Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R0032

    Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 32/82 tas-7 ta' Jannar 1982 li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

    ĠU L 4, 8.1.1982, p. 11–13 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2007; Imħassar b' 32007R0433

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/32/oj

    31982R0032



    Official Journal L 004 , 08/01/1982 P. 0011 - 0014
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0190
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 24 P. 0146
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0190
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 24 P. 0146


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82

    tas-7 ta' Jannar 1982

    li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

    IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1], kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni tal-Ġreċja, u partikolarment l-Artikolu 18(6) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 885/68 [2], kif emendat l-aħħar minn Regolament (KEE) Nru 427/77 [3], stabilixxa regoli ġenerali għall-għoti lura ta' fondi ta' esportazzjoni u kriterji għall-iffissar ta' l-ammont miġjub fih;

    Billi, akkont tas-sitwazzjoni tas-suq fil-Komunità u l-iskop għall-bejgħ ta' ċerti prodotti tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella li jistgħu fil-preżent ikunu l-oġġett ta' xiri ta' intervent, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mogħtija lura fondi speċjali għall-esportazzjoni ta' prodotti bħal dawn meta jkunu intenzjonati għal ċerti pajjiżi li mhumiex membri bi ħsieb li jitnaqqas ix-xiri t'intervenzjoni;

    Billi l-Kumitat ta' Tmexxija għal-Laħam taċ-Ċanga u Vitella ma tax opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-prodotti li jaqblu mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-fondi speċjali ta' esportazzjoni.

    2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-laħam frisk jew imkessaħ, fil-forma ta' karkassi, nofs karkassi, kwarti kkompensati, kwarti tas-saqajn ta' quddiem u tas-saqajn ta' wara, esportati lil ċerti pajjiżi li mhumiex membri.

    Artikolu 2

    1. L-eliġibilità għal fondi lura speċjali ta' esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għas-sottomissjoni ta' prova li l-prodotti esportati jiġu minn baqar maskili li jkunu kibru.

    2. Din il-prova għandha tiġi provduta permezz ta' ċertifikat, kampjun tiegħu mogħti fl-Anness, maħruġ ma' l-applikazzjoni mill-parti konċernata mill-aġenzija t'intervenzjoni jew xi awtorità oħra deżinjata għall-iskop mill-Pajjiż Membru fejn l-annimali kienu maqtula u fejn il-formalitajiet ta' esportazzjoni tad-dwana huma kompleti. Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi provdut lill-awtoritajiet tad-dwana fil-ħin tal-kompletazzjoni tal-formalitajiet ta' esportazzjoni tad-dwana.

    Artikolu 3

    Il-Pajjiżi Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-iċċekkjar tal-prodotti u għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu l-indikazzjoni tal-kwantità minima.

    Il-Pajjiżi Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li ma ssir l-ebda sostituzzjoni tal-prodotti bejn iż-żmien ta' meta ġew iċċekkjati u ż-żmien ta' meta jitilqu mit-territorju ġeografiku tal-Komunità jew meta jiġu mwassla fid-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2730/79 [4]. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-identifikazzjoni ta' kull prodott permezz ta' marka li ma titħassarx fuq kull kwart jew b'siġill individwali fuq kull kwart. Il-qatla u l-identifikazzjoni għandha ssir fil-biċċerija indikata mill-parti konċernata fl-applikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2(2).

    Artikolu 4

    Il-Pajjiżi Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar 1982 il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jimplimentaw dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-kummenti tagħha, jekk ikun hemm, lill-Pajjiż Membru qabel l-20 ta' Frar 1982.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 1982.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fil-Pajjiżi Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Jannar 1982.

    Għall-Kummissjoni

    Poul Dalsager

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU Nru L 156, ta' l-4.7.1968, p. 2.

    [3] ĠU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 16.

    [4] ĠU Nru L 317, tat-12.12.1979, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top