Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R0752

    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/82 tal-31 ta’ Marzu 1982 li jemenda Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sabiex jingħataw rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella

    ĠU L 86, 1.4.1982, p. 50–51 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0433

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/752/oj

    31982R0752



    Official Journal L 086 , 01/04/1982 P. 0050 - 0052
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0240
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 24 P. 0256
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0240
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 24 P. 0256


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/82

    tal-31 ta’ Marzu 1982

    li jemenda Regolament (KEE) Nru 32/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sabiex jingħataw rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) ta’ l-istess,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [2] iddefinixxa l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella;

    Billi xi żbalji fil-verżjoni Ġermaniża tar-Regolament fuq imsemmi, u fl-Anness għall-istess, għandhom jiġu korretti;

    Billi għandha tiġi stabbilita l-proċedura li permezz tagħha l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom ikunu ngħataw rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 32/82 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    1. Il-verżjoni Ġermaniża ta’ l-Artikolu 2(2) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    "2. Dieser Nachweis wird durch eine Bescheinigung gemäß dem im Anhang beigefügten Muster erbracht, die auf Antrag des Beteiligten von der Interventionsstelle oder einer anderen Stelle ausgestellt wird, welche von dem Mitgliedstaat, in dem die Tiere geschlachtet wurden und in dem die Ausfuhrzollförmlichkeiten erfüllt werden, hierfür bestimmt wird. Diese Bescheinigung ist den Zollbehörden bei der Erfüllung der Ausfuhrzollförmlichkeiten zu übergeben."

    2. L-Artikolu 4a li ġej għandu jiġi inserit:

    "L-Artikolu 4a

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bit-telex qabel il-25 jum ta’ kull xahar dwar il-kwantitajiet u, safejn ikun possibbli, id-deskrizzjonijiet tal-prodotti li għalihom jew tkun tħallset rifużjoni speċjali jew sar ħlas bil-quddiem għall-istess taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 matul ix-xahar ta’ qabel skond il-bażi taċ-ċertifikati."

    3. L-Anness qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Marzu 1982.

    Għall-Kummissjoni

    Poul Dalsager

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 4. tat-8.1.1982, p. 11.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top