This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31983L0574
Council Directive 83/574/EEC of 26 October 1983 amending for the third time Directive 76/768/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to cosmetic products
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1983 li temenda għat-tielet darba d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1983 li temenda għat-tielet darba d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi
ĠU L 332, 28.11.1983, p. 38–42
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013
Official Journal L 332 , 28/11/1983 P. 0038 - 0042
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0176
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0176
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0173
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 13 P. 0173
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1983 li temenda għat-tielet darba d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (83/574/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Artikolu 11 tad-Direttiva 76/768/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 83/496/KEE [5], jipprovdi li l-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-riżultati tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, tippreżenta proposti xierqa lill-Kunsill li jistabbilixxu listi ta’ sustanzi permissibbli; Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar riċenti, tista’ ta’ sustanzi awtorizzati bħala filtri ultraviolet tista tkun stabbilita; Billi l-emendi meħtieġa sabiex ikun addattat l-Anness VII għall-progress tekniku għandhom ukoll ikunu adottati bi qbil mal-proċedura tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 76/768/KEE; Billi l-indikazzjoni tad-data ta’ skadenza għall-prodotti kosmetiċi li l-perjodu tal-istabbilità tagħhom ikun inqas minn tlett snin, li jipprovdi għalihom l-Artikolu 6(1)(c) ta’ Direttiva 76/768/KEE, mhiex iġġustifikata fil-każ ta’ prodotti kosmetiċi li għadhom jistgħu jibqgħu jintużaw wara dak il-perjodu; billi l-indikazzjoni tad-data ta’ l-utilità minima hi għalhekk aktar xierqa, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 76/768/KEE hi b’hekk emendata kif ġej: 1. L-Anness VII, fil-forma ta’ l-Anness t’hawn taħt, hu miżjud. Fil-listi tal-filtri ultraviolet li jistgħu jkunu inklużi fil-prodotti kosmetiċi skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom. 2. L-oġġetti segwenti għandhom ikunu miżjuda mal-Artikolu 4: "(g) filtri UV minbarra dawk elenkati fil-Parti 1 ta’ l-Anness VII; (h) filtri UV elenkati fil-Parti 1 ta’ l-Anness VII, il-barra l-limiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk." 3. Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 5: "Sal-31 ta’ Diċembru 1988, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-kummerċ tal-prodotti kosmetiċi li jkun fihom il-filtri UV elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness VII, fil-limiti u permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fihom. Nhar l-1 ta’ Jannar 1989, dawn il-filtri UV għandhom ikunu: - definittivament permissibbli (Il-Parti 1 ta’ l-Anness VII), - definittivament ipprojbiti (L-Anness II), - miżmuma fil-parti 2 ta’ l-Anness VII għal perjodu speċifikat, jew - imħasra mill-Annessi kollha." 4. Il-paragrafu 1 (c) ta’ l-Artikolu 6 għandu jkun mibdul bi: "(ċ) id-data ta’ l-utilità minima. Id-data ta’ l-utilità minima ta’ prodott kosmetiku għandha tkun id-data sakemm dan il-prodott, maħżun taħt il-kondizzjonijiet xierqa, Għandu jkun indikat bil-kliem “L-aħjar użat qabel l-aħħar ta’… " segwit bi: - jew id-data nnifisha - jew indikazzjoni ta’ fejn tidher fit-tikkettar. Jekk ikun hemm bżonn, din l-informazzjoni għandha tkun miżjuda b’indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti sabiex tkun iggarantita l-utilità mistqarra. Id-data għandha tkun imfissra b’mod ċar u tkun tinkludi x-xahar u s-sena, f’dik l-ordni. L-indikazzjoni tad-data ta’ l-utilità ma għandhiex tkun obbligatorja għal prodotti kosmetiċi li l-utilità minima tagħhom tkun iktar minn 30 xahar;" 5. (a) Fl-Artikolu 6(1)(d), "l-Annessi III, IV u VI" huma mibdula bi "l-Annessi III, IV, VI u VII"; (b) Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2), "l-Annessi II sa VI" huma mibdula bi "l-Annessi II sa VII"; (c) Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2), "l-Annessi III sa VI" huma mibdula bi "l-Annessi III sa VII"; L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1987, la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma jqiegħdu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 ma jinbigħux jew ikunu mogħtija lill-konsumatur finali wara l-31 ta’ Diċembru 1988. L-Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1984 l-aktar tard. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali bħal dawn kif huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ottubru 1983. Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU C 32, tad-9.2.1982, p. 2. [2] ĠU C 307, ta’ l-14.11.1983, p. 105. [3] ĠU C 310, tat-30.11.1981, p. 5. [4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169. [5] ĠU C 275,tat- 8.10.1983, p. 20. jibqa’ jissodisfa l-funzjoni inizjali tiegħu u b’mod partikolari jibqa’ b’konformità mal-Artikolu 2. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS VII Lista ta’ filtri UV li jistgħu jkunu fi prodotti kosmetiċi Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, filtri UV huma sustanzi li, meta jkunu fi prodotti kosmetiċi ta’ protezzjoni għall-kontra x-xemx ikunu ntiżi speċifikament sabiex jiffiltraw ċerti raġġi UV sabiex jipproteġu l-ġilda minn ċerti effetti ta’ ħsara ta’ dawn ir-raġġi. Dawn il-filtri UV jistgħu jkunu miżjuda mal-prodotti kosmetiċi oħra fil-limiti u permezz tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness. Il-filtri UV l-oħra wżati fi prodotti kosmetiċi għall-iskop waħdieni li jipproteġu l-prodott minn raġġi UV ma humiex inklużi f’din il-lista. PARTI 1 Lista ta’ filtri UV permissibbli li jistgħu jkunu fi prodotti kosmetiċi Numru ta’ Referenza | Sustanza | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra | Kondizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta | a | b | c | d | e | 1 | Aċidu 4-Aminobenzoic | 5 % | | | 2 | N, N, N-Trimethyl-4-(2-oxoborn-3-ylidenemethyl) Anilinium methyl sulphate | 6 % | | | 3 | Homosalate (INN) | 10 % | | | 4 | Oxybenzone (INN) | 10 % | | Fih il-Oxybenzone | 5 | l-aċidu u l-esteru etiliku ta’ 3-Imidazol-4-ylacrylic | 2 % (espress bħala aċidu) | | | 6 | l-aċidu sulfoniku 2-phenylbenzimidazole-5 u l-imluħa tas-sodju tal-potassa, tas-sodju u tat-triethanolamine tiegħu | 8 % (espress bħala aċidu) | | | PARTI 2 Lista ta’ filtri UV li proviżjonalment jistgħu jkunu fi prodotti kosmetiċi Numru ta’ Referenza | Sustanza | L-ogħla konċentrazzjoni awtorizzata | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra | Kundizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta | a | b | c | d | e | 1 | Ethyl-4-bis (hydroxypropyl) aminobenzoate, isomers imħallta | 5 % | | | 2 | Aċidu ethoxylated 4-aminobenzoic | 10 % | | | 3 | Padimate (IIM) | 5 % | | Fih il-padimate | 4 | Glycerol 1-(4-aminobenzonate) | 5 % | Ħieles mill-benzocaine (IIM) | | 5 | 2-Ethylhexyl 4-dimethylaminobenzonate | 8 % | | | 6 | 2-Ethylhexyl salicylate | 5 % | | | 7 | 3,3,5-Trimethylcyclohexyl-2-acetamidobenzonoate | 2 % | | | 8 | Potassium cinnamate | 2 % | | | 9 | Imluħa ta’ l-aċidu 4-Methoxycinnamate (imluħa ta’ potassa, s-sodju u d-diethanolamine) | 8 % (espress bħala aċidu) | | | 10 | Propyl 4-methoxycinnamate | 3 % | | | 11 | Imluħa ta’ l-aċidu Salisikliku (imluħa tal-potassa, s-sodju u t-triethanolamine) | 2 % (espress bħala aċidu) | Il-pH tal-prodott lest għandu jkun tali li l-aċidu ma jkunx meħlus | Ma għandux ikun użat għal tfal taħt it-tlett snin | 12 | Amyl 4-methoxycinnamate, Isomers imħallta | 10 % | | | 13 | 2-Ethylhexyl 4-methoxycinnamate | 10 % | | | 14 | Cinoxate (INN) | 5 % | | | 15 | 3,4-Dihydroxy-5-(3,4,5-trihydroxybenzoyloxy) aċidu benżojku, trioleate | 4 % | | | 16 | Mexenone (INN) | 4 % | | Fih il-mexenone | 17 | Sulisobenzone (IIM) u sodju sulisobenzone (IIM) | 5 % (espress bħala aċidu) | | | 18 | 2-Ethylhexyl 2-(4-phenylbenzoyl)-benzoate | 10 % | | | 19 | 5-Methyl-2-phenylbenzoxazole | 4 % | | | 20 | Sodju 3,4-dimethoxyphenylglyoxylate | 5 % | | | 21 | 1,3-bis (4-methoxyphenyl) propane-1,3-dione | 6 % | | | 22 | 5-(3,3-Dimethyl-8,9,10-trinorborn-2-ylidene) pent-3-en-2-one | 3 % | | | 23 | Aċidu sulfoniku-Alpha-(2-Oxoborn-3-ylidene) toluene-2 | 6 % | | | 24 | Aċidu sulfoniku-Alpha-(2-Oxoborn-3-ylidene) toluene-4 u l-imluħa tiegħu | 6 % (espress bħala aċidu) | | | 25 | 3-(4-Methylbenzylidene) bornan-2-one | 6 % | | | 26 | 3-Benzylidenebornan-2-one | 6 % | | | 27 | Aċidu-Alpha-Cyano-4-methoxycinnamic u l-esteri hexyl tiegħu | 5 % | | | 28 | 1-p-Cumenyl-3-phenylpropane-1,3-dione | 5 % | | | 29 | 4-Isopropylbenzyl salicylate | 4 % | | | 30 | Cyclohexyl 4-methoxycinnamate | 1 % | | | 31 | 1-(4-tert-Butylphenyl)-3-(4-methoxyphenyl) propane-1,3-dione | 5 % | | | --------------------------------------------------