EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R1764

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1764/84 tad-19 ta' Ġunju 1984 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Barbados, il-Belize, ir-Repubblika Popolari tal-Congo, il-Ġżejjer Fiji, ir-Repubblika Ko-operattiva tal-Guyana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenya, ir-Repubblika Demokratika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, il-Mauritius, ir-Repubblika tas-Surinam, ir-Renju tas-Swaziland, ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzania, it-Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żimbabwe, u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju dwar l-adeżjoni tal-pajjiż l-aħħar imsemmi fil-Protokoll 7 dwar iz-zokkor ta' l-Istati ACP anness mat-tieni Konvenzjoni ACP-KEE

ĠU L 166, 26.6.1984, p. 5–5 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/1764/oj

Related international agreement

31984R1764



Official Journal L 166 , 26/06/1984 P. 0005 - 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1764/84

tad-19 ta' Ġunju 1984

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Barbados, il-Belize, ir-Repubblika Popolari tal-Congo, il-Ġżejjer Fiji, ir-Repubblika Ko-operattiva tal-Guyana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenya, ir-Repubblika Demokratika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, il-Mauritius, ir-Repubblika tas-Surinam, ir-Renju tas-Swaziland, ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzania, it-Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żimbabwe, u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju dwar l-adeżjoni tal-pajjiż l-aħħar imsemmi fil-Protokoll 7 dwar iz-zokkor ta' l-Istati ACP anness mat-tieni Konvenzjoni ACP-KEE

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Dikjarazzjoni Konġunta fl-anness mal-Protokoll 7 dwar iz-zokkor ta' l-Istati ACP anness mat-Tieni Konvenzjoni ACP-KEE [1] tipprovdi illi għandha tiġi eżaminata kull talba minn Parti Kontraenti ta' Stat ACP għall-Konvenzjoni mhux speċifikament riferita f'dan il-Protokoll sabiex jipparteċipa fid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll;

Billi r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju hija Parti Kontraenti ta' Stat ACP għall-Konvenzjoni msemmija; billi l-Kosta ta' l-Avorju talbet sabiex tipparteċipa fid-disposizzjonijiert tal-Protokoll imsemmi;

Billi l-Istati ACP interessati appoġġjaw it-talba tal-Kosta ta' l-Avorju sabiex jaderixxu mal-Protokoll imsemmi;

Billi huwa approprjat li jiġi approvat Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika, l-Istati riferiti fil-Protokoll 7 imsemmi u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju għall-Protokoll imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Barbados, il-Belize, ir-Repubblika Popolari tal-Congo, il-Gżejjer Fiġi, ir-Repubblika Ko-operattiva tal-Guyana, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenya, ir-Repubblika Demokratika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, il-Mauritius, ir-Repubblika tas-Surinam, ir-Renju tas-Swaziland, ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzania, it-Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żimbabwe, u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju dwar l-adeżjoni tal-pajjiż l-aħħar imsemmi fil-Protokoll 7 dwar iz-zokkor ta' l-Istati ACP anness mat-tieni Konvenzjoni ACP-KEE.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li jiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunita.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Ġunju 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Cheysson

[1] ĠU L 347, tat-22.12.1980, p. 2.

--------------------------------------------------

Top