Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987D0369

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta'April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha

    ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/369/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    31987D0369



    Official Journal L 198 , 20/07/1987 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 12 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 12 P. 0003


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-7 ta'April 1987

    dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha

    (87/369/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikoli 28, 113 u 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, fis-sessjoni plenarja tiegħu ta' Ġunju 1983, adotta l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti;

    Billi l-iskop ta' din il-Konvenzjoni huwa li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali u l-ġbir, tqabbil u analiżi ta' l-istatistiċi applikabbli għal dan il-kummerċ;

    Billi din il-Konvenzjoni hija maħsuba biex tissostitwixxi, bħala l-bażi internazzjonali għat-tariffi tad-dwana u nomenklaturi statistiċi, il-Konvenzjoni dwar in-Nomenklatura ffirmata fi Brussel fil-15 ta' Diċembru 1950, li bħalissa qiegħda tintuża bħala l-bażi tat-Tariffa Komuni Doganali u NIMEXE;

    Billi din il-Konvenzjoni ġiet iffirmata, f'isem il-Komunità, soġġetta għal li tiġi aċċettata, fl-10 ta' Ġunju 1985; billi Protokoll ta' Emenda għal dik il-Konvenzjoni ġie adottat mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali fl-24 ta' Ġunju 1986; billi huwa mixtieq li l-istrument ta' l-aċċettazzjoni ta' dak il-Protokoll jiġi depożitat fl-istess ħin ma’ l-istrument ta' aċċettazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Sistema Armonizzata;

    Billi l-Komunità tipproponi li tapplika s-sistema armonizzata mill-1 ta' Jannar 1988;

    Billi huwa ta' interess essenzjali għall-Komunità li taderixxi għal din il-Konvenzjoni, flimkien ma’ l-aktar pajjiżi importanti involuti fil-kummerċ internazzjonali,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti, magħmula fi Brussel fl-14 ta' Ġunju 1983, u l-Protokoll ta' Emenda li hemm magħha, magħmula fi Brussel fl-24 ta' Ġunju 1986, huma b'dan approvati f'isem il-Komunità.

    It-testi tal-Konvenzjoni u tal-Protokoll ta' Emenda li hemm magħha huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni m'għandha bl-ebda mod tippreġudika l-pożizzjoni tal-Komunitá fin-negozjati dwar l-adozzjoni ta' skedi riveduti ta' konċessjonijiet fit-tariffi bażati fuq is-Sistema Armonizzata. Dawn in-negozjati għandhom ikomplu jsiru fi qbil strett mal-linji gwida speċifiċi miftiehma mill-GATT bl-għan li tkun żgurata n-newtralità fit-traspożizzjoni ta' skedi ta' tariffi.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill huwa b'din awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiddepożita l-istrumenti ta' l-aċċettazzjoni f'isem il-Komunità [3].

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-7 ta' April 1987.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Ph. Maystadt

    [1] ĠU Ċ 120, ta' l- 4.5.1984, p. 2.

    [2] ĠU Ċ 300, tat- 12.11.1984, p. 53.

    [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni u l-Protokoll ta' Emenda li hemm magħha għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top