This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31983R3388
Commission Regulation (EEC) No 3388/83 of 30 November 1983 amending for the 20th time Regulation (EEC) No 2730/81 establishing a list of agencies in non-member importing countries entitled to issue invitations to tender in the milk and milk products sector
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3388/83 tat-30 ta' Novembru 1983 li jemenda għall-20 darba r-Regolament (KEE) Nru 2730/81 li jwaqqaf lista ta' aġenziji f'pajjiżi importaturi mhux membri li għandhom dritt joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3388/83 tat-30 ta' Novembru 1983 li jemenda għall-20 darba r-Regolament (KEE) Nru 2730/81 li jwaqqaf lista ta' aġenziji f'pajjiżi importaturi mhux membri li għandhom dritt joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib
ĠU L 336, 1.12.1983, p. 52–52
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2004
Official Journal L 336 , 01/12/1983 P. 0052 - 0052
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 29 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 29 P. 0129
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0013
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3388/83 tat-30 ta' Novembru 1983 li jemenda għall-20 darba r-Regolament (KEE) Nru 2730/81 li jwaqqaf lista ta' aġenziji f'pajjiżi importaturi mhux membri li għandhom dritt joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib[1], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KE) Nru 1600/83[2], u b'mod partikulari Artikoli 13(3) u 17 (4) tiegħu, Filwaqt li Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81[3], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KEE) Nru 2897/83[4], waqqaf lista ta' aġenziji f'pajjiżi importaturi mhux membri li għandhom dritt joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib; Filwaqt li, fid-dawl ta' l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-mod ta' kummerċ segwit fil-pajjiżi importaturi konċernati u n-natura uffiċjali ta' l-aġenziji in kwistjoni, dan ir-Regolament għandu jkun emendat; Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm provdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fil-lista ta' organizazzjonijiet ta' ħruġ fl-Anness ta' Regolament (KEE) Nru 2730/81, l-ewwel organizazzjoni taħt il-pajjiż importatur l-Alġerija: Office national de commercialisation (Onaco), 29, rue Ben M'Hidi, Larbi' hu mibdul bis-segwenti: Office national de commercialisation (Onaco) jew Entreprise Nationale de Produits Alimentaires (ENAPAL) 29, rue Larbi Ben M'Hidi Alger'. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara li jkun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjalital-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalita tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, 30 ta' Novembru 1983. Għall-Kummissjoni Poul DALSAGER Membru tal-Kummissjoni Proofread by Stephen Zammit [1] ĠU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU Nru L 163, tat-22.6.1983, p. 56. [3] ĠU Nru L 272, tas-26.9.1981, p. 25. [4] ĠU Nru L 319, tas-17.11.1983, p. 25.