This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989R0790
Council Regulation (EEC) No 790/89 of 20 March 1989 fixing the level of additional flat-rate aid for the formation of producers' organizations and the maximum amount applied to aid for quality and marketing improvement in the nut-and locust bean-growing sector
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta’ l-20 ta’ Marzu 1989 li jiffissa l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda għat-twaqqif ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta’ l-20 ta’ Marzu 1989 li jiffissa l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda għat-twaqqif ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean
ĠU L 85, 30.3.1989, p. 6–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0361
Official Journal L 085 , 30/03/1989 P. 0006 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0197
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0197
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta’ l-20 ta’ Marzu 1989 li jiffissa l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda għat-twaqqif ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 789/89 [2], u partikolarment l-Artikoli 14b (4) u 14d (3) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata waħda mmirata sabiex tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ġewż u/jew locust-bean għandha tiġi fissata f’tali mod illi tipprovdi inċentiv ġenwin, filwaqt li jitqiesu kemm il-perċentwali baxx tal-produzzjoni marketed fis-suq permezz ta’ l-organizzazzjonijiet tal produtturi u kemm id-daqs żgħir ta’ l-organizzazzjonijiet eżistenti; Billi, fil-każ ta’ l-għajnuna għat-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq provvduta fl-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, l-ammont massimu mqiegħed għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u mill-Komunità għandu jiġi stabbilit f’livell realistiku li jqis il-għan ewlieni tat-titjib ġenetiku u kulturali u taż-żona tal-ġonna tal-frott li jistgħu jiġu konvertiti kull sena, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-rata waħda addizzjonali għat-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-ġewż u/jew il-locust-bean provvduta fl-Artikolu 14b tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 hija hawnhekk fissata kif ġej: - 60 Ecu/t għall-porzjon sa 1000 tunnellata. - 70 Ecu/t għall-porzjon bejn il-1000 u l-2000 tunnellata. - 75 Ecu/t għall-porzjon ‘il fuq minn 2000 tunnellata ta’ ġewż u/jew locust-beans marketed minn organizzazzjoniet tal-produtturi matul l-ewwel sena ta’ marketing tagħhom. Artikolu 2 L-ammont massimu għal kull ettaru li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 14d (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 huwa hawnhekk iffissat għal 300 ECU għall-ewwel ħames snin u għal 210 ECU għall-ħames snin ta’ wara. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 1989. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Marzu 1989. Għall-Kunsill Il-President C. Romero Herrera [1] ĠU L 118, tal-20.5.1972, p. 91. [2] Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali --------------------------------------------------