This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22025X06451
Notifications under Part Three – Law Enforcement and Judicial Cooperation in Criminal Matters of the Trade and Cooperation Agreement between the European Union and the United Kingdom – Review of the notifications made to the United Kingdom as part of the joint review of Part Three of the Trade and Cooperation Agreement (Article 630 TCA)
Notifiki skont il-Parti Tlieta — Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit — Rieżami tan-notifiki magħmula lir-Renju Unit bħala parti mir-rieżami konġunt tat-Tielet Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (l-Artikolu 630 TCA)
Notifiki skont il-Parti Tlieta — Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit — Rieżami tan-notifiki magħmula lir-Renju Unit bħala parti mir-rieżami konġunt tat-Tielet Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (l-Artikolu 630 TCA)
ST/13679/2025/REV/1
ĠU C, C/2025/6451, 2.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6451/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6451 |
2.12.2025 |
Notifiki skont il-Parti Tlieta — Infurzar tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit — Rieżami tan-notifiki magħmula lir-Renju Unit bħala parti mir-rieżami konġunt tat-Tielet Parti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (l-Artikolu 630 TCA)
(C/2025/6451)
F’konformità mal-Artikolu 630 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), l-Unjoni Ewropea qieset il-ħtieġa li n-notifiki magħmula skont l-Artikolu 599(4), l-Artikolu 602(2) u l-Artikolu 603(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jinżammu, jiġu rtirati jew isiru uħud ġodda, kif applikabbli.
L-Unjoni Ewropea b’dan tinnotifika lill-Kumitat Speċjalizzat dwar l-Infurzar tal-Liġi u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja b’dan li ġej:
1. NOTIFIKA SKONT L-ARTIKOLI 599(4) TCA u 602(2) TCA
L-Unjoni Ewropea, f’isem l-Istati Membri tagħha, tinnotifika li n-notifiki eżistenti skont l-Artikoli 599(4) TCA u 602(2) TCA jibqgħu l-istess.
2. NOTIFIKA SKONT L-ARTIKOLU 603(2) TCA
L-Unjoni Ewropea, f’isem l-Istati Membri li ġejjin, tagħmel in-notifiki li ġejjin:
|
(a) |
Iċ-ċittadini tal-Istati li ġejjin mhumiex ser jiġu kkonsenjati minn dak l-Istat: il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, il-Kroazja, il-Latvja, is-Slovenja, is-Slovakkja il-Finlandja, l-Iżvezja. Barra minn hekk, Franza mhijiex ser tikkonsenja persuna li kienet ċittadin Franċiż meta twettaq l-att. |
|
(b) |
L-Istati li ġejjin jissubordinaw il-konsenja taċ-ċittadini tagħhom għal ċerti kundizzjonijiet: Ir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija mhumiex ser jikkonsenjaw ċittadin tagħhom sakemm il-persuna rikjesta ma tagħtix il-kunsens għall-konsenja. L-Estonja: L-Estonja tikkonsenja liċ-ċittadini tagħha biss taħt ċerti kundizzjonijiet. L-Estonja mhux ser tikkonsenja ċittadini Estonjani għall-eżekuzzjoni ta’ priġunerija jekk il-persuna applikat għall-infurzar tal-piena fl-Estonja. L-Estonja ser tikkonsenja ċ-ċittadini tagħha li jirrisjedu b’mod permanenti fl-Estonja għat-tul tal-proċedimenti kriminali biss bil-kundizzjoni li l-piena imposta fuq persuna fir-Renju Unit tiġi infurzata fl-Estonja. Ċipru: Il-konsenja ta’ ċittadini tar-Repubblika ta’ Ċipru ser tkun awtorizzata biss abbażi ta’ reċiproċità. Il-Lussemburgu: Il-konsenja taċ-ċittadini tiegħu ser jiġi awtorizzata:
In-Netherlands (1): Il-konsenja b’segwitu għal mandat ta’ arrest għall-fini ta’ prosekuzzjoni mhijiex awtorizzata fil-każ ta’ talba għall-konsenja ta’ ċittadin Netherlandiż. Iċ-ċittadini tan-Netherlands jistgħu jiġu kkonsenjati għall-fini ta’ twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali dment li l-Istat rikjedenti joħroġ garanzija li l-persuna mfittxija, f’konformità mal-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati, konkluża fil-21 ta’ Marzu 1983 fi Strażburgu, tiġi ttrasferita lura lin-Netherlands sabiex tiskonta s-sentenza tagħha hemmhekk wara li tiġi segwita l-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, jekk piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni mhux sospiża tingħata fil-konfront tagħha wara l-konsenja. Il-Polonja: Mit-3 ta’ Awwissu 2023, ċittadin Pollakk jista’ jiġi kkonsenjat lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq abbażi ta’ mandat ta’ arrest imsemmi fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, dment li l-att imsemmi fil-mandat ta’ arrest ikun twettaq barra mit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja u mhux fuq vapur jew inġenju tal-ajru Pollakk u dan l-att jikkostitwixxi reat skont il-liġi fis-seħħ fir-Repubblika tal-Polonja jew kien jikkostitwixxi reat skont il-liġi fis-seħħ fir-Repubblika tal-Polonja li kieku twettaq fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, it-tnejn li huma fil-mument meta twettaq u fil-mument meta jimtela’ l-mandat ta’ arrest. Il-konsenja ta’ ċittadin Pollakk mhux ser tkun awtorizzata jekk il-mandat ta’ arrest ikun inħareġ kontra persuna li tkun suspettata li wettqet reat għal raġunijiet politiċi iżda mingħajr l-użu tal-forza jew jekk l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest tikser id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni u taċ-ċittadini. |
|
(c) |
L-Unjoni Ewropea tinnotifika li l-Istati Membri li ġejjin indikaw li mhumiex biħsiebhom jagħmlu notifika skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 603(2) TCA (2). Il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Italja, Malta |
|
(d) |
L-Istati li ġejjin immodifikaw in-notifiki tagħhom jew żiedu waħda ġdida: Il-Bulgarija ma għandhiex l-intenzjoni li ġġedded in-notifika tagħha skont l-Artikolu 603(2) TCA. L-Ungerija: L-Ungerija ġġedded in-notifika eżistenti tagħha li skont l-Artikolu 603(2) TCA, meta persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni tkun ċittadin u resident tal-Ungerija, il-persuna rikjesta għandha tiġi kkonsenjata biss jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti tagħti garanzija adegwata li jekk tiġi imposta piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni finali, il-persuna rikjesta, fuq talba tagħha, tiġi rritornata lill-Ungerija biex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija fil-konfront tagħha fl-Istat emittenti. L-Ungerija żżid man-notifika mġedda tagħha li meta persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija tkun ċittadina u residenti fl-Ungerija, il-persuna rikjesta għandha tiġi kkonsenjata biss jekk hija tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja. Il-Litwanja: Il-konsenja ta’ ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja ser tkun awtorizzata abbażi ta’ reċiproċità. Jekk mandat ta’ arrest jinħareġ għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali, ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja għandu jiġi kkonsenjat bil-kundizzjoni li wara li l-qorti tagħti sentenza fil-pajjiż li joħroġ il-mandat ta’ arrest, il-persuna tiġi ttrasferita lir-Repubblika tal-Litwanja biex tiskonta l-piena ta’ kustodja, jekk il-persuna kkonċernata titlob dan. Il-Portugall: Il-Portugall jikkonsenja ċ-ċittadini tiegħu biss abbażi ta’ reċiproċità u għall-finijiet tat-twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali, u dment li r-Renju Unit jagħti assigurazzjonijiet li, wara li tkun instemgħet il-persuna rikjesta, huwa ser jirritornaha lill-Portugall biex tiskonta hemmhekk is-sentenza ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija kontriha fir-Renju Unit. Ir-Rumanija: Il-konsenja ta’ ċittadini għall-fini ta’ investigazzjoni/prosekuzzjoni għandha titwettaq bil-kundizzjoni li, jekk tingħata piena ta’ kustodja, il-persuna konsenjata għandha tiġi ttrasferita lura lir-Rumanija. Meta l-mandat ta’ arrest ikun inħareġ għall-fini ta’ infurzar ta’ piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda tal-libertà, il-konsenja ser tiġi rrifjutata jekk il-persuna rikjesta tkun ċittadin Rumen u tiddikjara li tirrifjuta li teżegwixxi l-piena fl-Istat emittenti. F’dan il-każ, is-sentenza tista’ tiġi rikonoxxuta fir-Rumanija. Spanja: Il-konsenja taċ-ċittadini ser tkun awtorizzata biss abbażi ta’ reċiproċità. |
(1) Ta’ min ifakkar li f’konformità mal-Artikolu 774, it-TCA ma japplikax għall-parti tal-Karibew tan-Netherlands (Bonaire, Saba, Sint Eustatius) u lanqas għall-pajjiżi awtonomi fi ħdan ir-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten).
(2) Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 603(2) TCA [LAW.SURR.83(2).]
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6451/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)