Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22026D0959

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2026 tas-6 ta’ Frar 2026 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/959]

ĠU L, 2026/959, 21.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/959/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/959/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/959

21.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 39/2026

tas-6 ta’ Frar 2026

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2026/959]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/885 tad-29 ta’ April 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u r-rapportar tal-abbuż tas-suq, il-mudelli li għandhom jintużaw għar-rapportar ta’ abbuż suspettat tas-suq, u l-proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għad-detezzjoni u s-sanzjonar tal-abbuż tas-suq f’sitwazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq transfruntier (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31rzg (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2494) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31rzh.

32025 R 0885: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/885 tad-29 ta’ April 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u r-rapportar tal-abbuż tas-suq, il-mudelli li għandhom jintużaw għar-rapportar ta’ abbuż suspettat tas-suq, u l-proċeduri ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għad-detezzjoni u s-sanzjonar tal-abbuż tas-suq f’sitwazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq transfruntier (ĠU L, 2025/885, 20.8.2025).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2025/885 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Frar 2026, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2025/885, 20.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/885/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/959/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top