This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31972L0275
Council Directive 72/275/EEC of 20 July 1972 amending the Directive on the introduction of Community methods of sampling and analysis for the official control of feedingstuffs
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju, 1972 li temenda d-Direttiva dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju, 1972 li temenda d-Direttiva dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf
ĠU L 171, 29.7.1972, p. 39–39
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(III) P. 765 - 765
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
Official Journal L 171 , 29/07/1972 P. 0039 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0229
Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0726
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0229
English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0765
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0054
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0054
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju, 1972 li temenda d-Direttiva dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf (72/275/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 u 100 tat-Trattat, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju, 1970 [1] dwar l-introduzzjoni ta’ metodi tal-Komunità għat-teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf tipprovdi li l-proċedura għal din l-introduzzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva trid tispiċċa fi żmien tmintax-il xahar wara d-data li fiha kwistjoni tkun l-ewwel riferuta lill-Kumitat Permanenti għall-Għalf jew taħt l-Artikolu 3(1) jew taħt kull dispożizzjoni korrispondenti oħra; Billi żewġ abozzi tad-Direttivi tal-Kummissjoni kienu l-ewwel tpoġġew quddiem il-Kumitat fl-ewwel laqgħa tiegħu fil-15 u fis-16 ta’ Diċembru, 1970; billi, din il-proċedura għandha tkun intemmet fis-16 ta’ Ġunju, 1972; Billi, iżda, din il-proċedura ġiet ippruvata kompletament sodisfaċenti fl-imgħoddi u għalhekk għandha tkun miżmuma lil hinn mill-perjodu stabbilit oriġinarjament, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L- Artikolu 1 L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju, 1970 hu hawnhekk revokat b’effett mis-16 ta’ Ġunju, 1972. L- Artikolu 2 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2. --------------------------------------------------