This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31986L0431
Seventh Commission Directive 86/431/EEC of 24 June 1986 adapting to technical progress Council Directive 67/548/EEC on the approximation of laws, regulations and administrative provisions relating to the classification, packaging and labelling of dangerous substances
Is-seba' Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 1986 li taddatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x' jaqsmu mal-klassifika, il-pakkeġġjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi
Is-seba' Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 1986 li taddatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x' jaqsmu mal-klassifika, il-pakkeġġjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi
ĠU L 247, 1.9.1986, p. 1–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272
Is-seba' Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 1986 li taddatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x' jaqsmu mal-klassifika, il-pakkeġġjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi
Official Journal L 247 , 01/09/1986 P. 0001 - 0041
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0003
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 220 - 225
Is-seba' Direttiva tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 1986 li taddatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x' jaqsmu mal-klassifika, il-pakkeġġjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (86/431/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar it-tqarrib lejn xulxin (approssimazzjoni) ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x' jaqsmu mal-klassifika, il-pakkeġġjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi [1], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 79/831/KEE [2], u b' mod partikolari l-Artikolu 19 miġjub fih, Billi l-Anness I mad-Direttiva/548/KEE jikkontjeni lista ta' sustanzi perikolużi, flimkien ma' partikolaritajiet tal-proċeduri tal-klassifika u t-tikkettjar rigward kull sustanza; billi eżami tal-lista ta' sustanzi perikolużi wera li din il-lista teħtieġ li tiġi addattata fid-dawl ta' tagħrif preżenti xjentifiku u tekniku jew, aktar preċiżament, li huwa meħtieġ li tinbidel il-klassifika u t-tikkettjar ta' ċerti sustanzi, li jiġu kklarifikati ċerti ismijiet, jiġu kkorreġuti ċerti numri SAK (Servizz ta' l-Astratt tal-Kimika) u li jiġu entrati sustanzi oħra fil-lista; Billi l-Anness II mad-Direttiva 67/548/KEE turi simboli u indikazzjonijiet ta' periklu; billi, bil-ħsieb ta' l-avvanzi fit-tagħrif, ċertu indikazzjoni ta' periklu tista' tiġi fformulata aħjar dil-lingwa Ġermaniża; Billi l-Annessi III u IV mad-Direttiva 67/548/KEE jidefinixxu l-indikazzjonijiet ta' riskji speċjali (frażijiet R) u parir ta' sigurtà (frażijiet S); billi, ċerti frażijiet R u S jistgħu jiġu fformulati aħjar fil-lingwa Daniża; billi bil-ħsieb ta' avvanzi fit-tagħrif huwa meħtieġ li jiddaħħlu pariri ġodda ta' sigurtà; Billi l-Anness VI, D, mad-Direttiva 67/548/KEE jikkontjeni gwida għall-klassifika u t-tikkettjar ta' sustanzi u tħejjijiet perikolużi; billi huwa meħtieġ li f'dan l-Anness jiġu kkorreġuti xi kriterji għall-għażla ta' frażijiet li jindikaw ir-riskji speċjali (frażijiet R) u li jiġu definiti l-kriterji għall-għażla ta' frażi ġdida ta' parir ta' sigurtà (frażi S); Billi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament tal-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta' Xkilijiet Tekniċi għall-Kummerċ f'Sustanzi u Tħejjijiet Perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 67/548/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Anness I (lista ta' sustanzi perikolużi): 1. In-Nota E li ġejja hija miżjuda wara n-Nota D fil-prefazju ta' l-Anness I: "Nota E Għas-sustanzi msmmija f'Nota E ir-riskji R 20, R 21, R 22, R 23, R 24, R 25, R 26, R 27 u R 28 huma kollha kombinazzjonijiet tar-riskji li jridu jiġu wara l-kelma “ukoll” Eżempji R 23: | Tossiku wkoll jekk jinbela | R 27/R 28: | Tossiku wkoll jekk jinbela jew jiġi f'kuntatt mal-ġilda" | 2. In-nomina, in-numru ta' SAK, il-klassifika u t-tikkettjar tas-sustanzi ta' l-Anness I spjegati hawn isfel huma mibdula b'dawk imniżżla f'lista fl-Anness I ma' din id-Direttiva. Nru 016-023-00-4 Nru 016-027-00-6 Nru 048-008-00-3 Nru 601-020-00-8 Nru 602-010-00-6 Nru 602-021-00-6 Nru 603-026-00-6 Nru 603-046-00-5 Nru 603-070-00-6 Nru 608-003-00-4 Nru 609-002-00-1 Nru 612-022-00-3 Nru 612-042-00-2 3. Is-sustanzi mniżżla f'lista fl-Anness II ma' din id-Direttiva huma miżjuda ma' l-Anness I. 2. L-Anness II (Simboli u indikazzjonijiet ta' periklu): Bil-Ġermaniż it-terminu ‘Gesundheitsschädlich' maġenb is-simbolu ‘Xn' ta' l-Anness II huwa mibdul bit-terminu ‘Mindergiftig (Gesundheitsschädlich)'. 3. L-Anness III (Natura tar-riskji speċjali li għandhom is-sustanzi perikolużi): 1. Bil-lingwa Daniża il-frażijiet li ġejjin bl-R jieħdu post dawk ta' Anness III "R 21 | Farlig ved hudkontakt | R 24 | Giftig ved hudkontakt | R 27 | Meget giftig ved hudkontakt | R 33 | Kan ophobes i kroppen efter gentagen brug | R 39 | Fare for varig skade på helbred | R 40 | Mulighed for varig skade på helbred | R 42 | Kan give allergi ved indånding | R 43 | Kan give allergi ved kontakt med huden" | 2. Fil-lingwa Daniża l-kombinazzjonijiet ta' frażijiet R li ġejjin jibdlu dawk imniżżla f'lista fl-Anness III: "R 20/21 | Farlig ved indånding og ved hudkontakt | R 21/22 | Farlig ved hudkontakt og ved indtagelse | R 20/21/22 | Farlig ved indånding, ved hudkontakt og ved indtagelse | R 23/24 | Giftig ved indånding og ved hudkontakt | R 24/25 | Giftig ved hudkontakt og ved indtagelse | R 23/24/25 | Giftig ved indånding, ved hudkontakt og ved indtagelse | R 26/27 | Meget giftig ved indånding og ved hudkontakt | R 27/28 | Meget giftig ved hudkontakt og ved indtagelse | R 26/27/28 | Meget giftig ved indånding, ved hudkontakt og ved indtagelse | R 42/43 | Kan give allergi ved indånding og ved kontakt med huden." | 4. L-Anness IV (Parir ta' sigurtà li għandu x' jaqsam ma' sustanzi kimiċi perikolużi): 1. Il-frażi li ġejja trid tiżdied ma' l-Anness IV ES : Evitese la exposición — recábense instrucciones especiales antes del uso DA : Undgå enhver kontakt — indhent særlige anvisninger før brug DE : Exposition vermeiden — vor Gebrauch besondere Anweisungen einholen GR : Αποφεύγετε την έκθεση — εφοδιαστείτε με ειδικές οδηγίες πριν τη χρησιμοποίηση EN : Avoid exposure — obtain special instructions before use FR : Eviter l'exposition — se procurer des instructions spéciales avant l'utilisation IT : Evitare l'esposizione — procurarsi speciali istruzioni prima dell'uso NL : Blootstelling vermijden — vóór gebruik speciale aanwijzingen raadplegen PT : Evitar a exposição – obter instruções especiais antes da utilização." 2. Fil-lingwa Daniża l-frażijiet S li ġejjin jibdlu dawk imniżżla f'lista fl-Anness IV: "S 26 | Kommer stoffet i øjnene, skylles straks grundigt med vand og læge kontaktes | S 28 | Kommer stof på huden vaskes straks med store mængder…(angives af producenten eller importøren) | S 30 | Hæld aldrig vand på eller i produktet | S 36 | Brug særligt arbejdstøj | S 37 | Brug egnede beskyttelseshandsker under arbejdet | S 38 | Brug egnet åndedraætsværn, his effektiv ventilation ikke er mulig | S 39 | Brug beskyttelsesbriller/ansigtsskærm under arbejdet | S 41 | Undgå at indånde røgen ved brand eller eksplosion | S 43 | Brug… ved brandslukning (Den nødjagtige type brandslukningsudstyr angives af producenten eller importøren. Såfremt vand ikke må bruges tilføjes: ‚Brug ikke vand‘) | S 45 | Ved ulykkestilfælde eller ved ildebefindende er omgående lægebehandling nødvendig; vis etiketten, hvis det er muligt." | 3. Fil-lingwa Daniża l-kombinazzjonijiet ta' frażijiet S li ġejjin jibdlu dawk imniżżla f'lista fl-Anness IV: "S 20/21 | Der må ikke spises, drikkes eller ryges under brugen | S 36/37 | Brug særligt arbejdstøj og egnede beskyttelses-handsker | S 36/39 | Brug særligt arbejdstøj og egnede beskyttelses-briller/ansigtsskærm | S 37/39 | Brug egnede beskyttelseshandsker og -briller/ansigtsskærm under arbejdet | S 36/37/39 | Brug særligt arbejdstøj, egnede beskyttelses-handsker og -briller/ansigtsskærm." | 5. L-Anness VI, D (Gwida għall-klassifika u t-tikkettjar ta' sustanzi u tħejjijiet perikolużi): 1. Fil-kapitlu 2.4.10 (irritazzjoni), it-tieni inċiż (il-kriterji għall-użu ta' l-R 36 li jirrita l-għajnejn) l-aħħar seba' kelmiet ta' l-aħħar sentenza ‘il-valur irid ikun indaqs għal tlieta' trid tinbidel bil-kelmiet ‘il-valur irid ikun indaqs għal 2.5 jew iktar' 2. Il-kriterji li ġejjin għall-għażla tas-sigurtà S 53 huma miżjuda,al-kriterji ġenerali għall-S 52 fl-aħħar ta' Kapitlu 4: "S 53: Evita l-espożizzjoni – informa ruħek qabel tużah - L-Applikabbiltà - Kanċeroġenu, mutaġeniku u/jew sustanzi jew preparazzjonijiet teratoġeniċi - Kriterji għall-użu - Obbligatorju għas-sustanzi u l-preparazzjonijiet imsemmija hawn fuq li għalihom R 45, R 46 u/jew R 47 huma msemmija". Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta' Lulju 1987, id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet sal-31 ta' Diċembru 1987. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Ġunju 1986. F'isem il-Kummissjoni Stanley clinton davis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU 196, tas-16.8.1967, pġ. 1. [2] ĠU L 259, tal-15.10.1979, pġ. 10. -------------------------------------------------- ANEXA I - ANEXO I - BILAG I - ANHANG I – ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ I - ANNEX I - ANNEXE I - ALLEGATO I - BIJLAGE I – ANEXO I L-emendi għall-Anness I mhumiex qed jiġu riprodotti minħabba li l-Anness ġie mibdul bid-Direttiva 31993L0072. -------------------------------------------------- ANEXA II - ANEXO II - BILAG II - ANHANG II – ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ II – ANNEX II - ANNEXE II - ALLEGATO II - BIJLAGE II – ANEXO II L-emendi għall-Anness I mhumiex qed jiġu riprodotti minħabba li l-Anness ġie mibdul bid-Direttiva 31993L0072. --------------------------------------------------