EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988D0646

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija

ĠU L 358, 27.12.1988, p. 13–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1988/646/oj

Related international agreement

31988D0646



Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0013 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0043
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Diċembru 1988

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija

(88/646/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija [1] ġie ffirmat fis-26 ta' April 1976 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1978;

Billi l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġewwa l-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat illi jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim għall-iskop li torbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Papandreou

[1] ĠU L 263, tas-27.9.1978, p. 2.

--------------------------------------------------

Top