Coteaux de la Loire Eau-de-vie de vin des Côtes-du-Rhone Eau-de-vie de vin originaire de Provence Faugères or eau-de-vie de Faugères Eau-de-vie de vin originaire du Languedoc Aguardente do Minho Aguardente do Douro Aguardente da Beira Interior Aguardente da Bairrada Aguardente do Oeste Aguardente do Ribatejo Aguardente do Alentejo Aguardente do Algarve |

    5.Brandy | Brandy de Jerez Brandy de Penedés Brandy italiano Brandy Aττικής/Attika Brandy Brandy Πελοππννήσυ/Peloponnese Brandy Κεντrikής Ελλάδας/Brandy mill-Greċja Centrali Deutscher Weinbrand |

    6.Akkwavit tal-marċ tal-għeneb | Eau-de-vie de marc de Champagne ou marc de Champagne Eau-de-vie de marc originaire d'Aquitane Eau-de-vie de marc de Bourgogne Eau-de-vie de marc originaire du Centre-Est Eau-de-vie de marc originaire de Franche-Comté Eau-de-vie de marc originaire de Bugey Eau-de-vie de marc originaire de Savoie Marc de Bourgogne Marc de Savoie Marc d'Auvergne Eau-de-vie de marc originaire des Coteaux de la Loire Eau-de-vie de marc des Côtes du Rhône Eau-de-vie de marc originaire de Provence Eau-de-vie de marc originaire du Languedoc Marc d'Alsace Gewürztraminer Marc de Lorraine Bagaceira do Minho Bagaceira do Douro Bagaceira da Beira Interior Bagaceira da Bairrada Bagaceira do Oeste Bagaceira do Ribateho Bagaceira do Alentejo Bagaceira doAlgarve Orujo gallego Grappa di Barolo Grappa piemontese vagy del Piemonte Grappa lombarda vagy di Lombardia Grappa trentina vagy del Trentino Grappa friulana vagy del Friuli Grappa veneta vagy del Veneto Südtiroler Grappa/Grappa dell'Alto Adige Τστκυδά Κρήτς/Krétai Tsikoudia Τσίπουρο Μακεδονας/Macedóniai Tsipouro Τσίπουρο Θεσσαλίας/Tesszáliai Tsipouro Τσίπουρο Τυρνάβου/Tyrnavos-i Tsipouro Eau-de-vie de marc marque nationale luxembourgeoise |

    7.Akkwavit tal-frott | Schwarzwälder Kirschwasser Schwarzwälder Himbeergeist Schwarzwälder Mirabellenwasser Schwarzwälder Williamsbirne Schwarzwälder Zwetschgenwasser Fränkisches Zwetschgenwasser Fränkisches Kirschwasser Fränkischer Obstler Mirabelle de Lorraine Kirsch d'Alsace Quetsch d'Alsace Framboise d'Alsace Mirabelle d'Alsace Kirsch de Fougerolles Südtiroler Williams/Williams dell'Alto Adige Südtiroler Aprikot vagy Südtiroler Marille/Aprikot dell'Alto Adige vagy Marille dell'Alto Adige Südtiroler Kirsch/Kirsch dell'Alto Adige Südtiroler Zwetschgeler/Zwetschgeler dell'Alto Adige Südtiroler Obstler/Obstler dell'Alto Adige Südtiroler Gravensteiner/Gravensteiner dell'Alto Adige Südtiroler Golden Delicious/Golden delicious dell'Alto Adige Williams friulano vagy del Friuli Sliwovitz del Veneto Sliwovitz del Friuli-Venezia Giulia Sliwovitz del Trentino-Alto Adige Distillato di mele trentino vagy del Trentino Williams trentino vagy del Trentino Sliwovitz trentino vagy del Trentino Aprikot trentino vagy del Trentino Medronheira do Algarve Medronheira do Buçaco Kirsch vagy Kirschwasser Friulano Kirsch vagy Kirschwasser Trentino Kirsch vagy Kirschwasser Veneto Aguardente de péra da Lousa Eau-de-vie de pommes marque nationale luxembourgeoise Eau-de-vie de poires marque nationale luxembourgeoise Eau-de-vie de kirsch marque nationale luxembourgeoise Eau-de-vie de quetsch marque nationale luxembourgeoise Eau-de-vie de mirabelle marque nationale luxembourgeoise Eau-de-vie de prunelles marque nationale luxembourgeoise |

    8.Akkwavit taċ-ċidru w akkwavit tal-lanġas | Calvados du Pays d'Auge Calvados Eau-de-vie de cidre de Bretagne Eau-de-vie de poiré de Bretagne Eau-de-vie de cidre de Normandie Eau-de-vie de poiré de Normandie Eau-de-vie de cidre du Maine Aquardiente de sidra de Austria Eau-de-vie de poiré du Maine |

    9.Akkwavit ġenzjan | Bayerischer Gebirgsenzian Südtiroler Enzian/Genziana dell'Alto Adige Genziana trentina vagy del Trentino |

    10.Xorb spirituż tal-frott | Pacharán navarro |

    11.Xorb spirituż bit-togħma tal-ġinibru | Ostfriesischser Korngenever Genièvre Flandres Artois Hasseltse jenever Balegemse jenever Péket de Wallonie Steinhäger Plymouth Gin Gin de Mahón |

    12.Xorb spirituż bit-togħma tal-kemmun | Dansk Akvavit/Dansk Aquavit |

    13.Xorb spirituż bit-togħma ta' l-anisi | Anís espanol Évora anisada Cazalla Chincón Ojén Rute |

    14.Liquer | Berliner Kümmel Hamburger Kümmel Münchener Kümmel Chiemseer Klosterlikör Bayerischer Kräuterlikör Cassis de Dijon Cassis de Beaufort Irish Cream Palo de Mallorca Ginjinha portuguesa Licor de Singeverga Benediktbeurer Klosterlikör Ettaler Klosterlikör Ratafia de Champagne Ratafia catalina Anís portuguès |

    15.Xorb spirituż | Pommeau de Bretagne Pommeau du Maine Pommeau de Normandie |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali ta’:

    1) L-Artikolu 1(2):

    Liquer tal-bajd/advocaat/avocat/Advokat: qawwa minima alkoħolika: 14 % vol.

    2) L-Artikolu 5(3) (li ma jikkonformawx mad-deskrizzjoni ġeografika):

    Koenigsberger Baerenfang,

    Ostpreussischer Baerenfang.

    --------------------------------------------------

    Top