Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31963L0474

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tat-30 ta’ Lulju 1963 li tilliberalizza t-trasferimenti fir-rigward ta’ transazzjonijiet inviżibbli li mhumiex konnessi mal-moviment ta’ merkanzija, servizzi, kapital jew persuni

    ĠU 125, 17.8.1963, p. 2240–2241 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1963-1964 P. 45 - 46

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1963/474/oj

    31963L0474



    Official Journal 125 , 17/08/1963 P. 2240 - 2241
    Danish special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0040
    English special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0045
    Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0030
    Spanish special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0023
    Portuguese special edition Chapter 06 Volume 1 P. 0023


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tat-30 ta’ Lulju 1963

    li tilliberalizza t-trasferimenti fir-rigward ta’ transazzjonijiet inviżibbli li mhumiex konnessi mal-moviment ta’ merkanzija, servizzi, kapital jew persuni

    (63/474/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 63 u 106(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

    Billi l-istabbiliment tas-suq komuni jeħtieġ li restrizzjonijiet fuq it-trasferimenti bejn residenti ta’ Stati Membri għandhom jitneħħew kemm jista’ jkun malajr u bl-aktar mod wiesa’ possibbli;

    Billi f’dak li jirrigwarda t-trasferimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ transazzjonijiet inviżibbli stabbiliti fl-Anness III mat-Trattat li mhumiex irregolati bid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 106(1) u (2) jew bil-Kapitolu dwar il-libertà tal-moviment tal-kapital, livell għoli ħafna ta’ liberalizzazzjoni kien diġà milħuq fi Stati Membri;

    Billi, fuq din il-bażi u b’kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-Istati Membri, il-liberalizzazzjoni ta’ trasferimenti li għandhom x’jaqsmu mat-transazzjonijiet kollha relevanti fil-forma ta’ permess ġenerali jew mill-anqas tal-ħruġ ta’ xi awtorizzazzjonijiet tal-kambju li jistgħu ikunu meħtieġa, diġà tidher possibbli fl-istadju preżenti tal-perjodu transitorju,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-kambju meħtieġa għal trasferimenti bejn residenti ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-transazzjonijiet inviżibbli stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

    2. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw trasferimenti li għandhom x’jasqmu ma’ dawn it-transazzjonijiet biex isiru bir-rati tal-kambju eżistenti għal pagamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ transazzjonijiet kurrenti.

    L-Artikolu 2

    1. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jirrestrinġu d-dritt ta’ l-Istati Membri li jivverifikaw in-natura u l-genwinità tat-transazzjonijiet jew tat-trasferimenti u li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun prevenut il-ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti tagħhom.

    2. L-Istati Membri għandhom jissimplifikaw, sa fejn ikun possibbli, l-awtorizzazzjoni u l-formalitajiet ta’ kontroll applikabbli għal trasferimenti u għandhom fejn neċessarju jikkonsultaw lil xulxin bl-iskop ta’ din is-simplifikazzjoni.

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom, fi żmien ħames xhur min-notifika ta’ din id-Direttiva, iġibu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Lulju 1963.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. M. A. H. Luns

    [1] ĠU 61, tad-19.4.1963, p. 1275.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Transazzjonijiet inviżibbli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva

    - Imposti bankarji.

    - Spejjeż ta’ rappreżentazzjoni.

    - Il-parteċipazzjoni minn kumpaniji u fergħat sussidjarji fl-ispejjeż ġenerali tal-kumpaniji ewlenija li jinstabu barra mill-pajjiż u viċe versa.

    - Id-differenzi, uil-marġini u d-depożiti dovuti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet fi swieq aħħarija ta’ kumdità konformi mal-prattika normali kummerċjali.

    - Is-sottiskrizzjonijiet u l-miżati ta’ membri (esklużi dawk li jirrappreżentaw ir-remunerazzjoni għal servizzi u kontribuzzjonijiet imħallsa lil korpi uffiċjali jew privati tas- sigurtà soċjali).

    - L-ispejjeż tal-gvern (ir-rappreżentazzjoni uffiċjali barra mill-pajjiż, il-kontribuzzjonijiet lill-organizzazzjonijiet internazzjonali).

    - It-taxxi (esklużi t-taxxi tal-mewt), l-ispejjeż tal-qorti, ir-reġistrazzjoni ta’ patenti u ditti.

    - Id-danni, meta dawn ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala kapital.

    - Ir-rifużjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ kuntratti u rifużjonijiet għal pagamenti li ma kenux mitluba meta dawn ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala kapital.

    - Il-multi.

    - It-twettiq perjodiku ta’ pagamenti inkonnessjoni mat-trasport pubbliku u mas-servizzi postali, telegrafiċi u tat-telefon.

    - L-irċevuti konsulari.

    - Il-pagamenti ta’ manutenzjoni li jirriżultaw minn obbligu legali u assistenza finanzjarja f’każijiet ta’ tbatija.

    - Imposti għal dokumentazzjoni ta’ kull tip involuti għal kont tagħhom proprju minn negozjanti awtorizzati għall-kambju.

    - Premjijiet sportivi u qligħ minn tiġrijiet (esklużi dawk mirbuħa minn professjonisti).

    --------------------------------------------------

    Top