Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983R2288

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 ta' Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' esenzjonijiet minn dazji doganali

    ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13–14 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2012; Imħassar b' 32012R0080

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1983/2288/oj

    31983R2288



    Official Journal L 220 , 11/08/1983 P. 0013 - 0014
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0204
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0048
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0204
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0048


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83

    tad-29 ta' Lulju 1983

    li jistabbilixxi lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' esenzjonijiet minn dazji doganali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjoni minn dazzju tad-dwana [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 60(1)(b) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 jipprovdi għal dħul b'eżenzjoni minn dazzju fuq l-importazzjoni ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi impurtati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali minn stabbilimenti pubbliċi, jew dawk id-dipartimenti ta' stabbiliment pubbliċi, jew minn stabbilimenti privati awtorizzati, li l-attività ewlenija tagħhom hija l-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika; billi tali dħul b'eżenzjoni minn dazzju fuq l-importazzjoni huwa limitat, madankollu, għal sustanzi bioloġiċi u kimiċi li għalihom m'hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u li huma inklużi f'lista abbozzata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 143(2) u (3) tar-Regolament hawn fuq imsemmi;

    Billi skond informazzjoni miksuba mill-Istati Membri m'hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju ta' dwana tal-Komunità tas-sustanzi bioloġiċi jew kimiċi elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

    Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Arranġamenti tad-Duty Free,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi eleġibbli għal dħul b'eżenzjoni minn dazzju fuq l-importazzjoni pprovduta fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 tinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1984.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1983.

    Għall-Kummissjoni

    Karl-Heinz Narjes

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Nru ta' Referenza | CCT Intestatura Nru | Deskrizzjoni |

    20273 | 29.01 A | 3-Methylpent-1-ene |

    20274 | 29.01 A | 4-Methylpent-1-ene |

    20275 | 29.01 A | 2-Methylpent-2-ene |

    20276 | 29.01 A | 3-Methylpent-2-ene |

    20277 | 29.01 A | 4-Methylpent-2-ene |

    21154 | 29.01 A | Oct-2-ene |

    25634 | 29.01 C II | P — Mentha-1(7), 2-diene (Beta-Phellandrene) |

    14364 | 29.24 B | Decamethonium bromide (INN) |

    20641 | 29.27 | 1-Naphtonitrile |

    20642 | 29.27 | 2-Naphtonitrile |

    14769 | 29.02 C | 4,4'-Dibromobiphenyl |

    17305 | 29.03 A | Ethyl methanesulphonate |

    22830 | 29.38 B I | Retinyl acetate |

    18892 | 29.05 A III | Myo-inositol (Meso-inositol) |

    21887 | 35.07 | Phosphoglucomutase |

    19057 | 35.07 | Lactate dehydrogenase |

    20193 | 29.10 B | Methyl-alpha-D-mannoside |

    --------------------------------------------------

    Top