Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R1659

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1659/81 tad-19 ta’ Mejju, 1981 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1674/72 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għal żerriegħa

ĠU L 166, 24.6.1981, p. 1–2 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/1659/oj

31981R1659



Official Journal L 166 , 24/06/1981 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0094
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0094
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0040


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1659/81

tad-19 ta’ Mejju, 1981

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1674/72 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għal żerriegħa

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru, 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1979, u partikolarment Artikolu 3(4) ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1674/72 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1969/80 [3], jistabbilixxi li tista’ tingħata għajnuna biss għal żerriegħa li tkun ċertifikata uffiċjalment u li tissodisfa d-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi dwar il-bejgħ tagħhom fis-suq, u l-livelli u l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi msemmija;

Billi Artikolu 113(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1979 jipprovdi li, sal-31 ta’ Diċembru, 1985, il-Greċja tista’ tapplika r-regoli tagħha dwar iċ-ċertifikar u l-kontroll tal-produzzjoni ta’ żrieragħ; billi Artikolu 113(2)(ċ) jipprovdi li l-Greċja tesporta biss lejn it-territorju ta’ l-Istati Membri żrieragħ li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet Komunitarji; billi Artikolu 113(3) jagħmel dispożizzjoni għal deċiżjoni dwar il-liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ fi żrieragħ ta’ ċerti speċi bejn il-Greċja u l-Istati Membri l-oħra;

Billi ż-żrieragħ fir-rigward tagħhom tittieħed deċiżjoni bħal din jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li japplikaw għal produzzjoni Komunitarja; billi għajnuna tal-Komunità għandha għalhekk tingħata lil żrieragħ maħsuda fil-Greċja li jkunu ċertifikati u li fir-rigward tagħhom tkun ittieħdet deċiżjoni għal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn dak l-Istat Membru u l-Istati Membri l-oħra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1674/72 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 1 jitbiddel b’dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Jekk tkun iffissata għajnuna skond Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71, din tingħata, bla ħsara għall-kondizzjonjiet dikjarati fl-Artikoli li ġejjin, għal produzzjoni ta’ żrieragħ bażiċi u ċċertifikati:

- kif definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju, 1966 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa minn pjanti tal-għalf(3), bid-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju, 1966 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa taċ-ċereali(4) u bid-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju, 1969 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibri(5), filwaqt li jitqiesu l-emendi magħmula lil dawn id-Direttivi,

- li jikkonformaw mal-livelli stabbiliti u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-Direttivi, u

- li jkunu ċċertifikati uffiċjalment.

2. Mill-1 ta’ Jannar, 1981 sal-31 ta’ Diċembru, 1985, tingħata wkoll għajnuna għal żerriegħa bażika u ċertifikata prodotta fil-Greċja u li rigward tagħha tkun ittieħdet deċiżjoni skond Artikolu 113(3) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1979."

2. In-Noti (3), (4) u (5) fil-qiegħ tal-paġna jitbiddlu b’li ġejjin:

"(3) ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66

(4) ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2309/66

(5) ĠU Nru L. 169, 10.7.1969, p. 3"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar, 1981.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 ta’ Mejju, 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

D. F. van der Mei

[1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[2] ĠU L 177, ta’ l-4.8.1972, p. 1.

[3] ĠU L 192, tas-26.7.1980, p. 4.

--------------------------------------------------

Top