Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R1883

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awissu 1978 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija

    ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1–8 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/02/2009; Imħassar b' 32008r0072

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/1883/oj

    31978R1883



    Official Journal L 216 , 05/08/1978 P. 0001 - 0008
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0084
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0091
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0084
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0245
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0245


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78

    tat-2 ta’ Awissu 1978

    li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2788/72 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 (2) tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kommissjoni,

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

    Billi, skond l-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Komunità;

    Billi, għal dan il-għan, għandha titfassal il-lista tal-miżuri li jikkonformaw mal-kunċett ta’ l-intervent maħsub għalbiex jistabbilizza s-swieq;

    Billi huwa mixtieq li jiġi stabbilit illi n-nefqa li tirriżulta mill-miżuri ta’ l-intervent li għalihom hija stabbilita somma għal kull unità fi ħdan l-istruttura ta’ l-organizazzjoni komuni tas-swieq għandha tittieħed għal kollox mill-fondi tal-Komunità;

    Billi fil-każ tal-miżuri ta’ l-intervent li dwarhom ma tkunx stabbilita somma għal kull unità fi ħdan l-istruttura ta’ l-organizazzjoni komuni tas-swieq, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli basiċi dwar b’mod partikolari l-metodu sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti li jridu jiġu iffinanzjati, il-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta mill-investiment tal-fondi meħtieġa għax-xiri ta’ prodotti b’intervent, għall-valutazzjoni tal-ħażniet li jridu jitħallew minn sena finanzjarja għall-oħra u għall-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta mill-ħażna u, fejn xieraq, il-ħidmiet tal-proċessar;

    Billi l-oġġetti varji tan-nefqa u tad-dħul li jridu jkunu adottati minn kull settur fuq il-bażi ta’ dawn ir-regoli għandu jkun bla ħsara għal iżjed regolamenti ddettaljati; billi r-regolamenti tal-finanzjament għal kull settur għandhom, filwaqt, jinżammu fis-seħħ;

    Billi r-regoli generali għall-finanzjament ta’ l-interventi għandhom jiddaħħlu f’Regolament wieħed; billi r-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2824/72 tat-28 ta’ Diċembru 1972 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija [4] għandu jiġi mħassar,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-miżuri mniżżla fil-lista fl-Anness għandhom jikkonformaw mal-kunċett ta’ l-interventi maħsuba għalbiex jistabbilizzaw is-swieq ta’ l-agrikoltura fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

    L-Artikolu 2

    Fejn, ġewwa l-qafas ta’ organizazzjoni komuni tas-suq, tiġi stabbilita somma għal kull unità dwar miżura ta’ intervent, in-nefqa li tirriżulta għandha titħallas għal kollox mill-fondi tal-Komunità.

    L-Artikolu 3

    Fejn, ġewwa l-qafas ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq, ma tkunx stabbilita somma għal kull unità dwar miżura ta’ intervent, il-miżura interessata għandha titħallas mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG, skond id-disposizzjonijietli jinsabu fl-Artikoli 4 sa 8.

    L-Artikolu 4

    1. Fejn miżura ta’ intervent referita fl-Artikolu 3 tinvolvi x-xiri għall-ħażna u l-ħażna ta’ prodotti, l-ammont iffinanzjat għandu jiġi stabbilit mill-kontijiet annwali mfassla mis-servizzi jew l-aġenziji, li lilhom l-oġġetti varji tan-nefqa u d-dħul ikunu ġew iddebitati jew akkreditati rispettivament.

    2. Il-finanzjament tal-miżuri l-oħra ta’ intervent referiti fl-Artikolu 3 għandhom ikunu daqs in-nefqa, wara t-tnaqqis ta’ kull dħul, li tirriżulta mill-miżura ta’ l-intervent.

    3. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu rigward il-miżuri ta’ l-intervent referiti fil-paragrafu 1, jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-kontijiet annwali u, fejn ikun hemm il-ħtieġa rigward il-miżuri ta’ l-intervent referiti fil-paragrafu 2, jistabbilixxi l-oġġetti li jridu jiġu meqjusa għall-iskopijiet tal-finanzjament fejn dawn ma jkunux ġew stabbiliti ġewwa l-qafas ta’ organizazzjoni komuni tas-suq.

    Sakemm dawn il-materji jiġu stabbiliti, u għajr għal kull disposizzjoni kuntrarja ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KEE) Nru 786/69 [5], (KEE) Nru 787/69 [6], (KEE) Nru 788/69 [7], (KEE) Nru 2334/69 [8], (KEE) Nru 2305/70 [9], (KEE) Nru 2306/70 [10], (KEE) Nru 1697/71 [11], (KEE) Nru 272/72 [12] u (KEE) Nru 273/72 [13] li jittrattaw il-finanzjament ta’ l-intervent fuq in-nefqa fis-setturi varji għandhom jibqgħu fis-seħħ.

    L-Artikolu 5

    Fil-każ tal-fondi li joriġinaw fl-Istati Membri għax-xiri bl-intervent tal-prodotti, l-ammont tat-taxxi imposti fuq l-imgħax li jrid jiġi iffinanzjat mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG għandu jiġi kkalkolat billi jintuża metodu u rata ta’ imgħax uniformi għall-partijiet kollha tal-Komunità, li se jiġu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla skond l-Artikolu 13 tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 729/70. Ir-rata ta’ l-imgħax għandha tkun rappreżentattiva tar-rati ta’ l-imgħax attwalment imħallsa.

    L-Artikolu 6

    Il-ħidmiet materjali li joħorġu mill-ħażna u, fejn ikun xieraq, mill-proċessar tal-prodotti ta’ l-intervent għandhom jiġu ffinanzjati mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG, permezz ta’ ammonti standard uniformi ġewwa l-Komunità kollha, li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 13 tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 729/70 u, fejn ikun meħtieġ, wara eżami tal-materja mill-kumitat ta’ ġestjoni interessat.

    L-Artikolu 7

    Fejn il-prodotti fil-kwistjoni jkunu għaddew minn deprezzament bħala riżultat tal-ħażna, l-effett finanzjarju ta’ dan għandu jiġi rreġistrat u meqjus fil-ħin tad-dħul fl-intervent. Għal dan il-għan, il-koeffiċjenti tad-deprezzament u l-prezzijiet li japplikaw għalihom għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [14], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1254/78 [15], jew, skond kif ikun il-każi, fl-Artikolu korrispondenti fir-Regolamenti l-oħra dwar l-organizazzjoni komuni tas-swieq ta’ l-agrikoltura, u fejn ikun hemm il-ħtieġa, wara eżami mill-Kumitat tal-FAEGG.

    L-Artikolu 8

    Fil-kontijiet annwali referiti fl-Artikolu 4 (1), il-kwantitajiet tal-prodotti fil-ħażna li jridu jitħallew għas-sena finanzjarja ta’ wara għandhom, bħala regola, jiġu vvalutati skond il-prezz tax-xiri. Għal dan il-għan, fuq il-bażi tal-prezzijiet tax-xiri imħallsa mill-aġenziji ta’ l-intervent matul perjodu taż-żmien ta’ riferiment u meta jitqies id-deprezzament referit fl-Artikolu 7, il-prezz li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet li jkunu sejrin jitħallew għas-sena fianzjarju ta’ wara għandhom ikunu stabbiliti għall-prodotti varji skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

    Madanakollu, jekk, għal prodott mogħti, il-prezz stmat wara li jħalli l-intervent ikun sostanzjalment inqas mill-valur tal-ħażniet li jitħallew għas-sena ta’ wara kif stabbilit skond l-ewwel subparagrafu, tista’ tittieħed deċiżjoni għalbiex jinbidlu l-prezzijiet tax-xiri mħallsa mill-aġenziji ta’ l-intervent bi prezz ieħor. Il-prezz ta’ l-aħħar għandu jiġi iffissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, u jekk ikun hemm il-ħtieġa wara eżami mill-kumitat maniġerjali interessat. Ma jistax ikun taħt il-medja tal-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet miksuba mir-rimi tal-ħażniet ta’ l-intervent.

    L-Artikolu 9

    Fejn meħtieġ, għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati li jimplimentaw dan ir-Regolament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

    L-Artikolu 10

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2824/72 huwa hawnhekk imħassar.

    L-Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara li jiġi ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika għan-nefqa miġrura mill-1 ta’ Jannar 1978. Madankollu, l-Artikolu 7 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1979.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, fit-2 ta’ Awissu 1978.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. von Dohnanyi

    [1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

    [2] ĠU L 295, tat-30.12.1972, p. 1.

    [3] ĠU C 131, tal-5.6.1978, p. 70.

    [4] ĠU L 298, tal-31.12.1972, p. 5.

    [5] ĠU L 105, tat-2.5.1969, p. 1.

    [6] ĠU L 105, tat-2.5.1969, p. 4.

    [7] ĠU L 105, tat-2.5.1969, p. 7.

    [8] ĠU L 298, tas-27.11.1969, p. 1.

    [9] ĠU L 249, tas-17.11.1970, p. 1.

    [10] ĠU L 249, tas-17.11.1970, p. 4.

    [11] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

    [12] ĠU L 35, tad-9.2.1972, p. 1.

    [13] ĠU L 35, tad-9.2.1972, p. 3.

    [14] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

    [15] ĠU L 156, ta’ l-14.6.1978, p. 1.

    --------------------------------------------------

    IL-MIŻURI

    FL-ANNESS REFERITI

    I. FL-ARTIKOLU 1

    1. IĊ-ĊEREALI

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 7 (1), (2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75.

    3. Il-miżuri partikolari u speċjali ta' l-intervent ipprovduti fl-Artikolu 8 (1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75.

    4. Il-ħlasijiet imħollija għas-sena ta' wara pprovduti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75.

    5. L-għajnuna għall-produzzjoni għall-qamħ duru pprovduta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75.

    6. Ir-rifondi fuq il-produzzjoni pprovduti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75.

    II. Is-sussidji pprovduti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75.

    1. IR-ROSS

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 5 (1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76.

    3. Il-miżuri speċjali ta' intervent ipprovduti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76.

    4. Il-ħlasjiet imħollija għas-sena ta' wara pprovduti fl-Artikolu 8 tar-Regolament K(KE) Nru 1418/76.

    III. Ir-rifondi għall-produzzjoni pprovduti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76.

    1. IL-ĦALIB U L-PRODOTTI MILL-ĦALIB

    2. Ix-xiri tal-butir għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 6 (1) u l-ewwel sentenza ta' l-ewwel jew it-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 6 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    3. L-għajnuna għall-ħażna privata tal-butir u l-krema pprovduti fl-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    4. Il-miżuri speċjali għar-rimi tal-butir ipprovduti fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    5. Ix-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 7 (1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    6. L-għajnuniet għall-ħażna privata tat-trab tal-ħalib xkumat ipprovduti fl-Artikolu 7 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    7. Ix-xiri għall-ħażna tal-ġobon Grana Padano u Parmigiano Reggiano u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 8 (1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    8. L-għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana Padano u Parmigiano Reggiano pprovduti fl-Artikolu 8 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    9. Il-miżuri ta' intervent għall-ġobon li jżomm fit-tul ipprovduti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    10. L-għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat ipprovduta fl-Artikolu 10 (3) tar-Regolament (KE) Nru 804/68.

    11. L-għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f'kaseina pprovduta fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    12. Il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mat-tnaqqis ta' dak li jifdal żejjed mill-prodotti tal-ħalib ipprovduti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68.

    13. Il-kontribuzzjoni Komunitàrja riferita fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68, għalbiex jiġi pprovdut il-ħalib fl-iskejjel.

    14. Il-miżuri li jirrigwardaw ix-xiri bilfors, għall-użu fl-għalf, tat-trab tal-ħalib xkumat miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent, stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 563/76.

    15. Il-primjumijiet għalbiex ma jiġux mibjugħa fis-suq il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u l-primjumijiet għall-qalba tal-merħliet tal-ħalib għall-produzzjoni tal-laħam ipprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1078/77 [1].

    IV. L-imposta fuq il-ko-responsabbiltà u l-miżuri għalbiex jespandu s-swieq tal-prodotti mill-ħalib skond l-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77.

    A. IŻ-ŻJUT U X-XAĦMIJIET

    1. Iż-Żejt taż-Żebbuġa

    2. L-għajnuna għall-produzzjoni pprovduta fl-Artikolu 10 (1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    3. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 11 (1) u (3) tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    4. Il-kuntratti għall-ħażniet ipprovduti fl-Artikolu 11 (2) tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    5. Il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    B. Ir-rifondi għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa użat fil-priżervattivi kif ipprovdut fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    1. Iż-Żrieragħ tal-Kolza, tal-Lift u tal-Ġirasol

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 26 (1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    3. L-għajnuna dwar iż-żrieragħ taż-żjut miġbura u pproċessati pprovduti fl-Artikolu 27 (1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    4. Il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 27 (2) tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    5. L-għajnuna addizzjonali għaż-żrieragħ tal-kolza u tal-lift ipproċessati fl-Italja u deċiż dwarhom skond l-Artikolu 36 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

    C. L-ammonti ddifferenzjati mogħtija jew intaxxati b'imposta fil-ħin tal-proċessar taż-żrieragħ tal-kolza u tal-lift, skond ir-Regolament (KEE) Nru 1569/72.

    1. Żrieragħ Oħra taż-Żjut 1. Is-sussidji għaż-żerriegħa tal-qoton ipprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1516/71.

    2. L-għajnuna għall-produzzjoni taż-żerriegħa tas-sojja pprovduta fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1900/74.

    3. L-għajnuna għaż-żerriegħa tal-kittien ipprovduta fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 569/76.

    V. IZ-ZOKKOR

    1. L-ispejjeż tal-ħażna pprovduti fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikolu 9 (1), (11) u (44) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

    3. Il-primjumijiet għall-iżnaturazzjoni pprovduti fl-Artikolu 9 (2) tar-Regolament (FKEE) Nru 3330/74.

    4. Il-miżuri meħuda dwar iz-zokkor mid-dipartimenti Franċiżi lilhemm mill-baħar skond l-Artikolu 9 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

    5. Ir-rifondi għall-produzzjoni pprovduti fl-Artikolu 9 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

    6. Il-miżuri speċjali ta' intervent li jgħinu għalbiex jiggarantixxu l-provvisti pprovduti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

    7. Is-sussidji fuq l-importazzjoni pprovduti fl-Artikolu 17 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3330/74.

    8. L-ammonti referiti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1488/76 intaxxati b'imposta fuq iz-zokkor mill-ħażna minima mibjugħa fis-suq għajr skond ir-regoli stabbiliti.

    VI. IL-LAĦAM TAĊ-ĊANGA U TAL-VITELLA

    1. L-għajnuna għall-ħażna privata pprovduta fl-Artikolu 5 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 805/68.

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikoli, 6 u 7 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68.

    3. Il-premjumijiet għat-twelid ta' l-għoġla pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 464/75 u fl-Artikolu 1 tar-Regolamenti (KEE) Nru 620/76 u (KEE) Nru 871/77.

    4. Il-premjumijiet għall-qatla ta' ċerti annimali bovini adulti pprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 870/77.

    VII. IL-LAĦAM TAL-MAJJAL

    1. L-għajnuna għall-ħażna privata pprovduta fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    3. L-għajnuna għal ħażna privata skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    VIII. IL-FROTT U L-ĦXEJJEX TA' L-IKEL

    1. Il-kumpens finazjarju mogħti lill-organizazzjonijiet tal-produtturi pprovdut fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

    2. Ix-xiri għall-ħażna pprovdut fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 meta s-suq Komunitàrju jkun fi stat gravi.

    3. Il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-marketing tal-prodotti rtirati mis-suq ipprovduti fl-Artikolu 21 (1) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

    4. Il-kumpens mogħti lill-bdiewa skond l-Artikolu 21 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

    5. Il-kumpens finanzjarju iddisinjat għalbiex jippromwovi l-marketing tal-frott taċ-ċitru tal-Komunità pprovdut fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2511/69.

    6. Il-kumpens finazjarju innominat sabiex jinkoraġġixxi l-proċessar ta' ċerti varjetajiet ta' larinġ ipprovdut fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2601/69.

    7. L-għanjuna għall-produzzjoni ta' l-ananas ippriżervat fil-laned ipprovdut fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 525/77.

    8. L-ammonti kumpensatorji li japplikaw f'ċertu kummerċ intra-Komunitàrju fil-konċentrati tat-tadam u fit-tadam imqaxxar ipprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 522/77.

    9. Il-kumpens fianzjarju ddisinjat għalbiex jinkoraġġixxi l-marketing tal-prodotti pproċessati mil-lumi pprovdut fir-Regolament (KEE) Nru 1035/77.

    IX. L-INBID

    1. L-għajnuna għall-ħażna privata ta' l-inbejjed tal-mejda u l-mostu tal-għeneb ipprovduta fl-Artikoli 5, 5a u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    2. L-għajnuna għall-ħażna mill-ġdid ta' l-inbejjed tal-mejda pprovduta fl-Artikolu 6a tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    3. L-għajnuna għall-ħażna privata addizzjonali pprovduta fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6ċ tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    4. Id-distillazzjoni ta' l-inbejjed ipprovduta fl-Artikoli 6b, 6c, it-tieni inċiż tal-paragrafu 2, u 6d, u fl-Artikoli 7, 24a u 24b tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    5. Il-miżuri ta' intervent meħuda għal prodotti oħra għajr l-inbejjed tal-mejda pprovduti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    6. Id-distillazzjoni speċjali ta' l-inbejjed tal-mejda pprovduta fl-Artikolu 33a tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    7. Id-derogi rigward id-diżastri naturali pprovduti fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KEE) Nru 816/70.

    8. L-għajnuna għall-prodotti simili għall-prodott ta' l-inbid esportat bl-isem ta' "sherry ta' Ċipru" pprovduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3576/73.

    X. IT-TABAKK MHUX MAĦDUM

    1. Il-primjumijiet ipprovduti fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 727/70.

    2. Ix-xiri għall-ħażna u t-tranżazzjonijiet konsegwenti magħmula minn aġenzija ta' l-intervent skond l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KEE) Nru 727/70.

    3. L-għajnuna speċjali għal kull ettaru ta' tabakk tal-varjeta Beneventano, ipprovduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 339/77.

    XI. IL-PRODOTTI MIS-SAJD

    1. Il-kumpens finanzjarju lill-organizazzjonijiet tal-produtturi pprovdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 100/76.

    2. Ix-xiri għall-ħażna tas-sardin u l-inċova pprovdut fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 100/76.

    3. L-għajnuna għall-ħażna privata pprovduta fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 100/76.

    4. Il-kumpens lill-organizazzjonijiet tal-produtturi tat-tonn ipprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 100/76.

    5. It-tqassim bla ħlas ta' l-oġġetti irtirati mis-suq jew mixtrija skond l-Artikoli 11 u 12 rispettivament tar-Regolament (KEE) Nru 100/76.

    XII. SETTURI U MIŻURI OĦRA

    A. Il-Fibri tal-Kittien u tal-Qanneb

    1. L-għajnuna pprovduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1308/70.

    2. L-għajnuna għall-ħażna privata pprovduta fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1308/70.

    B. Iż-Żrieragħ

    L-għajnuna għall-produzzjoni pprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71.

    C. Il-Ħopp (Hops)

    L-għajnuna għall-produzzjoni pprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71.

    D. Id-Dud tal-Ħarir

    1. L-għajnuna għat-tkabbir tad-dudu tal-ħarir ipprovduta fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72.

    2. L-għajnuna supplementari pprovduta fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 867/77.

    E. IL-Għalf Iddeidrat

    L-għajnuna għall-produzzjoni tal-għalf iddeidrat ipprovduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1067/74.

    F. Il-Proteini

    L-għajnuna għall-ħażna privata temporanja għall-ċerti prodotti tal-proteina pprovduta fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1531/76.

    XIII. DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦAL SETTURI DIVERSI

    1. L-ammonti tal-kumpens monetarju intaxxati b'imposta u konċessi fil-kummerċ bejn l-Istati Membri skond ir-Regolament (KEE) Nru 974/71.

    2. L-ammonti ta' kumpens għall-adeżjoni konċessi fil-kummerċ bejn l-Istati Membri skond l-Artikoli 47 u 55 ta' l-Att dwar l-Adeżjoni.

    [1] Finanzjament tal-FAEGG: 60 % mit-Taqsima tal-Garanziji u 40 % mit-Taqsima tal-Gwida.

    --------------------------------------------------

    Top