Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22026D1533

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2026 tat-30 ta’ April 2026 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/1533]

ĠU L, 2026/1533, 23.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1533/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1533/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1533

23.7.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 156/2026

tat-30 ta’ April 2026

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/1533]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/126 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titoli tal-varjabbli għad-dominju tas-saħħa (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18qzr (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2030) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18qzs.

32023 R 0126: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/126 tal-21 ta’ Ottubru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titolu tal-varjabbli għad-dominju tal-konsum (ĠU L 17, 19.1.2023, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/126 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2026, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 17, 19.1.2023, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1533/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top