EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971R2358

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ

ĠU L 246, 5.11.1971, p. 1–5 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(III) P. 894 - 898

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32005R1947

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1971/2358/oj

31971R2358



Official Journal L 246 , 05/11/1971 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0040
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0787
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0040
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0894
Greek special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0066
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0097
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 5 P. 0097


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71

tas-26 ta’ Ottubru 1971

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni fi prodotti agrikoli għandhom ikunu akkumpanjati mill-istabbiliment ta' politika agrikola komuni sabiex tiġi inkluża b'mod partikolari organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, li tista' tieħu diversi forom, skond il-prodott ikkonċernat;

Billi s-sitwazzjoni tas-suq fiż-żrieragħ hija kkaratterizzata mill-bżonn li prezzijiet jibqgħu kompettitivi ma’ prezzijiet dinjija għal dawn il-prodotti; billi miżuri approprjati għandhom għalhekk jittieħdu biex jistabbilizzaw is-suq u biex jassiguraw introjtu ġust għall-produtturi kkonċernati;

Billi għandha għalhekk issir disposizzjoni għall-għoti ta' għajnuna għall-produzzjoni ta' ċerti żrieragħ; billi in vista tal-mod li bih huma prodotti, għandha ssir disposizzjoni għal sistema li tiffissa rata standard ta' għajnuna għal kull qantar ta' żerriegħa prodotta;

Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ tinvolvi l-introduzzjoni ta’ sistema waħda ta’ negozju fil-fruntieri esterni tal-Komunità; billi t-Tariffa Doganali Komuni awtomatikament tapplika mill-1 ta’ Jannar 1970 skond it-Trattat, u din is-sistema tagħmilha possibbli li jiġu ddispensati l-miżuri protettivi l-oħrajn kollha; billi, madankollu, il-Komunità għandha tkun imqiegħda fil-pożizzjoni li tieħu l-miżuri kollha neċessarji mingħajr dewmien sabiex ma tħallix lis-suq Komunitarju mingħajr difiża kontra disturbi li jistgħu jqumu minħabba l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

Billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jsegwu l-ħin kollu l-moviment tan-negozju sabiex iqisu x-xejriet tas-suq u biex japplikaw il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament kif ikun neċessarju; billi, għal dak l-iskop, għandha issir disposizzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni akkumpanjati bid-depożitu li jiggarantixxi li l-operazzjonijiet li għalihom dawn il-liċenzji huma mitluba, huma effettwati; billi, madankollu importazzjonijiet skond kuntratti tat-tkabbir irreġistrati kif dovut għandhom ikunu eżentati minn dan id-depositu;

Billi, fir-rigward ta’ qamħirrum ibridi għaż-żrigħ, huwa neċessarju li jiġu evitati disturbi fis-suq Komunitarji kkawżati minn offerti magħmula fis-suq dinji bi prezzijiet baxxi b'mod anormali; billi għal dan l-iskop għandhom jiġu ffissati prezzijiet ta' referenza għal dan il-prodott u taxxa kompensatorja għandha tiżdied mad-dazji doganali meta prezzijiet ta' offerta franka fil-fruntiera kif ukoll dazji doganali huma iktar baxxi mill-prezzijiet ta’ referenza;

Billi fin-negozju intern tal-Komunità l-imposizzjoni ta’ kwalunkwe dazju jew kwalunkwe piż li jkollu effett ekwivalenti u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew kwalunkwe miżura li għandha effett ekwivalenti huma awtomatikament ipprojbiti minn Jannar 1970 taħt id-disposizzjonijiet tat-Trattat;

Billi d-disposizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-istima ta’ għajnuniet mogħtija minn Stati Membri u l-projbizzjoni ta’ dawk li huma inkompattibbli mas-suq komuni għandhom isiru applikabbli għaż-żrieragħ;

Billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, għandha tiġi provduta proċedura biex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn Stati Membri u l-Kummissjoni f'Kumitat Amministrattiv;

Billi t-transizzjoni mis-sistema fis-seħħ ta' l-Istati Membri għal dik stabbilita minn dan ir-Regolament għandha ssir bl-aktar mod lixx possibbli; billi, għaldaqstant, miżuri transitorji jistgħu jkunu neċessarji;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ qiegħda tiġi stabbilita u għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:

Intestatura TDK Nru | Deskrizzjoni tal-merkanzija |

Ex 07.05 | Ħaxix leguminuż imnixxef għaż-żrigħ |

10.05 A | Qamħirrum ibridu għaż-żrigħ |

Ex 12.01 | Żrieragħ taż-żejt u frott oleaġinuż għaż-żrigħ |

12.03 | Żrieragħ, frottijiet u spori, ta' tip użat għaż-żrigħ |

Artikolu 2

Is-sena tas-suq għaż-żrieragħ għandha tibda fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena u tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 3

1. Meta s-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju għal prodott wieħed jew iktar elenkati fl-Anness u l-iżvilupp previst ma jassigurawx lil produtturi introjtu ġust, tista' tingħata għajnuna għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata.

Din l-għajnuna, li l-ammont tagħha għandu jkun uniformi tul il-Komunità kollha għal kull speċi jew grupp ta' varjetajiet, għandha tiġi ffissata qabel l-1 ta' Awwissu għas-sena tas-suq li tibda fis-sena kalendarja ta' wara. Madanakollu, l-ammont ta’ għajnuna għas-sena tas-suq 1972/73 għandu jiġi ffissat qabel l-1 ta’ Lulju 1972.

2. L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi ffissat għal kull qantar ta’ żerriegħa prodotta, b'kont meħud ta’:

(a) il-bżonn li jiġi assigurat ekwilibriju bejn il-volum ta’ produzzjoni meħtieġ fil-Komunità u l-ammont li jista’ jinbiegħ;

(b) il-prezzijiet għal dawn il-prodotti fi swieq ta’ pajjiżi terzi.

3. L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi ffissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat.

4. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummisjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna u jiddeċiedi, meta approprjat, dwar emendi lill-Anness.

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11.

Artikolu 4

1. Importazzjonijiet fil-Kommunità tal-prodotti kollha elenkati fl-Artikolu 1 jistgħu jsiru soġġetti għal kondizzjoni fuq l-għoti ta’ liċenzja ta’ importazzjoni maħruġa minn Stati Membri lil kwalunkwe applikant irrispettivament mill-post ta’ l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità.

Din il-liċenzja għandha tkun valida għal importazzjonijiet li jsiru fil-Komunità.

Bl-eċċezzjoni ta’ importazzjonijiet li jsiru taħt kuntratt għat-tkabbir irreġistrati kif dovut f'pajjiżi terzi, il-ħruġ ta’ dawn il-liċenzji għandu jkun soġġett għall-kondizzjoni ta' depożitu li jiggarantixxi li l-importazzjoni ssir matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja; id-depożitu għandu jintilef kompletament jew parzjalment jekk l-operazzjoni ma ssirx, jew issir parzjalment biss, f'dak iż-żmien.

2. Il-lista ta’ prodotti li għaliha liċenzji ta’ mportazzjoni huma meħtieġa għandha tiġi determinata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11.

Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji u regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu determinati skond l-istess proċedura.

Artikolu 5

Ħlief kif provdut xort'oħra f’dan ir-Regolament jew meta l-Kunsill jiddeċiedi li ssir deroga minnu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, dan li ġej għandu jiġi pprojbit f’negozju ma’ pajjiżi terzi:

- l-imposta ta' kwalunkwe piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali;

- l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 6

1. Prezz ta’ referenza għal kull tip ta’ qamħirrum ibridu għaż-żrigħ għandu jiġi ffissat annwalment qabel l-1 ta’ Lulju.

Dawn il-prezzijiet ta’ referenza, espressi f’unitajiet ta’ kont għal kull qantar, għandhom jiġu ffissati a bażi tal-prezzijiet franki fil-fruntiera rreġistrati tul l-aħħar tliet snin tas-suq bl-eċċezzjoni ta’ prezzijiet li huma baxxi b’mod anormali. Il-prezzijiet ta’ referenza għandhom ikunu validi mill-1 ta’ Lulju tas-sena li fiha huma ffissati sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

2. Għall kull tip ta’ ibridu li għalih prezz ta’ referenza huwa ffissat bi prezz ta’ offerta frank fuq il-fruntiera fir-rigward ta’ kull pajjiż tal-provenjenza għandu jkun determinat, a bażi ta' l-informazzjoni kollha disponibbli.

3. Meta, għal tip ta’ ibridu minn pajjiż terz, il-prezz ta' l-offerta frank fil-fruntiera biż-żieda tad-dazji doganali huwa iktar baxx mill-prezz ta' referenza korrispondenti, taxxa kompensatorja għandha tiġi imposta fuq importazzjonijiet ta' l-ibridu minn dak il-pajjiż soġġett għal obbligi li jirriżultaw minn irbit fil-GATT. Din it-taxxa kompensatorja għandha tkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz ta' referenza u l-prezz ta' offerta frank fuq il-fruntiera biż-żieda tad-dazju doganali.

Il-piż kompensatorju m'għandux jiġi impost fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li huma preparati u f’pożizzjoni li jiggarantixxu li l-prezz għall-importazzjoni ta’ żerriegħa ta’ qamħirrum ibridu li toriġina fi u li ġejja mit-territorju tagħhom ma jkunx inqas mill-prezz ta’ referenza wara li jitnaqqas id-dazju doganali u li kull żvijar fin-negozju jiġi evitat.

4. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat, fuq proposta mill-Kummisjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

5. Il-Prezzijiet ta’ referenza, it-taxxi kompensatorji u regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11.

Artikolu 7

1. Jekk minħabba importazzjoni jew esportazzjoni s-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1 ikollu jew jiġi mhedded b'disturbi serji li jistgħu jipperikolaw il-miri stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jkunu applikati f’negozju ma’ pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew theddid ta' disturb ikun waqaf.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummisjoni, għandu jaddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u jiddefinixxi l-każijiet li u l-limiti li fihom Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri prottettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija f’paragrafu 1 isseħħ, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizzjativa tagħha proprja, tiddeċiedi fuq miżuri neċessarji, il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuqha f’erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli wara l-jum li fih huma ġew ikkomunikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Dan jista’ jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita f’Artikolu 43 (2) tat-Trattat.

Artikolu 8

Salv kif provdut xort' oħra f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 92, 93 u 94 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għan-negozju fil-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1.

Artikolu 9

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regoli ta' komunikazzjoni u distribuzzjoni ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11.

Artikolu 10

1. Kumitat Amministrattiv għaż-Żrieragħ (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-‘Kumitat’) għandu jiġi stabbilit, u jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ Stati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

2. Fil-Kumitat il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu peżati skond l-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

Artikolu 11

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-President għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat jew fuq inizjattiva proprja tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummisjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-Opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri f'terminu li għandu jiġi stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-kwistjonijiet taħt konsiderazzjoni. L-Opinjoni għandha tiġi adottata b’maġġoranza ta’ tnax-il vot.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw immedjatament. Madanakollu, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-Opinjoni tal-Kumitat, għandhom jiġu kkomunikati minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ il-Kummissjoni tista' tiddeferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hi adottat għal mhux aktar minn xahar mid-data ta’ din il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 12

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull kwistjoni oħra li jirreferilu l-President tiegħu kemm fuq inizjattiva proprja tiegħu u kemm fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’mod illi jittieħed kont approprjat, fl-istess ħin, tal-miri msemmija fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat.

Artikolu 14

Id-disposizzjonijiet li jirregolaw il-finanzjament tal-politika agrikola komuni għandhom japplikaw għas-suq fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Artikolu 15

Fl-Artikolu 1 (a) tar-Regolament Nru 120/67/KEE, [3] l-intestatura "10.05 B: Qamħirrum, minbarra qamħirrum ibridu għaż-żriegħ" għandha tiġi sostitwita għall-intestatura "10.05: Qamħirrum".

Artikolu 16

Fil-każ li jkunu neċessarji miżuri transitorji biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri jew, fir-rigward ta' qamħirrum ibridu għaż-żriegħ, mis-sistema introdotta bir-Regolament Nru 120/67/KEE għal dik stabbilita b’dan ir-Regolament, partikolarment jekk l-introduzzjoni ta’ dik is-sistema tikkawża diffikultajiet sostanzjali għal ċerti prodotti, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Għandhom ikunu applikabbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1973.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 1972.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1972.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Natali

[1] ĠU Nru C 11, 5.2.1971, p. 30.

[2] ĠU Nru C 36, 19.04.71, p. 38.

[3] ĠU Nru C 11, 5.2.1971, p. 30.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Intestatura TDK Nru | Deskrizzjoni tal-merkanzija |

| |

ex 12.03 | I.GRAMINEAEDactylis glomerata L.Festuca arundinacea Schreb.Festuca ovina L.Festuca Pratensis Huds.Festuca rubra L.Lolium multiflorum Lam.Lolium perenne L.Lolium x hybrixdum HaussknPhleum pratense L.Poa nemoralis L.Poa pratensis L.Poa trivialis L. | ĦXEJJEXsieq is-serdukżwien twilżwienżwien tal-mogħxażwien aħmarsikrana taljana (inkluż il-Westervolds)loljulolju ibriduħaxix ta' l-għalfmellieġ tal-boskmellieġmellieġ |

II.LEGUMINOSAEMedicago sativa L.Trifolium pratense L.Trifolium repens L.Vicia sativa L. | LEGUMINifel barriSilla ħamraXnien abjadġulbiena |

--------------------------------------------------

Top