EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983R3519

Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3519/83 tat-12 ta' Diċembru 1983 li jippreskrivi ċerti miżuri għal żjut aċidużi mir-raffinar ta' prodotti sekondarji taż-żejt taż-żebbuġa jew żejt tal-fdal taż-żebbuġa

ĠU L 352, 15.12.1983, p. 2–2 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005; Imħassar b' 32004R0865

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1983/3519/oj

31983R3519



Official Journal L 352 , 15/12/1983 P. 0002 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0021
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 29 P. 0150
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0021
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 29 P. 0150


Ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3519/83

tat-12 ta' Diċembru 1983

li jippreskrivi ċerti miżuri għal żjut aċidużi mir-raffinar ta' prodotti sekondarji taż-żejt taż-żebbuġa jew żejt tal-fdal taż-żebbuġa

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3172/80 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2551/83 [4], jiddisponi li, sabiex tkun ikkontrollata l-kwalità taż- żejt ippakkettjat minn impjanti approvati, prodotti sekondarji tar-raffinar taż-żejt taż-żebbuġa u żejt tal-fdal taż-żebbuġa magħmula fil-Komunit à għandu jkollhom miżjud magħhom kwantità definita ta' ċerti prodotti li mhumiex taż-żebbuġ;

Billi dawn il-kontrolli fil-preżent ma japplikawx għal żjut aċidużi ġejjin minn prodotti sekondarji ta' żejt taż-żebbuġa u żejt tal-fdal taż-żebbuġa;

Billi dejjem hemm ir-riskju li żjut esterifikati li juru karatteristiċi ta' żejt taż-żebbuġa, magħmula minn dawn iż-żjut aċidużi mir-raffinar, jistgħu, b'mod qarrieqi jintużaw bħala żjut taż-żebbuġa għal konsum tal-bniedem u għalhekk jibbenefikaw minn għajnuna għall-konsum; billi sabiex ma jitħalliex riskju bħal dan żjut aċidużi mir-raffinar għandhom ikunu meqjusa bl-istess mod bħal prodotti sekondarji mir-raffinar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Żjut aċidużi mir-raffinar ta' prodotti sekondarji ta' żejt taż-żebbuġa jew żejt tal-fdal taż-żebbuġa li jaqgħu taħt is-subintestatura 15.10 Ċ tat-Tariffa Doganali Komuni jistgħu jkunu suġġetti għall-istess trattament bħal prodotti sekondarji ta' żejt taż-żebbuġa jew żejt tal-fdal taż-żebbuġa li jaqgħu taħt is-subintestatura 15.17 B tat-Tariffa Doganali Komuni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Simitis

[1] ĠU Ċ 253, tal- 21.9.1983, p. 4.

[2] Opinjoni mogħtija nhar it-18 ta' Novembru 1983 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 331, tad-9.12.1980, p. 27.

[4] ĠU L 252, tat-13.9.1983, p. 8.

--------------------------------------------------

Top