EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R2415

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2415/78 tas-17 ta' Ottubru 1978 dwar l-għatba statistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

ĠU L 292, 18.10.1978, p. 19–19 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/2415/oj

31978R2415



Official Journal L 292 , 18/10/1978 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0022
Greek special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2415/78

tas-17 ta' Ottubru 1978

dwar l-għatba statistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1736/75 ta' l-24 ta' Ġunju 1975 dwar l-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2845/77 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 24 u 41 tiegħu,

Billi, ġaladarba issa daħal fis-seħħ ir-Regolament (KEE) Nru 2845/77 tad-19 ta' Diċembru 1977 u ffissa l-għatba statistika ġdid għal 300 Unità Ewropea tal-Kontijiet (EUA), din ta' l-aħħar għandha tiġi maqluba fil-muniti korrenti nazzjonali;

Billi r-rata tal-kambju għal kull waħda mill-muniti korrenti fejn jidħol l-EUA tvarja minn jum għal jum; billi sabiex jiġi stabbilit il-valur ta' l-għatba statistika tinħtieġ l-applikazzjoni ta' rata fissa tal-kambju; billi din ir-rata ta' l-aħħar tista' tkun imsejsa fuq ir-rati medji tal-kambju matul il-perjodu taż-żmien minn Jannar sa Diċembru 1977;

Billi fl-interess tas-simplifikazzjoni l-ammonti hekk miksuba għandu jitneħħielhom ix-xtur;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istatistika tal-Kummerċ Barrani,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għatba statistika, fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 1736/75, espressa fil-muniti korrenti nazzjonali, ma għandhiex taqbeż:

Economic Union for the Belguim - Lussemburgu | Bfrs/Lfrs | 12500 |

For Denmark | Dkr | 2000 |

For France | FRF | 1700 |

For Germany | DEM | 800 |

For Ireland | £ | 200 |

For Italy | Lit | 300000 |

For The Netherlands | Fl | 850 |

For The United Kingdom | £ | 200 |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 1978.2000.

Għall-Kummissjoni

François-Xavier Ortoli

Viċi-President

[1] ĠU L 183, ta' l-14.7.1975, pġ. 3.

[2] ĠU C 329, tat-22.12.1977, pġ. 3

--------------------------------------------------

Top