Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R4069

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4069/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 li jħejji l-lista tar-reġjuni tal-Komunità, li fihom l-għajnuna għall-produzzjoni tal-hops tingħata biss lill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti

ĠU L 380, 31.12.1987, p. 32–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1952

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/4069/oj

31987R4069



Official Journal L 380 , 31/12/1987 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0225
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0225


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4069/87

tat-22 ta’ Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 li jħejji l-lista tar-reġjuni tal-Komunità, li fihom l-għajnuna għall-produzzjoni tal-hops tingħata biss lill-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li waqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq tal-hops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3800/85 [2], u b’ mod partikolari Artikolu 12 (4) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jipprovdi għall-għotja ta’ għajnuna ta’ produzzjoni lill-gruppi ta’ produtturi fir-reġjuni tal-Komunità fejn l-imsemmija gruppi huma kapaċi jassiguraw li l-membri tagħhom ikollhom dħul xieraq u li jkollhom ġestjoni razzjonali tal-provvista; peress illi dawk ir-reġjuni huma msemmijin fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1981/82 [3];

Billi l-iskrutinju ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Belġju turi li l-kundizzjonijiet imsemmijin f’Artikolu 12 tar-Regolament (KEE), Nru 1696/71 huma sodisfatti minn reġjun ġdid; peress li r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 għandu jkun emendat mill-ħsad ta’ l-1987,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġjun tal-"Belġju" qed jiġi hawnhekk miżjud mal-lista li tinstab fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1981/82.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-ħsad ta’ l-1987.

Dan ir- Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru, 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Wilhjelm

[1] GU Nru L 175, 4. 8. 1971, p. 1.

[2] GU Nru L 367, 31. 12. 1985, p. 32.

[3] GU Nru L 215, 23. 7. 1982, p. 3.

--------------------------------------------------

Top