EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3892

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3892/88 ta’ l-14 ta’ Dicembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar il-produzzjoni ta’ zokkor li teċċedi l-kwota

ĠU L 346, 15.12.1988, p. 29–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0967

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3892/oj

31988R3892



Official Journal L 346 , 15/12/1988 P. 0029 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3892/88

ta’ l-14 ta’ Dicembru 1998

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar il-produzzjoni ta’ zokkor li teċċedi l-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2306/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi l-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 jistabbilixxi li zokkor C jew isoglucose C, maħduma fir-rigward ta’ sena ta’ marketing u mhumiex carried forward bħala produzzjoni tas-sena ta’ marketing ta’ wara, ma jistgħux jinbiegħu fis-suq intern u jridu jiġu esportati fl-istat naturali; billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi għal din id-dispożizzjoni fil-Komunità sar meħtieġ li wieħed jiddefinixxi eżatt xi tfisser esportazzjoni fil-kuntest ta’ l-imsemmi Artikolu u biex jiġu emendati bħala konsegwenza d-dati rilevanti, filwaqt li wieħed jippermetti lill-Istati Membri, sakemm għandu x’jaqsam il-limitu ta’ żmien għall-komunikazzjoni tal-prova ta’ l-esportazzjioni, biex jingħataw perijodi itwal;

Billi l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1714/88 [4], jistabbilixxi li zokkor C u isoglucose C għandhom jiġu esportati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu ġew prodotti; billi dak l-istess Regolament jippermetti lill-manifattur fil-kwistjoni, għall-iskop ta’ l-esportazzjoni, li jibdel iz-zokkor C jew l-isoglucose C tiegħu b’zokkor abjad jew isoglucose maħdum minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru soġġett għal pagament ta’ ammont biex jinnewtralizza l-vantaġġ ekonomiku li jista jiggwadanja minn bdil bħal dan;

Billi, madankollu, jirriżulta, minħabba l-evoluzzjoni fit-teknika tal-ħażna illi z-zokkor C jew l-isoglucose C ikunu kultant maħżuna għall-esportazzjoni ġo faċilitajiet ta’ ħażna li jinsabu ’l barra mill-fabbrika, fl-Istat Membru tal-produzzjoni jew ġo Stat Membru ieħor, flimkiem ma zokkor ieħor jew isoglucose ieħor maħduma minn ditti oħra jew mill-istess ditta mingħajr ma jkun possibbli li wieħed jiddistingwi fiżikament bejniethom; billi huwa meħtieġ bħala konsegwenza, fuq naħa waħda li wieħed jassigura konformità mar-regola msemmija hawn fuq u min-naħa l-oħra għal raġunijiet tekniċi b’mod partikolari għal dan it-tip ta’ ħażna li wieħed jagħmilha ċara li s-sostituzzjoni fl-istess post ta’ ħażna bejn zokkor u isoglucose minn oriġini differenti tiġi permessa meta l-prodott fil-kwistjoni jkum miżmun sakemm tkun aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni b’kontroll amministrattiv li jipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk tal-kontroll tad-dwana u wara dik l-aċċettazzjoni, jinżamm b’kontroll tad-dwana, mingħajr ma din is-sostituzzjoni twassal għall-ħlas ta’ pagament ta’ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81; billi l-kontrolli f’affarijiet oħra għandhom jassiguraw b’mod partikolari li kwantità ta’ zokkor C jew isoglucose C fil-kwistjoni tkun miżmuna fl-istess post ta’ ħażna sal-mument li tkun rilaxxjata mill-ħażna bl-iskop li tkun esportata’l barra mit-territorju ta’ dwana tal-Komunità;

Billi hija ħaġa mixtieqa għal raġunijiet amministrattivi li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu magħmula applikabbli biss għall-produzzjoni ta’ zokkor C u isoglucose C mis-sena ta’ marketing 1988/89;

Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2670/81 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 1

1. L-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandha tkun meqjusa li saret jekk:

(a) iz-zokkor C jew l-isoglucose C ikun esportat mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun prodott;

(b) id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni fil-kwistjoni tkun aċċettata mill-Istat Membru msemmi taħt (a) qabel l-1 ta’ Jannar wara t-tmiem tas-sena ta’ marketing li matulha z-zokkor C jew l- isoglucose C kien prodott;

(ċ) iz-zokkor C jew l-isoglucose C jew kwantita korrispondenti fl-ambitu tas-sinifikat ta’ l-Artikolu 2(3) ikun telaq mit-territorju tad-dwana tal-Komunità ta’ l-anqas fi żmien 60 jum mill-1 ta’ Jannar imsemmi taħt (b);

(d) il-prodott ikun ġie esportat mingħajr rifużjoni jew dazju bħala zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum, mhux snaturat, jew bħala ġulepp, miksub qabel l-istadju ta’ kristallizzazzjoni, li huwa skond il-kodiċi NM 17026090 u 17029090, jew bħala isoglucose fl-istat naturali tiegħu, mill-Istat Membru msemmi taħt (a).

Minbarra f’każi ta’ forza maġġuri, jekk il-kundizzjonijiet kollha pprovduti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux imħarsa, il-kwantità ta’ zokkor C jew isoglucose C fil-kwistjoni għandhom jiġu kkunsidrati li nbiegħu fis-suq intern.

Fil-każ ta’ forza maġġuri, l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu iz-zokkor C jew l-isoglucose C jkun ġie prodott għandha tadotta l-miżuri li huma meħtieġa minħabba ċ-ċirkostanzi mressqa mill-parti interessata.

2. Il-kwantitajiet ta’ zokkor esportati fil-forma ta’ ġulepp kif imsemmi taħt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-ewwel paragrafu għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-kontenut ta’ zokkor li jista’ joħroġ minnhom kif imwaqqaf bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1443/82.

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [5] ma jistgħux jiġu invokati fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament."

2. L-Artikolu 2(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Ix-xhieda li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ġew imħarsa mill-manifattur fil- kwistjoni għandha tintbagħat lill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu iz-zokkor C jew l-isoglucose C kien maħdum u qabel l-1 ta’ April wara l-għeluq tas-sena ta’ marketing li matulha kien maħdum.

Madankollu, f’każi speċjali, l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru fil-kwistjoni tista’ tippermetti limiti ta’ żmien itwal.";

3. fl-Artikolu 2(2)(b), l-ewwel subparagrafu, "imsemmi fl-Artikolu 30" huwa mibdul b "imsemmi fl-Artikoli 30 u 31"

4. dan li ġej jiġi miżjud ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2):

"(d) u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, fejn ir-rilaxx mill-ħażna iseħħ:

- qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b), xhieda supplimentarja stabbilita mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn saret il-ħażna,

jew

- wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b), xhieda supplimentarja fl-ambitu tas-sinifikat ta’ l-Artikolu 31(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3183/80, stabbilita mill-aġenzija tad-dwana ta’ l-Istat Membru fejn saret il-ħażna,

Ix-xhieda supplimentarja għandha fiż-żewġ każi tiċċertifika għar-rilaxx mill-ħażna tal-prodott fil-kwistjoni jew tal-kwantità korrispondenti sostitwita fl-ambitu tas-sinifikat tal-paragrafu 3.";

5. L-Artikolu 2(3) huwa mibdul b’dan li ġej:

"3. Fejn iz-zokkor C jew l-isoglucose C maħdum minn manifattur ikun maħżun, bl-iskop ta’ l-esportazzjoni tiegħu, ġo silo, maħżen jew tank li jinsabu f’post’ l barra mill-fabbrika tal-manifattur, fl-Istat Membru tal-produzzjoni jew fi Stat Membru ieħor, u li fihom ikunu maħżuna zokkor ieħor jew isoglucose maħduma minn manifatturi oħra jew mill-manifattur fil-kwistjoni, mingħajr ma jkun possibbli li wieħed jiddistingwi fiżikament bejniethom, iz-zokkor kollu jew l-isoglucose maħżuna hekk għandhom jitqiegħdu fil-kontroll amministrattiv li jipprovdi garanzija ekwivalenti għal dawk fil-kontroll tad-dwana sa l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u jinżammu fil-kontroll tad-dwana mill-mument ta’ l-imsemmija aċċettazzjoni. F’dan il-każ kwantità ta’ zokkor jew isoglucose prodotti fil-Komunità korrispondenti għall-kwantità ta’ zokkor C jew isoglucose C fil-kwistjoni, li għandhom jinżammu fl-istess silo, maħżen jew tank sal-mument tar-rilaxx tagħhom mill-ħażna, għandhom jitħallew jiġu esportati minflok dak iz-zokkor C jew dak l-isoglucse C l barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità bla ħtieġa ta’ ħlas ta’ l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2.";

6. L-Artikolu 3(2) u (3) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. L-Istat Membru interessat għandu, qabel l-1 ta’ Mejju wara l-1 ta’ Jannar imsemmi fl-Artikolu 1(1)(b), jinnotifika lil dawk il-manifatturi li għandhom iħallsu l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 dwar l-ammont totali li għandu jitħallas.

Dan l-ammont totali għandu jitħallas mill-manifatturi fil-kwistjoni qabel l-20 ta’ Mejju ta’ l-istess sena.

3. Madankollu, fejn l-aġenzija kompetenti tawwlet, skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2(1), il-limitu ta’ żmien biex tintbagħat ix-xhieda, id-dati l-1 ta’ Mejju u l-20 ta’ Mejju msemmija fit-2 paragrafu għandhom jinbidlu bid-dati stabbiliti mill-aġenzija kompetenti fuq il-bażi ta’ l-estensjoni mogħtija.";

7. L-Artikolu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

1. L-Istat Membru nteressat għandu, qabel il-15 t’April wara l-1 ta’ Jannar imsemmi fl-Artikolu 1(1)(b), jinnotifika lil dawk il-manifatturi li għandhom iħallsu l-ispejjeż imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(2) dwar l-ammont totali li għandu jitħallas.

2. Dan l-ammont totali għandu jitħallas mill-manifatturi fil-kwistjoni qabel l-1 ta’ Mejju ta’ l-istess sena."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun applikabbli għaz-zokkor C u l-isoglucose C maħduma mis-sena ta’ marketing 1988/89.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Vici-President

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

[2] ĠU L 201, tas-27.7.1988, p. 65.

[3] ĠU L 262, tas-16.9.1981, p. 14.

[4] ĠU L 152, tat-18.6.1988, p. 23.

[5] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

Top