Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22026D0964

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2026 tas-6 ta’ Frar 2026 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/964]

ĠU L, 2026/964, 21.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/964/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/964/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/964

21.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 53/2026

tas-6 ta’ Frar 2026

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2026/964]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2850 tal-11 ta' Novembru 2024 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2024 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1500 tat-23 ta’ Lulju 2025 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2025 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 21alu (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/622) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21alua.

32024 R 2850: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2850 tal-11 ta’ Novembru 2024 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2024 (ĠU L, 2024/2850, 12.11.2024).

21alub.

32025 R 1500: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1500 tat-23 ta’ Lulju 2025 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2025 (ĠU L, 2025/1500, 24.7.2025).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2850 u (UE) 2025/1500 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2024/2850, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2850/oj.

(2)   ĠU L, 2025/1500, 24.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1500/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/964/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top