Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974L0151

    Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

    ĠU L 84, 28.3.1974, p. 25–32 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0063

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/151/oj

    31974L0151



    Official Journal L 084 , 28/03/1974 P. 0025 - 0032
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0242
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0209
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0242
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0198
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0198


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    ta’ l-4 ta’ Marzu 1974

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

    (74/151/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropej [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom it-tratturi għandhom ikunu konformi permezz tal-liġijiet nazzjonali jirrigwardjaw, inter alia, il-piż mgħobbi massimu permissibbli, l-lokazzjoni u twaħħil tal-pjanċi ta’ wara tar-reġistrazzjoni, it-tankijiet tal-karburanti, il-piżijiet tas-saborra, l-apparat ta’ twissija li jinstema’ u l-livell tal-ħoss permissibbli u sistemi ta’ l-exhaust (silencer);

    Billi dawn il-ħtiġiet jiddifferixxu minn Stat Membru għall-ieħor, billi għaldaqstant huwa neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, partikolarment, jippermettu l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal- Kunsill tal-4 ta’ Marzu 1974 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi agrikoli bir-roti jew ta’ tratturi tal-foresterija sabiex ikunu applikati fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

    Artikolu 1

    1. "Trattur Agrikolu jew tal-foresterija" ifisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew bil-ktajjen ċatti u li jkollha mill-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni ewlenija tiegħu tkun fil-qawwa tal-ġbid u li hu ddisinjat b’mod speċjali sabiex jiġbed, jimbotta, iġorr jew iħaddem ċerti għodod, makkinarju jew karrijiet intiżi għall-użu ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija. Jista’ jkun mgħammra biex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.

    2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu preċedenti li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u veloċità ddisinjata massima ta’ bejn 6 u 25 km fis-siegħa.

    Artikolu 2

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur fuq il-bażi ta’:

    - il-piż mgħobbi massimu permissibbli

    - il-lokazzjoni u t-twaħħil tal-pjanċi ta’ wara tar-reġistrazzjoni,

    - it-tankijiet tal-karburanti,

    - il-piżijiet tas-saborra

    - l-apparat ta’ twissija li jinstema’,

    - il-livell ta’ ħoss permissibbli u s-sistema ta’ l-exhaust (silencer),

    jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi relevanti.

    Artikolu 3

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi fuq il-bażi li għandhom x’jaqsmu ma’ partijiet u l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 2 jekk dawn ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi relevanti.

    Artikolu 4

    L-emendi meħtieġa għall-adattazzjoni għall-progress tekniku il-ħtiġiet ta’ l-Annessi, apparti minn dawk stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.4.1.2 ta’ l-Anness VI, għandhom ikun adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti agrikoli u tratturi tal-foresterija.

    Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1974.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Scheel

    [1] ĠU Ċ 28, 17.2.1967, p. 462/67.

    [2] ĠU Ċ 42, 7.3.1967, p. 620/67.

    [3] Ara p. 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    PIŻ MGĦOBBI MASSIMU PERMISSIBBLI

    1. Il-piż mgħobbi teknikament permissibbli kif mistqarr mill-manifattur għandu jkun aċċettat mill-amministrazzjoni kompetenti bħala l-piż mgħobbi massimu permissibbli basta li:

    1.1. ir-riżultati ta’ kwalunkwe test li tagħmel l-amministrazzjoni, partikolarment dawk li jirrigwardjaw l-ibbrejkjar u l-istering, ikunu sodisfaċenti.

    1.2. il-piż massimu mgħobbi permissibbli ma jeċċedix il-14-il tunellata metrika u l-piż massimu permissibbli għal kull fus ma jeċċedix l-10 tunellata metrika.

    2. Ikun xi jkun l-istat ta’ tagħbija tat-trattur, il-piż trażmess lejn it-triq permezz tar-roti fuq il-fus ta’ quddiem m’għandux ikunu anqas minn 20 % tal-piż mhux mgħobbi ta’ dak it-trattur.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    1. GĦAMLA U QISIEN TAL-ISPAZJU GĦALL-MUNTAĠĠ TAL-PJANĊI TA’ WARA TAR-REĠISTRAZZJONI

    L-ispazju għall-muntaġġ għandu jinkludi wiċċ lixx jew virtwalment rettangulari lixx bil-qisien minimi li ġejjin:

    - tul 240 mm;

    - għoli 165 mm.

    2. LOKAZZJONI TAL-ISPAZJU GĦALL-MUNTAĠĠ U T-TWAĦĦIL TAL-PJANĊI

    L-ispazju għall-muntaġġ għandu jkun tali, li wara twaħħil korrett, il-pjanċi għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

    2.1. Pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wisa’ tal-vettura

    Il-punt ċentrali tal-pjanċa ma jistax ikun imqiegħed lejn il-lemin tal-wita ta’ simetrija tat-trattur fl-Istati Membri fejn it-traffiku jsuq fuq il-lemin, jew fuq ix-xellug ta’ dik il-wita fejn it-traffiku jsuq fuq ix-xellug.

    Fl-Istati Membri fejn it-traffiku jsuq fuq il-lemin, ix-xifer tan-naħa tax-xellug tal-pjanċa ma jistax jitqiegħed fuq ix-xellug tal-wita vertikali li hu parallel mal-wita ta’ simetrija tat-trattur u li jmiss ix-xifer estrem tat-tarf ta’ barra tal-vettura.

    Fl-Istati Membri fejn it-traffiku jsuq fuq ix-xellug, ix-xifer fuq in-naħa tal-lemin tal-pjanċa ma jistax jitqiegħed fuq il-lemin tal-wita vertikali li hu parallel mal-wita ta’ simetrija tat-trattur u li jmiss ix-xifer estrem tat-tarf ta’ barra tal-vettura.

    2.2. Il-pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wita’ lonġitudinali tas-simetrija tat-trattur

    Il-pjanċa għandha tkun perpendikulari jew prattikament perpendikulari mal-pjan tas-simetrija tat-trattur.

    2.3. Il-pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wita vertikali

    Il-pjanċa għandha tkun vertikali f’tolleranza ta’ 5º. B’danakollu, meta l-għamla tat-trattur tkun teħtieġ hekk, tista’ tkun inklinata lejn il-vertikali:

    2.3.1. f’mhux aktar minn 30º meta l-wiċċ li jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni jkun inklinat ‘l fuq, sakemm l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri mill-art;

    2.3.2. f’mhux aktar minn 15º meta l-wiċċ li jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni jkun inklinat ‘l isfel, sakemm l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri mill-art;

    2.4. L-għoli tal-pjanċa mill-art

    L-għoli tax-xifer t’isfel nett tal-pjanċa mill-art m’għandux ikun anqas minn 0.30 metru: l-għoli tax-xifer ta’ fuq nett tal-pjanċa mill-art m’għandux ikun aktar minn 1.20 metru: B’danakollu, meta jkun impossibbli fil-prattika sabiex tkun konformi ma din id-dispożizzjoni ta’ l-aħħar, l-għoli jista’ jeċċedi l-1.20 metru, iżda mbagħad għandu jkun kemm hu possibbli qrib dak il-limitu skond kemm il-kartatteristiċi tal-binja tat-trattur tippermetti, u m’għandu fl-ebda każ jeċċedi l-2.5metru.

    2.5. Id-determinazzjoni ta’ l-għoli tal-pjanċa mill-art

    L-għoli mogħti fi 2.3 u 2.4 għandu jitkejjel bit-trattur mingħajr tagħbija.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    TANKIJIET GĦALL-KARBURANTI LIKWIDI

    1. It-tankijiet tal-karburanti għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu għall-korrużżjoni. Għandhom jissodisfaw t-testijiet tat-tnixxija mwettqa mill-manifattur bi pressjoni ugwali għad-doppju tal-pressjoni tax-xogħol iżda f’kull każ mhux anqas minn 1.3 bars. Kull pressjoni fl-eċċess jew kull pressjoni li teċċedi l-pressjoni tax-xogħol għandha tkun awtomatikament kompensata b’apparat adattabbli (ventijiet, valvoli tas-sigurtà, eċċ.). Il-ventijiet għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jipprevjenu riskji ta’ ħruq. Il-karburanti m’għandux inixxi mit-tapp tat-tank tal-karburanti jew minn apparat fornut sabiex jikkumpensa għall-pressjoni eċċessiva, anke jekk it-tank jinqaleb kompletament: qatra għandha tkun ittollerata.

    2. It-tankijiet tal-karburanti għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu protetti mill-konsegwenzi ta’ l-impatt fuq il-quddiem jew ma’ wara tat-trattur; m’għandux ikun hemm partijiet imqabbża ‘l barra, trufijiet jaqtgħu, eċċ. qrib it-tankijiet.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    PIŻIJIET TAS-SABORRA

    Jekk, sabiex ikunu sodisfatti d-disposizzjonijet stabbiliti għall-approvazzjoni tat-tip KEE, trattur għandu jkun mgħammar bil piż tas-saborra, dawn il-piżijiet għandhom ikunu pprovduti mill-manifattur, magħmula mill-metal, iddisinjati għat-twaħħil mat-trattur, u jkollhom il-marka tad-ditta li timmanifatturahom u indikazzjoni tal-piż approssimattiv tagħhom f’kilogrammi.

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    APPARAT TAT-TWISSIJA LI JINSTEMA’

    1. L-apparat tat-twissija għandu jkollu il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ l-KEE preskritta bid-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-apparat tat-twissija li jinstema’ għall-vetturi bil-mutur [1].

    2. Karatteristiċi ta’ l-Apparat tat-Twissija li Jinstema’ meta mwaħħal mat-trattur

    2.1. Testijiet akustiċi

    Meta trattur huwa tat-tip approvat, il-karatteristiċi ta’ l-apparat tat-twissija mwaħħal ma’ dak it-tip ta’ trattur għandhom ikunu ttestjati kif ġej:

    2.1.1. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ta’ l-apparat meta jitwaħħal mat-trattur għandu jitkejjel f’punt li jkun 7 metri quddiem it-trattur, f’sit li huwa miftuħ u kemm hu possibbli wati. Il-magna tat-trattur għandha titwaqaf. Il-vultaġġ effettiv għandu jkun dak stabbilit fil-punt 1.2.1. ta’ l-Anness I tad-Direttiva riferita fi 1 hawn fuq.

    2.1.2. Il-qisien għandhom isiru fuq l-Iskala tal-kejl "A" tal-livell ta’ l-istandard l-IEC (Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali)

    2.1.3. Il-pressjoni massima tal-ħoss għandha tkun iddeterminata f’għoli ta’ bejn il-0.5 u 1.5 metru ‘l fuq mil-livell ta’ l-art.

    2.1.4. L-hekk imsejjaħ massimu m’għandux ikun anqas minn 93 dB (A).

    [1] ĠU L 176, ta’ l-10.8.1970, p. 12.

    --------------------------------------------------

    ANNESS VI

    I. LIVELLI PERMISSIBBLI TAL-ĦOSS

    I.1 Limiti

    Il-livell tal-ħoss tat-tratturi riferit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, meta mkejjel taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness, ma jistax jeċċedi l-livelli li ġejjin.

    89 dB (A) għal tratturi b’piż mhux mgħobbi li jeċċedi 1.5 tunnella metrika;

    85 dB (A) għal tratturi b’piż mhux mgħobbi li ma jeċċedix 1.5 tunnella metrika;

    I.2. Strumenti tal-kejl

    Il-ħoss li joħroġ mit-tratturi għandu jitkejjel permezz ta’ arloġġ tal-livell tal-ħoss tat-tip deskritt fil-Pubblikazzjoni 179, l-ewwel Edizzjoni (1965) tal Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali.

    I.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl

    Il-qisien għandhom isiru fuq tratturi mhux mgħobbija f’żona suffiċjentement miftuħa u kwieta (ħoss tal-madwar u l-ħoss tar-riħ almenu 10 dB (A) taħt il-ħoss li jkun qiegħed jitkejjel).

    Din iż-żona tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radda ta’ 50 metru li jkollu l-parti ċentrali tar-radda mill-anqas 20 metru li hu prattikament livell; jista’ jkun miksi bil-konkrit, bl-asfalt, jew b’materjal simili u ma jistax ikun kopert b’borra għamla ta’ trab, ħaxix twil, ħamrija mifruxa jew irmied.

    Il-wiċċ tal-mogħdija tat-test għandu jkun tali li ma tikkawżax ħoss eċċessiv tat-tyre. Din il-kondizzjoni tapplika biss għall-kejl tal-ħoss magħmul mit-tratturi miexja.

    Il-qisien għandhom isiru f’temp tajjeb bi ftit riħ. L-ebda persuna apparti milli mill-osservatur li jkun qiegħed jieħu l-qari mill-apparat ma jista’ jibqa’ maġenb it-trattur jew il-mikrofonu, billi l-preżenza ta’ l-ispettaturi ħdejn, jew it-trattur jew il-mikrofonu, jistgħu jaffettwaw konsiderevolment il-qari mill-apparat. It-tlugħ u l-inżul immarkat tal-werrej li jidher li m’għandux x’jaqsam mal-karatteristiċi tal-livell tal-ħoss ġenerali għandu jkun injorat fit-teħid tal-qari.

    I.4. Metodu tal-kejl

    I.4.1. Il-kejl tal-ħoss tat-tratturi miexja (għall-approvazzjoni tat-tip).

    Almenu żewġ qisien għandhom jittieħdu fuq kull naħa tat-trattur. Qisien preliminari jistgħu isiru għall-għanijiet ta’ aġġustament imma għandhom ikunu injorati.

    Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1.72 metri ‘l fuq mil-livell ta’ l-art f’distanza ta’ 7.5 metru mill-mogħdija tal-linja ċentrali tat-trattur, CC, imkejla matul il-perpendikulari PP’ ma’ dik il-linja (figura 1).

    Żewġ linji AA’ u BB’, parallelli mal-linja PP’ u mqiegħda rispettivament 10 metri ‘l quddiem u 10 metri lura mill-linja, għandhom ikunu mmarkat fuq it-triq tat-test. It-tratturi għandhom jersqu lejn il-linja AA’ b’veloċità kontinwa, kif speċifikat hawn taħt. L-aċċellerazzjoni għandha tkun miftuħa kompletament malajr kemm hu prattikabbli u miżmuma fil-pożizzjoni miftuħa għal kollox sakemm l-warrani tat-trattur [1] jaqsam il-linja BB’; l-aċċellerazzjoni għandha imbagħad tingħalaq mill-ġdid malajr kemm jista’ jkun.

    Il-livell massimu tal-ħoss irrekordjat għandu jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

    I.4.1.1. Il-veloċità tat-test għandha tkun tliet-kwarti tal-veloċità massima li tista’ tinkiseb fl-ogħla ingranaġġ użat għaċ-ċaqliq fit-triq.

    I.4.1.2. L-interpretazzjoni tar-riżultati

    I.4.1.2.1. Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi tnaqqas 1 dB (A) mill-qari ta’ l-arloġġ.

    I.4.1.2.2. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tat-trattur ma teċċedix 2dB (A).

    I.4.1.2.3. L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultati tat-test. Jekk dak ir-riżultat jeċċedi b’1 dB (A) il-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tat-trattur ittestjat, żewġ qisien oħra għandhom isiru. Tlieta mill-erba’ qisien miksuba hekk għandhom jaqgħu fil-limiti preskritti.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 1

    I.4.2. Il-kejl tal-ħoss tat-tratturi wieqfa (mhux meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip).

    I.4.2.1. Il-pożizzjoni ta’ l-arloġġ tal-livell tal-ħoss

    Il-kejl għandu jsir fil-punt X (muri fil-figura 2) f’distanza ta’ 7 metri mill-wiċċ l-aktar qrib tat-trattur.

    Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1.2 metru ‘l fuq mil-livell ta’ l-art.

    I.4.2.2. In-numru ta’ kejliet

    Almenu għandhom isiru żewġ kejliet.

    I.4.2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test tat-trattur

    Il-magna tat-trattur mingħajr ir-regolatur tal-veloċità għandha titħaddem bi tliet-kwarti tal-rpm tal-veloċità, li fih, skond il-manifattur tat-trattur, tiżviluppa l-qawwa massima tagħha. L-rpm tal-veloċità tal-magna għandha titkejjel permezz ta’ strument indipendenti, e.g. roller bed u takometru. Il-magna mgħammra b’regolatur li jipprevjeni lill-magna milli teċċedi l-veloċità li fiha tiżviluppa l-qawwa massima tagħha, għandha titħaddem bil-veloċità massima permessa mir-regolatur.

    Qabel ma jittieħed xi kejl, il-magna għandha tinġieb għat-temperatura li fiha taħdem normalment.

    I.4.2.4. L-interpretazzjoni tar-riżultati

    Il-qari kollha irrekordjati tal-livelli tal-ħoss għandu jingħata fir-rapport.

    Il-metodu wżat sabiex tkun ikkalkolata l-qawwa tal-magna għandha jintwera wkoll meta jkun possibbli. L-istat tat-tagħbija tat-trattur għandu jingħata wkoll.

    Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tat-trattur ma jeċċedix 2dB (A).

    Il-figura massima rekordjata għandha tikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

    +++++ TIFF +++++

    Figura 2

    II. IS-SISTEMA TA’ L-EXHAUST (SILENCER)

    II.1. Jekk it-trattur ikun mgħammar b’apparat disinjat sabiex inaqqas l-ħoss ta’ l-exhaust (silencer), il-ħtiġiet ta’ dan id-Dettal II għandu japplika. Jekk id-dħul tal-magna jkun mghammar b’filtru ta’ l-arja li jkun meħtieġ sabiex jassigura konformità mal-livell tal-ħoss permissibbli, il-filtru għandu jitqies bħala parti mis-silencer, u l-ħtiġiet ta’ dan id-Dettal II għandu japplika wkoll għal dak il-filtru.

    II.2. Disinn tas-sistema ta’ l-exhaust għandha tkun annessa maċ-ċertifikat tat-tip approvat tat-trattur

    II.3. Is-silencer għandu jkun immarkat b’referenza għall-għamla u t-tip tiegħu li huwa leġibbli b’mod ċar u ma jitħassarx.

    II.4. L-użu ta’materjal fibruż assorbenti huwa permissibli fil-binja ta’ silencers biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

    II.4.1. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddi l-gass;

    II.4.2. Apparat adattat għandu jassigura li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f’postu l-ħin kollu li dak is-silencer ikun jintuża;

    II.4.3. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun reżistenti għat-temperatura ta’ mill-anqas 20 % ogħla mit-temperatura operattiva (gradi C) li jista’ jkun hemm fir-reġjun tas-silencer ta’ fejn dawk il-materjali fibrużi assorbenti jkunu jinsabu.

    [1] Jekk it-trattur jinkludi l-karru, dan m’għandux jitqies fid-determinar ta’ meta l-linja BB’ tkun maqsuma.

    --------------------------------------------------

    Top