Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987L0354

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 li temenda ċerti direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti industrijali fir-rigward tan-numri u l-ittri distintivi li jindikaw l-Istati Membri

    ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1987/354/oj

    31987L0354

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 li temenda ċerti direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti industrijali fir-rigward tan-numri u l-ittri distintivi li jindikaw l-Istati Membri

    Official Journal L 192 , 11/07/1987 P. 0043 - 0045
    CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279
    SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 277 - 279


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-25 ta' Ġunju 1987

    li temenda ċerti direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti industrijali fir-rigward tan-numri u l-ittri distintivi li jindikaw l-Istati Membri

    (87/354/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall adotta, għal ċerti direttivi li jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati membri li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti industrijali, l-ittri distintivi ‘GR' għar-Repubblika Ellenika;

    Billi, sabiex tinżamm il-konnessjoni bejn l-indikazzjoni għall-Greċja fil-lingwa nazzjonali tagħha, l-ittri distintivi ‘EL' għandhom jiġu assenjati lil dak l-Istat Membru; billi d-direttivi konċernati għandhom għalhekk jiġu emendati b'dan il-mod,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id- direttivi elenkati fl-Anness huma emendati skond id-dispożizzjonijiet stipulati hemmhekk.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1987. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id- Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1987.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. DE CROO

    [1] ĠU C 317, ta' l-10.12.1986, p. 5.

    [2] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ġunju 1987 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 150, tad-9.1.1993. 6. 1987, p. 4.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Id-Direttivi li ġejjin huma emendati kif stabilit hawn isfel:

    1. Id-Direttiva tal-Kunsill l70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 (ĠU L 42, 23 2. 1970, p. 16), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 211):F'Anness II, fin-nota ta' qiegħ il-paġna li għandha x'taqsam mal-punt 3.1.3"GR = Greċja" hija mibdula b' "EL = Greċja".F'Anness IV in-nota ta' qiegħ il-paġna li għandha x'taqsam ma' l-ittra(i) distintiva tal-pajjiż li jagħti approvazzjoni tat-tip,"GR = Greċja" hija mibdula b' "EL = Greċja".

    2. Id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE tas- 27 ta' Lulju 1970 (ĠU L 176, ta' l-10.8.1970, p. 12), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 212):Fil-punt 1.4.1 ta' Anness I, fit-test fil-parenteżi,"GR għall-Greċja" hija mibdula b' "EL għall-Greċja".

    3. Id-Direttiva tal-Kunsill70/127/KEE ta' 1 ta ‘Marzu 1971 (ĠU L 68, tat-22.3.1971, p. 1), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 212):Fil-punt 2.6.2.1 ta' Anness I, fit-test fil-parenteżi,"GR għall-Greċja" hija mibdula b' "EL għall-Greċja".

    4. Id-Direttiva tal-Kunsill 70/316/KEE tas- 26 ta' Lulju 1971 (ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 212):Fl-ewwel daħla tal-punt 3.1 ta' Anness I u l-ewwel daħla tal-punt 3.1.1.1 (a) ta' Anness II, fit-test fil-parenteżi,"GR għall-Greċja" hija mibdula b' "EL għall-Greċja".

    5. Id-Direttiva tal-Kunsill 70/483/KEE tas-17 ta' Settembru 1974 (ĠU L 266, tat-2.10.1974, p. 4), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 212):F'Anness I, fin-nota ta' qiegħ il-paġna li għandha x'taqsam mal-punt 3.2.2.2,"GR = Greċja" hija mibdula b' "EL = Greċja".

    6. Id-Direttiva tal-Kunsill 70/114/KEE tat-18 ta' Diċembru 1975 (ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 31), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):Fil-punt 2.1.2 ta' l-Anness, fit-test fil-parenteżi,"GR għall-Greċja" hija mibdula b' "EL għall-Greċja".

    7. (a) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 32), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness III punt 4.2;

    (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 54), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness III punt 4.2;

    (ċ) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness III punt 4.2;

    (d) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 85), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness I punt 4.2;

    (e) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 96), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness VI punt 4.2;

    (f) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 122), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness II punt 4.2;

    8. Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 (ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 153), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):Fl-ewwel daħla tal-punt 3.1 ta' l-Anness I u l-ewwel daħla tal-punt 3.1.1.1.1 ta' Anness II, fit-test fil-parenteżi,"GR għall-Greċja" hija mibdula b' "EL għall-Greċja".

    9. (a) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/536/KEE tat- 28 ta' Lulju 1977 (ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 1), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness VI;

    (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/538/KEE tat- 28 ta' Lulju 1977 (ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 60), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness II punt 4.2.;

    (ċ) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/539/KEE tat- 28 ta' Lulju 1977 (ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 72), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213):

    Anness II punt 4.2;

    (d) Id-Direttiva tal-Kunsill70/540/KEE tat- 28 ta' Lulju 1977 (ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 83), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1983, p. 214):

    Anness IV punt 4.2;

    (e) Id-Direttiva tal-Kunsill70/541/KEE tat- 28 ta' Lulju 1977 (ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 95), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 214):

    Anness III punt 1.1.1;

    (f) Id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 (ĠU L 225, tat-18.9.1978, p. 1), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 214):

    Anness II punt 3.5.2.1;

    (g) Id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE tas-16 ta' Ottubru 1978 (ĠU L 325, ta' l-20.11.1978, p. 1), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 214):

    Anness VI punt 1.1.1;

    (h) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE tal-25 ta' Ġunju 1979 (ĠU L 179, tas-17.7.1979, p. 1), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 214):

    Anness VI;

    (i) Id-Direttiva tal-Kunsill 84/528/KEE ta' l-17 ta ‘Settembru 1984 (ĠU L 300, tad-19.11.1984, p. 72), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 214):

    Anness I punt 3;

    (j) Id-Direttiva tal-Kunsill 84/530/KEE ta' l-17 ta ‘Settembru 1984 (ĠU L 300, tad-19.11.1984, p. 95), kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 214):

    Anness I punt 3.

    --------------------------------------------------

    Top