This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22026D0233
Decision of the EEA Joint Committee No 240/2025 of 24 October 2025 amending Annex IX (Financial services) to the EEA Agreement [2026/233]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 240/2025 tal-24 ta’ Ottubru 2025 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE [2026/233]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 240/2025 tal-24 ta’ Ottubru 2025 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE [2026/233]
ĠU L, 2026/233, 12.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/233/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/233 |
12.2.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 240/2025
tal-24 ta’ Ottubru 2025
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE [2026/233]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1794 tat-8 ta’ Settembru 2025 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju 2025 sad-29 ta’ Settembru 2025 f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (1) għandu jiġu inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1zzh (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/863) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“1zzi. |
32025 R 1794: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1794 tat-8 ta’ Settembru 2025 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mit-30 ta’ Ġunju 2025 sad-29 ta’ Settembru 2025 skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (ĠU L, 2025/1794, 9.9.2025).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1794 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, u li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/1794, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1794/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/233/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)