EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977L0536

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

ĠU L 220, 29.8.1977, p. 1–37 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0057

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1977/536/oj

31977L0536



Official Journal L 220 , 29/08/1977 P. 0001 - 0037
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0141
Greek special edition: Chapter 13 Volume 6 P. 0140
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0141
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0153
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 7 P. 0153


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta’ Ġunju 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(77/536/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 100 tieghu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li t-tratturi għandhom jilħqu skond il-liġijiet nazzjonali huma relatati inter alia mal-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda jew inkella minflok ir-regoli tagħhom eżistenti b’tali mod, li b’mod partikulari, jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti kemm għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3], jiġu applikati fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur;

Billi t-tip approvat ta’ procedura armonizzata dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat dwar il-marka tat-tip approvat tal-komponenti għal kull tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur; billi t-tpoġġija ta’ marka KEE ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti fuq l-istrutturi kollha manifatturati skond it-tip approvat twarrab kull bżonn għall-eżamijiet tekniċi fuq dawk l-istrutturi fl-Istati Membri l-oħra;

Billi ħtiġiet komuni li jikkonċernaw elementi u karatteristiċi oħrajn ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib, b’mod partikulari dawk li jikkonċernaw il-qisien, bibien, ħġieġ ta’ sigurtà, u apparat li jevita irrumblar kontinwu jekk it-trattur jinqaleb, u l-protezzjoni tal-passiġġieri, għandu jkun stabbilit aktar tard;

Billi l-ħtiġiet armonizzati huma intiżi primarjament sabiex jassiguraw is-sigurtà fit-toroq u waqt ix-xogħol tul il-Kommunità kollha, billi għal din ir-raġuni huwa neċessarju li tkun introdotta l-obbligazzjoni għat-tratturi koperti b’din id-Direttiva li jkunu mgħammra bi strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw it-tratturi ġġib magħha rikonoxximent reċiproku min-naħa ta' l-Istati Membri tat-testijiet esegwiti minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtigiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KEE għal kull struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li jissodisfa il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar kif stabbiliti fl-Annessi I, II, III, IV and V, ta’ hawnhekk.

2. L-Istat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, kemm il-darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b’koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli tal-produzzjoni huma konformi għat-tip approvat. Tali verifika għandha tkun illimitata għal ‘spotchecks’.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur li huma jappruvaw permezz ta’ l-Artikolu 1, li joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka KEE ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti konformi mal-mudell muri fl-Anness VI t’hawn.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mużuri xierqa sabiex ma jippermettux l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li għandhom approvazzjoni tat-tip tal-komponenti permezz ta’ l-Artikolu 1 u l-apparat l-ieħor.

Artikolu 3

1. l-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi li jitpoġġew fis-suq l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur f’dak li jirrigwardja l-kostruzzjoni kemm il-darba dawn ikollhom il-marka KEE ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti.

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi li jitqiegħdu fis-suq strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, li regolarment tinqas milli tkun konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda minħabba dana kollu, fejn jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, li mudell tiegħu jinsab fl-Anness I, komplut għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jappruvaw jew li inkella jirrifjutaw li jappruvaw.

Artikolu 5

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KEE jiskopri li numru ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur li għandhom l-istess marka KEE ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ma jkunux konformi mat-tip approvat, għandu jieħu il-miżuri meħtieġa sabiex il-mudelli tal-produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jistgħu jittieħdu, jekk meħtieġ, meta n-nuqqas li jikkonformaw jkun wieħed serju u konsistenti, li jestendu l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KEE. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’tali nuqqas li jkunu konformi.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KEE, u r-raġunijiet li jwasslu għal din il-miżura.

Artikolu 6

Kull deċiżjoni li tittieħed b’konsewgenza tad-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sabiex jirrifjutaw jew jirtiraw l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KEE għall-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi, jew li jiprojbixxu t-tqegħid jew użu tagħhom fis-suq, għandha b’mod dettaljat telenka r-raġunijiet li jkunu wasslu għal tali deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispozizzjoni tagħha permezz tal-liġijiet viġġenti fl-Istati Membri u biż-żminijiet permissibbli sabiex jeżerċitaw tali rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur għal raġuni li tirrigwardja l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jekk dawn ikollhom marka KEE ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u jekk il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur għal raġuni li tirrigwardja l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jekk dawn jkollhom marka KEE ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u jekk il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VIII ikunu ġew milħuqa.

Artikolu 9

Din id-Direttiva tapplika għal-tratturi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 74/150/KEE li għandhom dawn il-karatteristiċi:

- spazju sa ma l-art ta’ taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1000 mm,

- wisa ta’ pedati fiss jew varjabbli ta’ wieħed mill-fusien ta’ 1150 mm jew aktar,

- il-possibilità li jitqiegħed apparat ta’ ‘multipoint coupling’ għal għodda li jinqalgħu u ta’ ‘drawbar’,

- il-massa ta’ bejn 1.5 u 4.5 tunnellata, li li tkun taqbel mal-piz mhux mgħobbi tat-trattur, hekk kif definit fid-dettall 2.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 74/150/KEE, li tinkludi l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib imwaħħla b’konformità mad-Direttiva preżenti u t-‘tyres’ ta' l-ikbar daqs possibbli rrakkomandat mill-manifattur.

Artikolu 10

Fil-kuntest ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti kull trattur li dwaru jirreferi l-Artikolu 9, għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissodisfa il-ħtiġiet li stabbiliti fl-Annessi I, II, III and IV.

Artikolu 11

Kull tibdil meħtieġ biex jinbiddlu l-ħtiġiet ta’ l-Annessi ta’ din id-Direttiva sabiex jieħdu konsiderazzjoni tal-progress tekniku għandu jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 12

1. L-Istati Memebri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex jkunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinforma lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkun kkommunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 13

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

W.Rodgers

[1] ĠU C 76, 7.4.1975, p. 37.

[2] ĠU C 263, 17.11.1975, p. 58.

[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

Anness I: | Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti |

Anness II: | Kondizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u tat-twaħħil tagħha mat-trattur |

Anness III: | Proċedura ta’ l-ittestjar |

Anness IV: | Figuri |

Anness V: | Mudell tar-rapport tat-test |

Anness VI: | Marki |

Anness VII: | Mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti |

Anness VIII: | Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti |

Anness IX: | Anness maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għal tip ta’ trattur fir-rigward is-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib (kabina jew qafas tas-sigurtà) u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur |

--------------------------------------------------

ANNESS 1

KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TAL-KOMPONENTI

1. DEFINIZZJONI

1.1. Struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib (il-kabina tas-sigurtà jew il-qafas) tfisser l-istruttura fuq trattur li l-għan essenzjali tagħha huwa li tevita jew tnaqqas ir-riskji għas-sewwieq li jirriżultaw mit-tgerbib tat-trattur waqt l-użu normali.

1.2. L-istrutturi imsemmija fi 1.1 huma karatterizzati mill-fatt li, fil-każ ta’ tgerbib, dawn jassiguraw spazju bla xkiel fi ħdanhom li jkun kbir biżżejjed sabiex jipproteġi lis-sewwieq.

2. ĦTIĠIET ĠENERALI

2.1. Kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li tissodisfa l-għan essenzjali stabbilit fi 1.

2.2. Din il-ħtieġa għandha tkun ivverifikata minn wieħed jew żewġ metodi tat-testijiet deskritti fl-Anness III. Il-metodu magħżul għandu jikkonsidra t-toqol tat-trattur kif ġej hawn taħt:

- għal tratturi b’toqol speċifikat bl-Artikolu 9 – L-Anness III B,

- għal tratturi b’toqol ta’ aktar minn 1.5 tunnellata u mhux aktar minn 3.5 tunnellata - L-Anness III A.

3. APPLIKAZZJONI GĦAT-TIP APPROVAT TAL-KEE TAL-KOMPONENTI

3.1. L-applikazzjoni għat-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tat-trattur jew inkella mill-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib jew mir-rappreżentanti awtorizzati taghħom.

3.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti imsemmija hawn taħt, b’kull wieħed bi tlett kopji and bil-partikularitajiet li ġejjin:

- disinn ta’ l-arranġament ġenerali jew fi skala immarkata fid-disinn jew billi tagħti l-qisien ewlenija ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib. Dan id-disinn għandu b’mod partikulari juri d-dettalji tal-komponenti ta’ l-immuntar,

- ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji ta’ l-immuntar,

- deskrizzjoni qasira ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tinkludi it-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji ta' l-immuntar fuq it-trattur u, meta meħtieġ, dettalji tal-kurazzata, mezzi ta’ l-aċċess u tal-ħarba, dettalji tal-utaja u l-fatturi biex jevitaw il-qlib kontinwu u d-dettalji tas-sħana u l-ventilazzjoni,

- dettalji tal-materjal użat fil-partijiet strutturali li jinkludi l-meżżi tat-twaħħil u l-boltijiet tat-twaħħil (ara l-Anness V)

3.3. Trattur rappreżentattiv tat-tip ta’ trattur li l-istruttura tal-protezzjoni għandha tkun appruvata trid tkun ippreżentata lis-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jkun mgħammar bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

3.4. Dak li jkollu l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti jista’ jitlob estensjoni għat-tipi l-oħra ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KEE tal-komponenti għandha tagħti estensjoni jekk l-istruttura appruvata ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-tipi ta’tratturi li għalihom l-estensjoni hija mitluba huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-piż tat-trattur mingħajr saborra, hekk kif definit fil 1.3. ta’ l-Anness II, ma jeċċedix b’aktar minn 5% il-piż tar-referenza tal-massa użat fit-test,

- il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li magħhom isir it-twaħħil huma identiċi,

- xi komponenti bħal ma huma mudguards, u bonnet cowls li jistgħu jipprovdu sostenn għall-apparat tar-protezzjoni kontra l-qlib huma identiċi,

- il-posizzjoni tas-sedil ma tkun inbidlet.

4. MARKI

4.1. Kull struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li hija konformi mat-tip approvat għandha jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1. L-isem jew it-trademark;

4.1.2. il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti li tkun konformi mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3. in-number serjali ta' l-istruttura tal-protezzjoni;

4.1.4. l-għamla u t-tip(i) tat-trattur(i) li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija intiża.

4.2. Dawn il-partikulari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3. Dawn il-marki għandhom jkunu viżibbli, li jinqraw u li ma jitħassrux.

--------------------------------------------------

ANNESS II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-ITTESTJAR TAS-SAĦĦA TA’ L-ISTRUTTURA TA' PROTEZZJONI KONTRA L-QLIB U TAT-TWAĦĦIL TAGĦHA MAT-TRATTUR

1. ĦTIĠIET ĠENERALI

1.1. Għanijiet tat-testijiet

Testijiet magħmula bl-użu ta’ strumenti speċjali huma intiżi sabiex jissimulaw dawk it-tgħabijiet imposti fuq l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta t-trattur jinqaleb. Dawn it-testijiet, deskritti fl-Anness III, għandhom jippermettu li s-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u s-saljaturi tat-twaħħil mat-trattur ikunu studjati.

1.2. Tħejjija għat-test

1.2.1. L-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib għandha tkun ittestjata fuq trattur tat-tip li għalih tkun ġiet iddisinjata. Għandha tiġi imwaħħla mat-trattur skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-trattur u/jew dawk tal-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

1.2.2. Għat-testijiet it-trattur għandu jkun mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tas-serje tal-produzzjoni li jistgħu jinfluwenzaw is-saħħa ta' l-istruttura tar-protezzjoni kontra l-qlib jew li jistgħu jkunu meħtieġa għat-test tas-saħħa.

Il-komponenti li jistgħu joħolqu periklu fiż-żona ta’ tisfija għandhom jiġu imwaħħla wkoll sabiex jiġu eżaminati fir-rigward ta’ jekk ikunux konformi mal-ħtiġiet ta’ 4.1 ta’ dan l-Anness.

1.2.3. It-testijiet għandhom iseħħu bit-trattur wieqaf.

1.3. Piż tat-trattur

Il-massa W imkejjla kif użata fil-formuli (ara l-Anness III A u III B) biex ikun ikkalkulat l-għoli tal-waqgħa tal-piż tal-pendlu u l-forza tat-tgħaffiġ, għandha tkun mill-anqas dik definita fi 2.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 74/150/KEE (i.e., bl-esklużjoni tal-aċċessorji voluntarji imma inklużi l-likwidu li jkessħu, ż-żjut, il-karburanti, l-attrezzar imwaħħal, it-tagħmir imwaħħal u x-xufier) flimkien ma l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u mnaqqas bi 75 kg. Mhux inklużi huma l-oġġetti voluntarji, s-saborra ta’ quddiem jew ta’ wara, is-saborra tat-tyres, l-attrezzar imwaħħal, it-tagħmir imwaħħal jew xi komponenti speċjalizzati.

2. TAGĦMIR U APPARAT

2.1. Il-piż tal-pendlu

2.1.1. Il-piż tal-pendlu għandu jkun sospiż b’żewġ ktejjen jew ħbula tal-ħadid minn punti tal-pern mhux anqas minn 6m ‘l fuq mill-art. Mezzi għandhom jiġu provduti għall-aġġustament indipendenti ta’ l-għoli tal-piż sospiz u ta’ l-angolu bejn il-piz u il-ktajjen jew il-ħbula li qegħdin iżommuh.

2.1.2. Il-piż għandu jkun ta’ 2000 ± 20 kg imma eskluż il-piż tal-ktajjn jew tal-ħbula li huma nfushom ma għandhomx ikunu iktar minn 100kg. It-tul tal-ġnub tan-naħa ta’ l-impatt għandu jkun 680 ± 20 mm (ara l-Anness IV, fig.4) Il-piż għandu jkun mimli b’tali mod li l-pożizzjoni fiċ-ċentru tal-gravità tkun kostanti.

2.1.3. Mezzi għandhom jiġu provduti għall-ġbid lura tal-piż bħal pendlu sa għoli li jkun iddeterminat għal kull test. Mekkaniżmu ta’ rilaxx bil-ħeffa għandu jippermetti li l-piż jitbandal ‘l isfel mingħajr ma jbiddel il-miel b’relazzjoni mal-ktejjen u l-ħbula li jżommuh

2.2. Sostenn tal-pendlu

Il-ponot tal-pern tal-pendulu għandhom jiġi imqiegħed b’mod riġidu hekk li ċ-ċaqlieq f’kull direzzjoni ma jeċċedix 1% ta’ l-għoli tal-waqgħa.

2.3. Irbit

2.3.1. It-trattur għandu jkun marbut permezz ta’ apparat li permezz tiegħu jiġi miżmum jew ristrett b’tali mod li jżommu il-linji ta’ l-art li jkunu mwaħħla riġidi ma’ bażi tal-konkritt tali li ma jċedix. Il-linji għandhom jitqiegħdu spazzjati sabiex jippermettu li t-trattur jiġi mizmum hekk kif muri fl-Anness IV, il-fig. 5, 6 u 7. Għal kull test ir-roti tat-trattur u kull planċier tal-fus użat għandu jistrieħ fuq bażi li ma ċċedix.

2.3.2. Apparti mill-apparat ta’ tensjoni u l-irbit tal-linji ta’ l-art it-trattur għandu jiġi marbut b’ħabel tal-ħadid tad-dimensjonijiet speċifikati.

Il-ħabel tal-ħadid għandu jkun ta’ kwalunkwe tip ta’ fili tondi, bil-ġewwieni tal-fibra, kostruzzjoni 6 x 19 skond ISO 2408. Id-dijametru nominali tal-ħabel għandu jkun ta’ 13mm.

2.3.3. Il-pern tan-nofs ta’ trattur artikulat għandu jiġi miżmum u imwaħħal kif meħtieġ għall-impatti ta’ quddiem, ta’ wara, u tal-ġenb u għall-testijiet tat-tgħaffiġ u għandu, aktar minn hekk, jiġi mirfud mill-ġenb għall-impatti tal-ġenb. Ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara ma jeħtiġux li għandhomx li jkun bi dritt xulxin jekk dan ikun aktar konvenjenti sabiex jitwaħħlu il-ħbula tal-ħadid.

2.4. Riffieda u seratizz tar-rota

2.4.1. Travu għandu jintuża bħala riffieda għar-rota fil-ġemb ta’ l-impact kif muri fl-Anness IV, il-fig. 7.

2.4.2. Travu ta’ injma artab ta’ madwar 150 mm kwadri għandu jitwaħħal ma' l-art sabiex jgħaqqad it-tyres man-naħa opposta ta’ l-impatt kif jidher fl-Anness IV, il-fig. 5, 6 u 7.

2.5. Ir-riffieda u r-rabbata għat-tratturi artikulati

2.5.1. Ir-riffieda u r-rabbata addizjonali għandhom jintużaw għat-tratturi artikulati. L-għan ta’ dawn huwa sabiex jassiguraw li s-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib hija mwaħħla tkun riġida daqs dak tat-trattur riġidu.

2.5.2. Dettajli speċifiċi addizzjonali jinsabu fl-Anness III fir-rigward tat-testijiet ta’ l-impatt u tat-tgħaffiġ.

2.6. Crushing rig

Parank kif muri fl-Anness IV, il-fig. 8, għandu jkun kapaċi li jeżerċita forza ‘l-isfel fuq l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib minn tarvu riġidu ta’ approsimament 250 mm wiegħsa imwaħħal ma mekkeniżmu ta’ l-applikar tat-tgħabija permezz ta’ minċotti universali. Pjanċieri xierqa tal-fus għandhom ikunu pprovduti sabiex it-tyres tat-trattur ma jsoffrux il-forza tat-tgħaffiġ.

2.7. Apparat tal-kejl

2.7.1. Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III A u III B, għandu jintuża apparat li fuqu ikun imqiegħed isikkat fuq arblu orizzontali għall-iskop li jkejjel id-differenza bejn id-diflezzjoni massima momentarja u d-diflezzjoni residwa waqt it-test ta’ l-impatt tal-ġemb.

2.7.2. Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III A, il-kejl għandu jsir wara t-testijiet tal-laboratorju sabiex jidetterminaw liema parti ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni tkun daħħlet fiż-żona ta’ spazju preskritta fi 2 ta’ l-Anness III A

2.7.3. Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness IIIB, apparat għandu jkun ipprovdut – li jista jinkludi tagħmir fotografiku – sabiex wara li jsiru it-testijiet tal-laboratorji jkun stabbilit liema parti ta' l-istruttura tal-protezzjoni, matul dawn it-testijiet, tkun daħħlet jew kienet f’kuntatt maż-żona ta’ spazju preskritta fi 2 ta’ l-Anness III B.

2.8. Tolleranzi tal-kejl

It-tolleranzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-kejl magħmul matul it-testijiet:

2.8.1. Qisien lineari imkejjla matul it-test (bl-eċċezzjoni ta’ 2.8.2); struttura ta’protezzjoni u qisien tat-trattur, żona ta’ spazju tad-diflezzjonijiet tat-tyre meta meta marbut għat-test ta’ l-impact: ± 3 mm;

2.8.2. għoli tal-piż tal-pendlu issetjat għat-test ta’ l-impact: ± 6 mm;

2.8.3. il-piż imkejjel tat-trattur: ± 20 kg;

2.8.4. il-piż applikat matul it-testijiet tat-tgħaffiġ: ± 2 %

2.8.5. l-angolu tal-ktajjen jew tal-ħbula tal-ħadid użati bħala sostenn fil-punt ta’ l-impatt: ± 2º.

3. TESTIJIET

3.1. Ħtiġiet Ġenerali

3.1.1. Sekwenza tat-testijiet

3.1.1.1. Il-lista u sekwenza tat-testijiet għandha tkun kif ġej. In-numri tad-dettalji huma dawk tat-testijiet kif deskritti fl-Anness III A u III B:

1. impatt minn wara | 1.1, |

2. test tat-tgħaffiġ fuq wara | 1.4, |

3. impatt minn quddiem | 1.2, |

4. impatt mill-ġenb | 1.3, |

5. test tat-tgħaffiġ fuq quddiem | 1.5. |

3.1.1.2. Jekk, matul it-test, xi parti tal-apparat ta’ l-irbit tiċċaqlaq jew tinkiser, it-test għandu jkun irrepetut.

3.1.1.3. L-ebda tiswija jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib m’għandhom isiru matul it-test.

3.1.1.4. Il-gear-box tat-trattur għandha tkun fin-newtral u l-brejkijiet miftuħa matul it-test kollu.

3.1.2. Wesgħa tas-sarbut

Il-wesgħa tas-sarbut issetjat għat-tyres ta’ wara għandu jintagħżel hekk li kemm jista jkun possibbli l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx sostnuta bit-tyres matul it-testijiet.

3.1.3. Tneħħija ta’ komponenti li ma joħolqux ħsara

il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li, bħala unitajiet sħaħ, jikkostitwixxu protezzjoni għax-xufier – inkluż protezzjoni mit-temp - għandhom ikunu fornuti mat-trattur li għandu jkun ittestjat. Huwa permissibbli li jitneħħew it-twieqi ta’ ħġieġ tas-sigurtà ta’ quddiem, tal-ġnub u ta’ wara jew xi materjal simili u kull panew li jista’ jitneħħa, tagħmir u aċċessorji li ma għandhom l-ebda funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistgħux joħolqu hsara fil-każ ta’ tgerbib.

3.1.4. Direzzjoni ta' l-impatti

In-naħa tat-trattur li tirċievi l-impatt tal-ġenb għandha tkun dik li l-aktarx li toħloq l-akbar tgħawwiġ L-impatt ta’ wara għandu jkun fuq il-kantuniera l-aktar il-bogħod mill-impatt tal-ġenb; u l-impatt ta’ quddiem, il-kantuniera l-aktar qrib għall-impatt tal-ġenb.

3.1.5. Pressjoni tat-tyres u t-trattib

It-tyres ma għandhomx ikunu bl-ilma bħala saborra. Il-pressjoni u t-trattib f’dawk it-tyres li huma marbuta fid-diversi testijiet għandhom ikun skond it-tabella li ġejja:

| tyrePressjoni tat- (bar) | Trattib (m m) |

tyresRadial-ply | Diagonal-Ply Tires | Quddiem | Wara |

Quddiem | Wara | Quddiem | Wara |

Sistema ta’ l-ingranaġġ fuq l-erba roti, roti ta’ quddiem u ta’ wara ta’ l-istess daqs | 1.20 | 1.20 | 1.00 | 1.00 | 25 | 25 |

Sistema ta’ l-ingranaġġ fuq l-erba roti, roti ta’ quddiem iżgħar minn ta’ wara | 1.80 | 1.20 | 1.50 | 1.00 | 20 | 25 |

Sistema ta’ l-ingranaġġ fuq żewġ roti | 2.40 | 1.20 | 2.00 | 1.00 | 15 | 25 |

4. INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

4.1. Struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ippreżentata għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għandha tkun meqjusa bħala li tissodisfa il-ħtiġiet dwar is-saħħa meta tissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

4.1.1. tkun ħielsa minn qsim u tixqieq kif deskritti fi 3.1 ta’ l-Anness III A u IIIB;

4.1.2. għal testijiet ta’ l-Anness III A: l-ebda parti taz-żona ta’ l-ispazji ma tkun il-barra mill-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib;

għal testijiet ta’ l-Anness III B: l-ebda parti miz-żona ta’ l-ispazji ma’tkun iddaħħlet fl-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib waqt l-impatt jew it-testijiet ta’ l-impatt jew hija ‘l-barra mill-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib, kif deskritta fi 3.2 ta’ l-Anness III B;

4.1.3. għal testijiet ta’ l-Anness III A: id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja masima u d-diflezzjoni residwa, riferita fi 3.3. ta’ l-Anness III A ma teċċedix il-15 cm;

għal testijiet ta’ l-Anness III B: matul it-test ta’ l-impatt fuq il-ġemb id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja masima u d-diflezzjoni residwa, riferita fi 3.3. ta’ l-Anness III B ma teċċedix il-25 cm.

4.2. M’hemm l-ebda fattur ieħor li jippreżenta periklu partikulari lis-sewwieq e.g. ħġieġ ta’ tip li abbli li jixxaqqa b’mod perikoluż, kuxxinar insuffiċjenti fis-saqaf jew inkella fejn ras is-sewwieq tista’ taħbat.

5. RAPPORT TAT-TEST

5.1. Ir-rapport tat-test għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponent riferit fl-Anness VII. Il-prezentazzjoni ta’ dan ir-rapport għandha tkun kif murija fl-Anness V. Ir-rapport għandu jinkludi:

5.1.1. deskrizzjoni ġenerali ta’ l-għamla u l-kostruzzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib inklużi l-materjali u t-tagħmir; il-qisien esterni tat-trattur bl-istruttura ta’ protezzjoni armata, iil-qisien interni ewlenin, l-ispazju minimu mill-isteering wheel, id-distanza laterali mill-isteering wheel sal-ġnub ta' l-istruttura tal-protezzjoni, l-għoli tas-saqaf ta' l-istruttura tl-protezzjoni fuq is-sedil jew il-punt tar-referenza tas-sedil u fuq il-pjanċier tas-saqajn jekk ikun hemm, dettalji tal-provvedimenti dwar id-dħul u l-ħruġ normali u għal-ħrib kif determinat mill-partijiet ta' l-istruttura tal-protezzjoni; u d-dettalji tas-sħanat u, meta meħtieġ, is-sistema’ tal-ventilazzjoni;

5.1.2. dettalji ta’ xi fatturi speċjali bħal ma hu l-apparat li jipprevjeni t-tgerbib kontinwu tat-trattur,

5.1.3. deskrizzjoni qasira tal-kuxxinar intern intiż li jimminimiza il-grif fir-ras u l-ispalla u jew inkella l-effett li jnaqqas il-ħoss;

5.1.4. stqarrija dwar it-tip ta’ windscreen u l-ħġieġ imwaħħal.

5.2. Ir-rapport għandu jidentifika b’mod ċar it-tip ta’ trattur (għamla, tip, deskrizzjoni kummerċjali, eċċ.) użat għall-ittestjar u t-tipi li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija intiża għalieh.

5.3. Jekk it-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti hija estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE oriġinali tal-komponenti kif ukoll l-indikazzjonijiet preċiżi dwar il-ħtiġiet stabbiliti fi 3.4 ta’ l-Anness I.

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURA TA’ L-ITTESTJAR

A - METODU TAT-TEST I

1. TESTIJIET TA' L-IMPATT U T-TGĦAFFIĠ

1.1. Impatt fuq wara

1.1.1. It-trattur għandu jitqiegħed b’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ ta’ l-impatt u l-katini tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta 20º għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt għandha, matul id-diflezzjoni, angolu akbar għall-vertikali. F’dan il-każ li l-wiċċ ta' l-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta’ l-impatt fil-mument tad-diflezzjoni masima, il-katini ta’ sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20º mal-vertikali. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt ta’ l-impatt għandu jkun dik il-parti ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat ma' l-art l-ewwel f’inċident meta ssir qalba b’lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż għandu jkun wieħed minn sitta tal-wesgħa tal-quċċata ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ‘il ġewwa mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremitaà ta’ barra ta’ l-għoli ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ wara ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn ta’ ġewwa tal-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja karatabum mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

Jekk parti maħruġha tippreżenta żona inadekwata għall-għoli, il-pjanċa ta’ l-azzar ta’ ħxuna xierqa u fond u xi 300 mm tul għandha tkun imwaħħla ma’ dik il-parti b’tali mod li s-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx affetwata.

1.1.2. Il-qafas riġidu ta’ tratturi għandu jkun marbut sewwa. Il-punti ta’ l-irbit tal-ħbula għandhom ikunu madwar 2m wara il-fus ta’ wara u 1.5 m il-quddiem tal-fus ta’ quddiem. Għandhom ikunu jew fil-pjan li fih iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu jkun jitbandal jew aktar minn irbit wieħed għandu jgħati forza riżulatanti f’dan il-pjan, kif insibu fl-Anness IV, il-fig. 5.

L-irbit għandu jkun issikati sabiex it-trattib fit-tyres ta’ quddiem u ta’ wara jkunu hekk kif indikati fi 3.1.5 ta’ l-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkati, seratizz ta' l-injam 150 mm kwadru għandu jkun imqabbad quddiem ir-roti ta’ wara u ssikkatt ferm magħhom.

1.1.3. Tratturi artikulati għandhom jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib hija aramata għandha tkun meqjusa bħala l-fus ta’ wara fl-Anness IV, il-fig. 5.5. Il-punt tad-dawrien għandu jkun sostnutt minn seratizz ta’ madwar 100 mm kwadru u għandu jkun marbut sod permezz ta’ ħbula tal-ħadid imwaħħla mal-linji ta’ l-art.

1.1.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq dak tal-punt ta’ l-impatt, huwa mogħti bil-formula:

meta H hija l-għoli tal-waqgħa f’millimetri u W hija l-massa tat-trattur kif definita fi 1.3. ta’ l-Anness II.

Il-piż għandu imbagħad jintelaq u mħolli li jikkraxxja kontra l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

1.2. Impatt fuq quddiem

1.2.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ ta' l-impatt tal-piż u l-katina ta’ rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta' 20º għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta’ kuntatt għandha, matul id-diflezzjoni, angolu akbar għall-vertikali. F’ dan il-każ li l-wiċċ ta' l-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta' l-impatt fil-mument tad-diflezzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 º mal-vertikali. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt ta' l-impatt għandu jkun dik il-parti ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat laġenba ma' l-art meta tkun qed tivvjaġġa ‘il quddiem, normalment tax-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż ma għandux jkun aktar minn 80 mm mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tas-saqaf ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ quddiem ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn 80mm il-ġewwa minn dan il-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja kartabun mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

1.2.2. Trattur b’qafas riġidu għandu jkun marbut hekk kif indikat fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punti tat-twaħħlil ta’ l-irbit għandhom ikunu approssimament 2 m wara il-fus ta’ wara u 1 75 m il-quddiem tal-fus ta’ quddiem.

L-irbit għandu jkun issikati sabiex it-trattib fit-tyres ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fi 3.1.5 ta’ l-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkati, seratizz ta' l-injam 150mm kwadru għandu jkun imqabbad wara r-roti ta’ wara u ssikkat magħhom.

1.2.3. Tratturi artikulati għandhom jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib hija aramata għandha tiġi trattata bħall-fus ta’ quddiem fl-Anness IV, il-fig. 5.5. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnutt minn seratizz ta’ madwar 100 mm kwadru u jkun marbut sod permezz ta’ ħbula tal-ħadid imwaħħla mal-linji ta’ l-art.

1.2.4. Il-piż għandu jinġibed lura hekk li l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt ta’ l-impatt ikun kif mogħti permezz tal-formula:

1.3. Impatt fil-ġenb

1.3.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż b’tali mod li l-piż jolqot l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ ta' l-impatt tal-piż u l-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid huma vertikali sakemm l-istruttura tal-protezzjoni fil-punt tal-kuntatt hija, matul id-diflezzjoni, l-barra milli vertikali. F’dan il-każ li l-wiċċ ta' l-impatt tal-piż għandu jkun aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta' l-impatt fil-mument tad-diflezzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu vertikali. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt ta’ l-impatt għandu jkun dik il-parti ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat l-ewwel ma' l-art f’inċident tat-tgerbib, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm ma jkunx ċert li l-parti l-oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt ta’ l-impatt għandu jkun fil-pjan kartabun mal-pjan medjan tat-trattur u jgħaddi min-nofs is-sedil fin-nofs ta’ l-aġġustament. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt.

1.3.2. Għal tratturi riġidi, kull fus li l-pożizzjoni tiegħu hija riġida relattiva għall-istruttura tal-protezzjoni għandu jkun marbut man-naħa li miegħu l-impatt sejjer ikun amministrat. Fil-każ ta’ trattur b’ingranaġġ ta’ żewġ roti dan normalment ikun il-fus ta’ wara; dan l-arranġament jidher fl-Anness IV, il-fig. 7. Iż-żewġ tirbit għandhom jgħaddu minn fuq il-fus mill-punti direttament taħtu, wieħed jgħaddi mill-punt 1.5 m il-quddiem tal-pern u l-ieħor minn punt approssimament 1.5 m wara il-pern. L-irbit għandhom jiġu issikati sabiex ikun hemm devjazzjoni fit-tyres li jmissu mal-irbit huma kif indikati fi 3.1.5 ta’ l-Anness II. Wara l-irbit, seratizz ta’ l-injam għandu jitpoġġa bħala riffieda kontra r-rota faċċata tal-piż u sod ma' l-art b’tali mod li jkun imqiegħed strettament max-xifer tar-rota matul l-impatt kif muri fl-Anness IV, il-fig 7. It-tul tas-seratizz għandu jintagħżel b’tali mod li meta jkun f’pożizzjoni kontra r-rota ikun f’angolu ta 30 ± 3º mal-orizzontali. It-tul tiegħu għandu jkun 20 sa 25 darba il-ħxuna tiegħu u wiegħsa darbtejn jew tlieta il-wesgħa tiegħu. Iż-żewġ fusien m’għandhom ikunu ppreventuti milli jiċċaqalqu laġenba permezz ta’ seratizz imwaħħal ma' l-art kontra l-parti ta’ barra tar-rota fin-naħa opposta ma’ dik li magħha l-impatt huwa amministrat.

1.3.3. Trattur artikulat għandu jkun marbut sewwa sabiex dik is-sezzjoni tat-trattur li jkun fiha l-istruttura tal-protezzjoni tkun imwaħħla riġidament ma' l-art bħal fil-każ ta’ trattur mhux artikulat.

Iż-żewġ fusien ta’ tratturi artikulati għandhom jintrabtu ma' l-art. Il-fus u r-roti tas-sezzjoni tat-trattur li fuqhom l-istruttura tal-protezzjoni hija armata għandha titwaħħal u tkun mirfuda bħal fl-Anness IV, il-fig. 7. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ mill-anqas 100 mm kwadru u marbut mal-linji ta’ l-art. Riffieda għandha tkun imqiegħda kontra il-punt tad-dawrien u marbuta ma' l-art b’tali mod li jkollha l-istess effett ta’ riffieda mar-rota ta’ wara u tipprovdi sostenn simili għal dak milħuq minn trattur riġidu.

1.3.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt ta’ l-impatt ikun kif mogħti permezz tal-formula:

1.4. It-tgħaffiġ fuq wara

It-trattur għandu jkun imqiegħed fuq il-parank hekk kif deskritt fi 2.6 ta’ l-Anness II u muri fl-Anness IV, il-fig. 8 u 10, b’tali mod li t-tarf ta’ wara tas-seratizz huwa fuq l-aktar parti ta’ wara ta’ l-istruttura tal-protezzjoni li ġġorr il-piż tal-pjan tal-median longitudinali tat-trattur tkun fin-nofs bejn il-punti ta’ l-applikazzjoni tal-forza mas-seratizz.

It-travetti tal-fusien għandhom jitqiegħdu taħt il-fusien b’tali mod li t-tyres ma jaqilgħux il-forza tat-tgħaffiġ. Il-forza applikata għandha tikkorispondi mad-doppju tal-massa tat-trattur hekk kif definit fi 1.3 ta’ l-Anness II. Jista’ jkun meħtieġ li jkun marbut il-quddiem tat-trattur.

1.5. Tgħaffiġ ma quddiem

1.5.1. Dan għandu jkun identiku għat-test tat-tgħaffiġ ma’ ta’ wara bl-eċċezzjoni li it-tarf ta’ quddiem tas-seratizz għandu jkun fil-parti l-aktar fuq quddiem ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

1.5.2. Meta l-parti ta’ quddiem tas-saqaf ta' l-istruttura tal-protezzjoni ma ssostnix il-il-forza kollha tat-tgħaffiġ, il-forza li għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf isoffri devjazzjoni li tkun mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma’ dik ta’ quddiem tat-trattur kapaċi li ssostni l-massa tat-trattur meta jinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa u t-trattur imqiegħed mill-ġdid b’tali mod li is-seratizz huwa fuq dak il-punt ta' l-istruttura tal-protezzjoni li jista imbagħad isostni ‘il wara tat-trattur meta jinqaleb kompletamant, kif muri fl-Anness IV, il-fig. 10, u l-forza kollha tkun applikata mill-ġdid.

2. ŻONA TA’ SPAZJU

2.1. Iz-"żona ta’ spazju" hija definita mill-pjani kif ġej, bit-trattur jkun fuq wiċċ orizzontali:

- orizzontali, 95 cm mis-sedil ikkompressat;

- vertikali, perpendikulari mal-pjan medjan tat-trattur u 10 cm wara d-dahar tas-sedil;

- vertikali, parallel mal-pjan medjan tat-trattur u 25 cm lejn ix-xellug taċ-ċentru tas-sedil;

- vertikali, parallel mal-pjan medjan tat-trattur u 25 cm lejn il-lemin taċ-ċentru tas-sedil;

- pjan inklinat li fih ikun hemm il-linja orizzontali f’kartabun mal-pjan medjan tat-trattur, 95 cm fuq is-sedil ikkompressat u 45cm (biż-żieda tal-forza normali u wara ċaqlieq tas-sedil ) lejn il-quddiem tad-dhar tas-sedil. Dan il-pjan inklimat jgħaddi minn quddiem l-isteering wheel u l-eqreb punt ikun ta’ 4cm tar-rim ta' l-isteering wheel.

2.2. Id-dahar tas-sedil għandu jkun iddeterminat billi jkun injorat il-kuxxinar tiegħu. Is-sedil għandu jkun fil-parti l-aktar lura ta’ l-adjustment tiegħu għal operazzjoni bil-qiegħda normali tat-trattur u fil-pożizzjoni l-aktar għolja jekk din tkun independentement varjabbli. Meta s-suspenzjoni tas-sedil tista tkun aġġustata din għandha tkun fil-pożizzjoni medja u l-piż fuqu jkun ta' 75 kg.

3. KEJL LI GĦANDU JSIR

3.1. Fratturi u qsim

Għal kull test il-membri strutturali, il-ġonot u s-saljaturi tat-twaħħil kollha fuq it-trattur għandhom ikunu eżaminati b’mod viziv għal fratturi u qsim, xi qasma żgħira f’partijiet mhux importanti tiġi injorata.

3.2. Zona ta’ spazju

3.2.1. Wara kull test l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib għandha tiġi ezaminata biex tara jekk xi parti mill-istruttura tal-protezzjoni tkunx daħlet fiz-żona ta’ spazju madwar is-sedil tas-sewqa hekk kif definit fi 2.

3.2.2. B’żieda ma dan, l-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi ezaminata sabiex tiddetermina jekk xi parti miż-żona ta’ spazju tkunx il-barra mill-protezzjoni ta' l-istruttura tal-protezzjoni. Għal din ir-raġuni għandha tiġi kunsidrata bħala barra miż-żona ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun għamlet kuntatt ma art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ikun ġie l-impatt. Għal din ir-raġuni l-issettjar tat-tyre u tas-sarbut għandu jkun meqjus bħala l-iżgħar indikat mill-manifattur.

3.3. Devjazzjoni momentarja massima

Matul it-test ta’ l-impatt mal-ġemb id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-deflezzjoni residwa f’għoli ta 950 mm il-fuq mis-sedil bil-piż għandha tkun irrekordjata. Parti mill-virga ndikata fi 2.7.1 ta’ l-Anness II għandha tkun imwaħħla mal-parti ta’ fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-tarf l-ieħor jgħaddi minn toqba fl-istandard vertikali. Il-pożizzjoni tal-friction collar fuq il-virga wara l-impatt jindika id-devjazzjoni momentarja massima.

3.4. Devjazzjoni permanenti

Wara t-test tal-kompressjoni finali id-devjazzjoni permanenti ta' l-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi rekordjata. Għal dan il-għan, qabel ma jibda t-test, il-pożizzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mas-sedil għandha tiġi rekordjata.

B — METODU TAT-TEST II

1. TESTIJIET TA’ L-IMPATT U TAT-TGĦAFFIĠ

1.1. Impatt fuq wara

1.1.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ ta' l-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta 20º għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt ikollha, matul id-devjazzjoni, angolu ikbar għal dak vertikali. Fil-każ li l-wiċċ ta' l-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta' l-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20º mal-vertikali. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt ta' l-impatt għandu jkun dik il-parti ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat ma' l-art l-ewwel f’inċident meta ssir qalba b’lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż għandu jkun wieħed minn sitta tal-wesgħa tal-wisa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ‘il ġewwa mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra ta’ l-għoli ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ wara ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn ta’ ġewwa tal-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali ma’ linja kartabun mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

Jekk membru mħarreġ il-barra jkun preżenti f’żona inadekwata għall-għoli, pjanċa ta’ l-azzar ta’ ħxuna xierqa u fond u xi 300 mm tul għandha tkun imwaħħla ma’ dak il-membru b’tali mod li s-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx affetwata.

1.1.2. Tratturi b’qafas riġidi għandhom jiġu marbuta sewwa. Il-punti ta’ l-irbit tal-ħbula għandhom jkunu madwar 2m wara il-fus ta’ wara u 1.5 m quddiem il-fus ta’ quddiem. M’għandhomx jkunu la fil-pjan li fih iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu jkun jitbandal jew aktar minn rabta waħda għandha tati forza riżultanti f’dan il-pjan, kif insibu fl-Anness IV, il-fig. 5.

L-irbit għandu jkun issikati sabiex id-debjazzjoni fit-tyres ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fi 3.1.5 ta’ l-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkati, seratizz ta' l-injam 150mm kwadru għandu jitwaħħal quddiem il-roti ta’ wara u ssikkat ħafna kontra tagħhom.

1.1.3. Tratturi artikulati għandhom jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqha l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib hija aramata għandha tiġi trattata bħala l-fus ta’ wara fl-Anness IV, il-fig. 5. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnutt minn seratizz 100mm kwadru u jiġi marbut sod ‘l isfel permezz ta’ ħbula tal-ħadid marbuta tal-linji ta’ l-art.

1.1.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt ta’ l-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 2,165 × 10

× WL

H = 5,73 x 10–2 x I

H = 5,73 × 10

× I

meta:

H = l-għoli ta’ waqgħa f’millimetri,

W = il-piż tat-trattur hekk kif definit fi 1.3 ta’ l-Anness II,

L = il-wheel base massimu tat-trattur f’millimetri,

I = il-momentum ta’ l-inertia tal-fus ta’ wara, bir-roti maqlugħin, f’kilogrammi għal kull metru kwadru (kg/m2).

Il-piż għandu imbagħad jintelaq u jitħalla li jikkraxxja kontra l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

1.1.5. M’għandu jkun hemm l-ebda impatt fuq wara fil-każ ta’trattur b’ta’ l-inqas 50% tal-piż, hekk kif definit minn 1.3. ta’ l-Anness II, jkun fuq il-fus ta’ quddiem.

1.2. Impatt fuq quddiem

1.2.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ ta' l-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20º għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt għandha, matul id-devjazzjoni, angolu ikbar għal dak vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ ta' l-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta' l-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 º mal-vertikali. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt ta’ l-impatt għandu jkun dik il-parti ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat laġenba ma' l-art meta tkun qed tivvjaġġa ‘il quddiem, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż ma għandux jkun aktar minn 80mm mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tas-saqaf ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ quddiem ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn 80mm il-ġewwa minn dan il-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja f’kartabun mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

1.2.2. Tratturi b’qafas riġidi għandhom ikunu marbuta hekk kif indikat fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punti ta’ l-irbit tal-ħbula għandhom ikunu approssimament 2m wara il-fus ta’ wara u 1.5m il-quddiem tal-fus ta’ quddiem.

L-irbit għandhom ikunu ssikati sabiex id-devjazzjoni fit-tyres ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fi 3.1.5 ta’ l-Anness II. Meta il-ħbula jiġu ssikkati, seratizz ta' l-injam 150mm kwadru għandu jitwaħħal wara ir-roti ta’ wara u ssikkat sewwa kontra tagħhom.

1.2.3. Tratturi artikulati għandhom jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqha l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib hija aramata għandha tiġi trattata bħala l-fus ta’ quddiem fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnutt minn seratizz ta’ madwar 100mm kwadru u jiġi marbut sod ‘l isfel permezz ta’ ħbula tal-ħadid marbuta mal-linji ta’ l-art.

1.2.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt ta’ l-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

1.3. Impatt mal-ġenb

1.3.1. It-trattur għandu jitqiegħed if’relazzjoni mal-piż b’tali mod li l-piż jolqot l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ ta' l-impatt tal-piż u l-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid huma vertikali sakemm l-istruttura tal-protezzjoni fil-punt tal-kuntatt hija, matul id-devjazzjoni, il-barra milli vertikali. Fil-każ li l-wiċċ ta' l-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta' l-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu vertikali. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru ta’l-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt ta’ l-impatt għandu jkun dik il-parti ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat ma' l-art l-ewwel f’inċident meta issir qalba leġenba, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm mhuwiex ċert li l-parti oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt ta’ l-impatt għandu jkun fil-pjan b’kartabun mal-pjan medjan tat-trattur u jgħaddi min-nofs is-sedil fin-nofs ta’ l-aġġustament. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt.

1.3.2. Għal tratturi riġidi, kull fus li l-pożizzjoni tiegħu hija riġida relattiva għall-istruttura tal-protezzjoni għandu jkun marbut man-naħa li miegħu l-impatt huwa amministrat. Fil-każ ta’ trattur b’ingranaġġ ta’ żewġ roti dan normalment ikun il-fus ta’ wara; dan l-arranġament jidher fl-Anness IV, il-fig. 7. Iż-żewġ irbit għandhom jgħaddu minn fuq il-fus minn punti direttament taħtu, wieħed jgħaddi mill-punt ta’ l-irbit approssimament 1.5m quddiem il-fus u ieħor minn punt madwar 1.5 m wara l-fus. L-irbit għandu jkun issikati sabiex id-devjazzjoni fit-tyres li jmissu mal-irbit ikunu hekk kif indikati fi 3.1.5 ta’ l-Anness II. Wara l-irbit, seratizz ta' l-injam għandu jitpoġġa bħala riffieda kontra r-rota faċċata tal-piż u sod ma' l-art b’tali mod li huwa imqiegħed strettament max-xifer tar-rota matul l-impatt kif muri f’Anness IV, fig 7. It-tul tas-seratizz għandu jintagħżel b’tali mod li meta f’pożizzjoni kontra r-rota huwa f’angolu ta 30 ± 3º mal-orizzontali. It-tul tiegħu għandu jkun 20 sa 25 darba il-ħxuna tiegħu u wiegħsa darbtejn jew tlieta il-wesgħa tiegħu. Iż-żewġ fusien m’għandhom ikunu pprevenuti milli jiċċaqalqu laġenba permezz ta’ seratizz imwaħħal ma' l-art kontra il-barra tar-rota fin-naħa opposta ma’ dik li magħha l-impatt huwa amministrat.

1.3.3. Trattur artikulat għandu jkun marbut sewwa sabiex is-sezzjoni tat-trattur li fiha l-istruttura tal-protezzjoni tkun imqiegħdha riġidament ma' l-art bħal fil-każ ta’ trattur mhux artikulat.

Iż-żewġ fusien ta’ tratturi artikulati għandhom jintrabtu ma' l-art. Il-fus u r-roti tas-sezzjoni tat-trattur li fuq l-istruttura tal-protezzjoni hija armata għandha tkun marbuta u mirfuda skond l-Anness IV, il-fig. 7. Il-punt ta’ l-artikulazzjoni għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ l-anqas 100mm kwadru u marbut mal-linji ta’ l-art. Riffieda għandha tiġi ppożizzjonata kontra il-punt ta’ l-artikulazzjoni u asigurata ma' l-art b’tali mod li għandha l-istess effett ta’ riffieda mar-rota ta’ wara u tipprovdi sostenn simili għal dak milħuq minn trattur riġidu.

1.3.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt ta’ l-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

1.4. Tgħaffiġ fuq wara

It-trattur għandu jiġi ppożizzjonat mal-parank hekk kif deskritt fi 2.6 ta’ l-Anness II u muri fl-Anness IV, il-fig. 8 u 10, b’tali mod li t-tarf ta’ wara tas-seratizz huwa fuq l-iktar parti ta’ wara ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li tkun terfa t-tgħabija tal-median tal-pjan longitudinali tat-trattur li hija fin-nofs bejn il-punti ta’ l-applikazzjoni tal-forza mas-seratizz.

L-irfid tal-fusien għandhom jitqiegħdu taħt il-fusien b’tali mod li t-tyres ma jaqilgħux il-forza tat-tgħaffiġ. Il-forza applikata għandha tikkorispondi mad-doppju tal-massa tat-trattur hekk kif definit fi 1.3 ta’ l-Anness II. Jista’ jkun meħtieġ li torbot il-quddiem tat-trattur.

1.5. Tgħaffiġ ma quddiem

1.5.1. Dan it-test għandu jkun identiku għat-test tat-tgħaffiġ ma’ ta’ wara bl-eċċezzjoni li t-tarf ta’ quddiem tas-seratizz għandu jkun fil-parti l-iktar fuq quddiem ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib.

1.5.2. Meta l-parti ta’ quddiem tas-saqaf ta’ l-istruttura tl-protezzjoni ma ssostnix il-forza kollha tat-tgħaffiġ, il-forza li għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf isoffri devjazzjoni li tikkoinċidi mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma’ dik ta’ quddiem tat-trattur kapaċi li ssostni l-massa tat-trattur meta jinqaleb. Il-forza għandha imbad titneħħa u t-trattur pożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li s-seratizz huwa fuq dak il-punt ta’ l-istruttura tal-protezzjoni li jista imbagħad jsostni ‘il wara tat-trattur meta jinqaleb kompletamant, kif muri fl-Anness IV, il-fig. 10, u l-forza kollha tkun applikata mill-ġdid.

2. ŻONA TA’ SPAZJU

2.1. Iż-żona ta' l-ispazju hija illustrata fl-Anness IV, il-fig. 3, u hija definita b’relazzjoni mal-pjan ta’ referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali mat-trattur u li jgħaddi minn punt ta’ referenza tas-sedil, deskritt fi 2.3, u ċ-ċentru ta' l-isteering wheel. Il-pjan ta’ referenza għandu jiġi meqjus li jersaq orizzontalment mas-sedil u l-isteeringwheel matul l-impatti iżda li jibqa’ perpendikulari ma' l-art tat-trattur jew ta' l-istruttutra tar-protezzjoni kontra l-qlib jekk hu armat b’mod reżiljenti.

Meta l-isteering wheel hija aġġustata, il-pożizzjoni tagħha għandha tkun dik normal tas-sewqan bil-qiegħda.

2.2. Ix-xifer taż-żona għandhom jittieħdu kif ġej:

2.2.1. il-pjani vertikali 250mm minn kull naħa tal-pjan ta’ referenza estiżi ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil għal 300mm;

2.2.2. il-pjani paralleli estiżi mit-tarf ta’ fuq tal-pjani 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900mm fuq il-punt tar-referenza tas-sedil u inklinat b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fuq il-ġenb ta’ fejn l-impact ikun milqut huwa tal-anqas 100 mm mill-pjan ta’ referenza;

2.2.3. pjan orizzontali ta’ 900mm ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.4. pjan inklinat perperndikulari mal-pjan ta’ referenza u li jinkludi 900mm direttament fuq il-punt tar-referenza tas-sedil u l-aktar punt lura mill-istruttura tas-sedil li jinkludi is-sospensjonijiet;

2.2.5. pjan vertikali perpendikulari mal-pjan ta’ referenza jestendi ‘l isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil;

2.2.6. wiċċ kurvi-lineari, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, b’raġġ ta’ 120 mm tanġenzjali mal-pjani 2.2.3. u 2.2.4;

2.2.7. wiċċ kurvi-leneari, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, li għandu raġġ ta’ 900 mm u jestendi ‘il quddiem għall 400 mm minn u tanġenzjali għall-pjan 2.2.3 fil-punt 150mm ‘il quddiem tal-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.8. pjan perpendikualri inklinat mal-pjan ta’ referenza, li jgħaqqad il-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40mm mal-isteering wheel. Fil-każ ta’ pożizzjoni għolja ta' l-isteering wheel dan il-pjan huwa mibdul ma’ pjan tanġenzjali mal-wiċċ 2.2.7;

2.2.9. pjan vertikali, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, 40 mm il-quddiem ta' l-isteering wheel;

2.2.10. pjan orizzontali mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.3. Il-lokazzjoni tas-sedil u l-punt tar-referenza tas-sedil

2.3.1. Għall-għan li jiddefinixxi ż-żona ta’ l-ispazju fi 2.1, is-sedil għandu jkun il-punt l-aktar lura minn kull medda orizzontali kif aġġustata. Għandu jkun issetjat fin-nofs tal-medda vertikal aġġustata fejn hemm aġġustament indipendenti mill-pożizzjoni orizzontali.

il-punt ta’ referenza għandu jkun stabbilit bl-użu ta’ l-apparat illustrat fl-Anness IV, il-fig. 1 u 2, sabiex jissimulaw tgħabija minn okkupant uman. L-apparat jikkonsisti minn sedil pan board u backrest boards. Il-backrest board ta’ taħt għandu jiġi imwaħħal fir-reġjun ta' l-ischium humps (A) u loin (B), l-irbit (B) jkun jista jiġi aġġustat għall-għoli.

2.3.2. Il-punt ta’ referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan orizzontali medjan tas-sedil fejn il-pjan tanġenzjali tal-backrest ta’ taħt u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Il-pjan orizzontali jgħaddi mill-wiċċ ta’ taħt tas-sedil pan board 150mm quddiem it-tanġent imsemmi hawn fuq.

2.3.3. Meta s-sospenzjoni tas-sedil huwa pprovdut bl-aġġustament għall-piż tax-xufier, dan għandu jiġi ssetjat sabiex is-sedil huwa fin-nofs tal-medda dinamika.

L-apparat għandu jiġi pożizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jiġi mgħobi b’forza ta’ 550 N fil-punt 50 mm quddiem ir-rabta (A), u ż-żewġ partijiet tal-backrest board għandhom jiġu ppressati bil-mod b’mod tanġenzjali kontra l-backrest.

2.3.4. Jekk mhux possiblli li jkunu ddeterminati tanġenti definiti għal kull żona tal-backrest (‘il fuq u ‘l-isfel mir-reġjun lumbari) dan li ġej għandu jsir:

2.3.4.1. meta l-ebda tangent definit għaż-żona t’isfel m’huwa possibli: il-parti t’isfel tal-backrest board hija ppressata kontra l-backrest b’mod vertikali;

2.3.4.2. meta l-ebda tangent definit għaż-żona ta’ fuq m’huwa possibli: l-irbit (B) huwa ffissat f’għoli ta’ 230 mm fuq il-punt ta’ referenza tas-sedil, jekk il-parti t’isfel tal-backrest board hija vertikali Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-backrest board huma ppressati bil-mod kontra l-backrest b’mod tanġenzjali.

3. KEJL LI GĦANDU JSIR

3.1. Fratturi u qsim

Wara kull test il-membri strutturali kollha, l-irbit u s-saljaturi ta' l-irbit fuq it-trattur għandhom ikunu eżaminati b’mod viziv għal fratturi u qsim, kull qasma żgħira f’partijiet mhux importanti tiġi injorata.

3.2. Żona ta’ spazju

3.2.1. Waqt kull test l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib għandha tiġi ezaminata biex tara jekk xi parti mill-istruttura ta’l-protezzjoni tkunx daħlet fiż-żona ta' l-ispazju madwar is-sedil tas-sewqa hekk kif definit fi 2.1 u 2.2.

3.2.2. B’żieda, l-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi ezaminata sabiex tiddetermina jekk xi parti miż-żona ta' l-ispazju hijiex barra mill-protezzjoni ta' l-istruttura tal-protezzjoni. Għal din ir-raġuni għandha tiġi kunsidrata bħala barra miż-żona tal-protezzjoni jekk xi parti minnha tkun għamlet kuntatt ma' l-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ġie l-impatt. Għal din ir-raġuni is-settjar tat-tyre u tas-sarbut għandu jkun meqjus bħala l-iżgħar indikat mill-manifattur.

3.3. Devjazzjoni momentarja massima

Matul it-test ta’ l-impact tal-ġemb, id-differenza bejn id-devjazzjoni momentarja massima u d-devjazzjoni residwa f’għoli ta’ 900 mm fuq u 150mm ‘il quddiem mill-punt ta’ referena tas-sedil għandu jiġi rrekordjat. Wieħed mit-truf ta’ l-arblu indikat fi 2.7.1 tal-Anness II għandu jitwaħħal mal-parti ta’ fuq ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u it-tarf l-ieħor jgħaddi minn toqba fl-istandard vertikali. Il-pożizzjoni tal-friction collar fuq l-arblu wara l-impatt jindika id-devjazzjoni momentarja massima.

3.4. Devjazzjoni permanenti

Wara t-test tal-kompressjoni finali id-devjazzjoni permanenti ta' l-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi rrekordjata. Għal dan l-iskop, qabel ma jibda t-test, il-pożizzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mar-referenza tas-sedil għandha tiġi rrekordjata.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

FIGURI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

MARKI

Il-marka tat-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għandha tikkonsisti minn rettanglu madwar l-ittra żgħira "e", u warajha numru jew ittra(i) jew numru distintiv ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

1 Għall-Ġermanja,

2 Għal Franza,

3 Għall-Italja,

4 Għall-Olanda

6 Għall-Belġju,

11 Għall-Gran Brittanja,

13 Għal-Lussemburgu,

DK Għad-Danimarka

IRL Għall-Irlanda.

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti li jaqbel man-numru maħruġ fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti maħruġ fir-rigward tas-saħħa tat-tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur.

+++++ TIFF +++++

L-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li fiha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti murija hawn fuq hija struttura li għaliha l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-kompoenenti ingħatat fil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 1471.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE TAL-KOMPONENTI

1. L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti ta’ trattur, fir-rigward tas-saħħa tar-protezzjoni kontra l-qlib u s-saħħa tat-twaħħil mat-trattur għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2. Rappreżentant tat-tip ta’ trattur li għandu jiġi approvat, li fuqu l-istruttura tal-protezzjoni u t-twaħħil taghħa, approvat, u armat, għandha tiġi ppreżentata lis-servizzi tekniċi li jagħmlu testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3. Is-servizz tekniku responsabbli sabiex jagħmel testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jivverifika jekk it-tip approvat ta' l-istruttura tal-protezzjoni hijiex intiża sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur fuq liema l-approvazzjoni tat-tip hija mitluba. B’mod partikulari, għandu jiġi aċċertat li t-twaħħil ta' l-istruttura tal-protezzjoni jikkorispondi ma’ dak li ġie ittestjat meta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti jkun ingħata.

4. Il-possessur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti jista’ jitlob għall-estensjoni tagħha għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dik l-extension bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.1. it-tip il-ġdid ta' l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u it-trattur tat-twaħħil tagħha irċevew l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti;

5.2. hija iddisinjata sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li għalih l-estnsjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tkun intalbet;

5.3. it-twaħħil ta' l-istruttura tal-protezzjoni tat-trattur taqbel ma dik ittestjata meta l-approvazzjoni tat-tip KEE tal-kompoentni kien ingħata.

6. Ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti jew l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip li ingħatat jew ġiet miċħuda.

7. Jekk l-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni KEE tat-tip għal tip ta’ trattur hija introdotta fl-istess ħin li talba għall-approvazzjoni tat-tip KEE tal-kompoennti għal tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib hija intiża sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li għalih l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti hija mitluba, il-verifiki elenkati fi 2 u 3 m’għandhomx jsiru.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top