Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22026D1299

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2026 tal-20 ta’ Marzu 2026 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/1299]

ĠU L, 2026/1299, 25.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1299/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1299/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1299

25.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 107/2026

tal-20 ta’ Marzu 2026

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/1299]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/2152 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 (2), ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 (3), ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 (4), ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 (5), ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 (6), id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (8), ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 (9) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 (10) li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 1 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 295/2008) huwa sostitwit b’dan li ġej:

32019

R 2152: Ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi d-data msemmija fl-Artikoli 2(1) u 6 u fl-Anness I, ħlief għad-data dwar dawn it-temi:

Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir, Tema: Popolazzjoni tan-negozju, Tema fid-dettall: Avvenimenti demografiċi tan-negozju;

Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir, Tema: Inputs lavorattivi, Tema fid-dettall: Impjiegi;

Dominju 1. Statistika tan-negozju fuq żmien qasir, Tema: Proprjetà immobbli, Tema fid-dettall: Proprjetà immobbli;

Dominju 2. Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż, Tema: Popolazzjoni tan-negozju, Temi fid-dettall: Popolazzjoni ta’ intrapriżi attivi u Avvenimenti demografiċi tan-negozju (twelid, imwiet, sopravivenzi);

Dominju 2. Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiż, Tema: Inputs lavorattivi, Temi fid-dettall: Impjiegi u Impjiegi marbutin ma’ avvenimenti demografiċi tan-negozju (twelid, imwiet, sopravivenzi);

Dominju 4. Statistika dwar l-attivitajiet internazzjonali, Tema: Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti: Tema fid-dettall: Kummerċ extra-Unjoni tal-oġġetti.

(b)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi d-data ta’ kull xahar ħlief għad-data tat-tema Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti imsemmija fl-Artikoli 2 u 6 u l-Anness I, id-Dominju 4.

(c)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi d-data dwar l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ oġġetti skont il-munita tal-fatturazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 2(1) u 6 u l-Anness I, id-Dominju 4.

(d)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jinkludi fir-reġistru tiegħu u milli jittrażmetti lin-Network Ewropew tar-reġistri tan-negozji għal finijiet statistiċi d-data dwar il-Fatturat nett varjabbli msemmi fl-Artikolu 2(2) u fl-Anness IV.

(e)

L-Artikoli 5(2), 5(3), 5(4) u 5(5), il-Kapitolu V u l-Anness V u VI ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(f)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, it-test tal-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ASN għandha tiddeċiedi jekk ixxerridx ir-riżultati statistiċi li jirrelataw mal-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet rispettivi mingħajr ebda emenda jew, jekk temendax ir-riżultati statistiċi biex hekk ikun impossibbli li jiġu identifikati importaturi jew esportaturi biex tikkonforma mal-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika, skont l-Artikolu 20(3), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.”

(g)

Il-Kummerċ extra-Unjoni tal-oġġetti, imsemmi fl-Anness I, id-Dominju 4, għandu jinftiehem li jinkludi l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

(h)

L-Iżlanda hija eżentata milli tipprovdi d-data msemmija fit-temi Prezzijiet, Outputs u prestazzjoni u Proprjetà immobbli fl-Anness I, id-Dominju 1.

(i)

Fir-rigward tal-Iżlanda, id-data għat-tema Statistika reġjonali tan-negozju fl-Anness I, id-Dominju 3, għandha tingħata fuq bażi volontarja.

(j)

L-Istati tal-EFTA huma eżentati milli jipprovdu d-data dwar it-tema fid-dettall Kummerċ intra-Unjoni tal-oġġetti kif imsemmi fis-suġġett Kummerċ internazzjonali tal-oġġetti fl-Anness I, id-Dominju 4.

(k)

Fir-rigward tal-Iżlanda, il-perjodiċità għat-tema Użu tal-ICT u kummerċ elettroniku fl-Anness II, id-Dominju 2 għandu jkun biennali (kull sentejn) bl-ewwel perjodu ta' referenza jkun l-2025.

(l)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi d-data dwar il-kummerċ bejn l-Iżvizzera u l-Leichtenstein.

(m)

Fl-Artikolu 24(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat” għandu jaqra “fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2026 tal-20 ta’ Marzu 2026”.”

2.

It-testi tal-punti 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98), 4a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91), 4b (ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ), 4c (ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ), 8 (ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 28 (ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 29 (id-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassru.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2019/2152 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.

(2)   ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.

(4)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.

(5)   ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(6)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13.

(7)   ĠU L 230, 16.9.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1.

(9)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.

(10)   ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti

għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2026 tal-20 ta' Marzu 2026 li tinkorpora r-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE

Ir-Regolament (UE) 2019/2152 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li ħafna minn dawn l-atti mħassra ġew adattati meta ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE biex jeżentaw lil-Liechtenstein mill-ġbir, l-aggregazzjoni u s-sottomissjoni ta’ ċerta data.

Dawn l-adattamenti ingħataw, b’mod partikolari, minħabba d-daqs tal-Liechtenstein u l-unjoni doganali tiegħu mal-Iżvizzera. Il-ħtieġa li l-Liechtenstein jiġbor, jaggrega u jissottometti d-data rispettiva tkun timponi piż eċċessiv fuq in-negozji tagħha. Barra minn hekk, ma jkunx possibbli li tiġi żgurata privatezza suffiċjenti għall-fornituri tad-data u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija, u l-kwalità tad-data ma tkunx tissodisfa l-istandards Ewropej.

Madankollu, f’kuntrast mal-atti legali mħassra mir-Regolament (UE) 2019/2152, ħafna dettalji fir-rigward tad-data li għandha tinġabar, tiġi aggregata jew sottomessa skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 se jkunu definiti f’leġiżlazzjoni sekondarja.

Il-Parijiet Kontraenti jirrikonoxxu li adattamenti simili kif kienu ġew inklużi fl-atti mħassra se jkunu necessarji skont il-leġiżlazzjoni sekondarja derivata mir-Regolament (UE) Nru 2019/2152, meta dawn jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1299/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top