Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986D0559

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 Settembru 1986 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd

    ĠU L 328, 22.11.1986, p. 98–98 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/559/oj

    Related international agreement

    31986D0559



    Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0098 - 0098


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-15 Settembru 1986

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd

    (86/559/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

    Billi huwa neċessarju li jiġi approvat il-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd, biex titqies l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Portugall fil-Komunità,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd qiegħed b’hekk jiġi approvat għan-nom tal-Komunità.

    It-testi tal-Bdil ta’ Ittri qed jinthemżu ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed b’hekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità.

    Magħmul fi Brussel, 15 Settembru 1986.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Howe

    --------------------------------------------------

    Top