Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R2514

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2514/78 tas-26 ta’Ottubru 1978 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istati Membri ta’ kuntratti għat-tkattir ta’ żerriegħa fil-pajjiżi mhux membri

    ĠU L 301, 28.10.1978, p. 10–11 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2016: This act has been changed. Current consolidated version: 21/01/1989

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/2514/oj

    31978R2514



    Official Journal L 301 , 28/10/1978 P. 0010 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0117
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0243
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0117
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0039
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0039


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2514/78

    tas-26 ta’Ottubru 1978

    dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istati Membri ta’ kuntratti għat-tkattir ta’ żerriegħa fil-pajjiżi mhux membri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1346/78 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3a(4) u 9 tiegħu,

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi li r-reġistrazzjoni mill-korpi ta’ l-Istati Membri dwar il-kuntratti tat-tkattir taż-żerriegħa fil-pajjiżi mhux membri tista’ tintgħamel obbligatorja; billi din il-possibiltà għandha tintuża’ dwar l-ispeċji li huma mportanti biex biex jipprovdu lis-suq tal-Komunità; billi trid tissawwar lista ta’ l-ispeċji jilħqu dan il-kriterju;

    Billi dawn il-kuntratti jkopru diversi ħsad suċċessivi; billi, minħabba f’hekk, għandu jiġi provdut, fl-interess tat-tħaddim razzjonali tas-sistema, li l-kuntratti konklużi qabel ma din is-sistema tidħol fis-seħħ iżda li jkopru ħsad li jiġi wara għandhom jkunu reġistrati;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jitlob ukoll li l-kuntratti għat-tkattir taż-żerriegħa f’pajjiż mhux membru għandhom jkunu mfissra; billi huwa wkoll meħtieġ li jiġi provdut li l-parti fil-kuntratt stabbilità fil-Komunità għandha tagħti ċerti dettalji meta jkun reġistrat il-kuntratt;

    Billi hi f’idejn l-Istati Membri li jwaqqfu sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-kuntratti u hu mixtieq li jinnominaw korp għal dan il-għan;

    Billi l-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa bl-informazzjoni li hemm fil-kuntratti sabiex tkun tista’ tissorvelja l-iżviluppi fis-suq u tamministra s-suq tal-Komunità;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żrieragħ,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kuntratti għat-tkattir taż-żerriegħa f’pajjiż mhux membru li huma marbuta ma’ l-ispeċji jew mal-gruppi ta’ varjetajiet imsemmija fl-Anness hawn mehmuż u li ġew konklużi b’effett mill-1 ta’ Frar 1979, u l-kuntratti konklużi qabel dik id-data għaż-żrieragħ li għandhom jinħasdu mill-1 ta’ Ġunju 1980 ‘l quddiem, għandhom ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni skond dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, "kuntratt għat-tkattir f’pajjiż li mhux membru" jfisser kuntratt li konkluż bil-miktub bejn parti stabbilità fil-Komunità u parti stabbilità f’pajjiż mhux membru li jgawdi minn ekwivalenza fil-produzzjoni taż-żerriegħa mal-Komunità li bih din ta’ l-aħħar tintrabat li tkattar iż-żrieragħ jew tirranġa għat-tkattir taż-żrieragħ f’isem dak ta’ l-ewwel bil-ħsieb li iż-żrieragħ kollha jew parti minnhom ikunu impurtati fil-Komunità.

    Artikolu 3

    Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 1, il-parti li tkun qiegħda tagħmel kuntratt stabbilità fil-Komunità għandha tipprovdi lill-korp riferit fl-Artikolu 4 ta’ l-inqas dawn id-dettalji:

    (a) il-pajjiż li fih jitwettaq it-tkattir taż-żerriegħa;

    (b) l-ispeċji u l-varjetajiet taż-żrieragħ;

    (ċ) il-kwantità, l-oriġini u l-kategorija ta’ żrieragħ li għandhom jitkattru;

    (d) is-snin tal-marketing koperti bil-kuntratt, estimi tal-kwantitajiet li jkunu ser importati fil- Komunità, il-perjodi skjedati għall-kunsinna.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta’ reġistrazzjoni tal-kuntratti riferiti fl-Artikolu 1. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru korp responsabbli mir-reġistrazzjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tiegħu qabel l-1 ta’ Frar 1979.

    Artikolu 5

    1. Il-parti fil-kuntratt stabbilità fil-Komunità għandha tirreġistra l-kuntratt mal-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilità qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat fl-Anness hawn mehmuż għal kull speċi jew grupp ta’ varjetajiet.

    2. Kull tibdil li jsir fid-dettalji riferiti fl-Artikolu 3 wara li l-kuntratt ikun reġistrat għandu jiġi notifikat fi żmien 30 jum mid-data meta dak it-tibdil.

    Artikolu 6

    L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni ta’ kull sena, mhux aktar tard minn 30 jum wara li jiskadu l-limiti ta’ żmien stipulati fl-Anness, it-tagħrif li ġej għal kull sena tal-marketing, l-ispeċi jew il-grupp ta’ varjetajiet elenkati fl-Anness u għal kull pajjiż mhux membru konċernat, l-estimi tal-kwantitajiet taż-żrieragħ li jirriżultaw mit-tkattir li għandhom ikunu importati fil-Komunità.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Novembru 1978.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’Ottubru 1978.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 165, tat-22.6.1978, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Speġji jew gruppi ta' varjetajiet | Data ta' l-iskadenza tal-limitu ta' żmiengħar-reġistrazzjoni ta' kuntratti |

    Sena li tiġi qabel il-ħsad | Sena tal-ħsad |

    1.Festuca pratensis L. | 1 ta' Novembru | |

    2.Festuca rubra L. | 1 ta' Novembru | |

    3.Lolium multiflorum L. | | |

    (a)Ssp. alternativum | | 1 ta' Mejju |

    (b)Ssp. Non alternativum | 1 ta' Novembru | |

    4.Lolium perenne L. | 1 ta' Novembru | |

    5.Medicago sativa L. | 1 ta' Novembru | |

    6.Trifolium pratense L. | 1 ta' Novembru | 1 ta' Mejju |

    7.Hybrid maize | | 1 ta' Mejju |

    --------------------------------------------------

    Top