This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22026D1237
Decision of the EEA Joint Committee No 105/2026 of 20 March 2026 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement [2026/1237]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2026 tal-20 ta’ Marzu 2026 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/1237]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2026 tal-20 ta’ Marzu 2026 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/1237]
ĠU L, 2026/1237, 25.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1237/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1237 |
25.6.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 105/2026
tal-20 ta’ Marzu 2026
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/1237]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/927 tal-20 ta’ Mejju 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2025/927 iħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2019/1603 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 21apm (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“32025 R 0927: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/927 tal-20 ta’ Mejju 2025 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 (ĠU L, 2025/927, 31.7.2025).”
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2025/927 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Marzu 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/927, 31.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/927/oj.
(2) ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti
għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2026 tal-20 ta’ Marzu 2026 li tinkorpora r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/927 fil-Ftehim ŻEE
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/927 jinkludi l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili. Il-Partijiet Kontraenti jaqsmu l-fehim li l-inkorporazzjoni tar-Regolament Delegat fil-Ftehim ŻEE hu mingħajr preġudizzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1237/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)