This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22026D0973
Decision of the EEA Joint Committee No 15/2026 of 6 February 2026 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2026/973]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2026 tas-6 ta’ Frar 2026 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/973]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2026 tas-6 ta’ Frar 2026 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/973]
ĠU L, 2026/973, 21.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/973/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/973 |
21.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 15/2026
tas-6 ta’ Frar 2026
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/973]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/1891 tas-17 ta’ Settembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/915 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ arseniku inorganiku fil-ħut u frott tal-baħar ieħor (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32025 R 1891: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/1891 tas-17 ta’ Settembru 2025 (ĠU L, 2025/1891, 18.9.2025).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2025/1891 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2026 tas-6 ta’ Frar 2026 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2025/1891, 18.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1891/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L, 2026/973, 21.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/970/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/973/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)