Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22025D2634

Deċiżjoni nru 2/2025 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni stabbilit bil-konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija tad-19 ta’ Settembru 2025 fir-rigward tal-istedina biex ir-Repubblika tal-Moldova taderixxi ma’ dik il-Konvenzjoni [2025/2634]

PUB/2025/1342

ĠU L, 2025/2634, 23.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2634/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2634/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2634

23.12.2025

DEĊIŻJONI nru 2/2025 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-PAJJIŻI TA’ TRANŻITU KOMUNI STABBILIT BIL-KONVENZJONI FUQ IS-SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET FUQ IL-KUMMERĊ F’MERKANZIJA

tad-19 ta’ Settembru 2025

fir-rigward tal-istedina biex ir-Repubblika tal-Moldova taderixxi ma’ dik il-Konvenzjoni [2025/2634]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Moldova esprimiet xewqitha li taderixxi mal-Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (“il-Konvenzjoni”).

(2)

L-iskambju tal-merkanzija mar-Repubblika tal-Moldova se jkun iffaċilitat permezz ta’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jaffettwaw il-kummerċ f’merkanzija bejn dak il-pajjiż u l-Unjoni Ewropea, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Ukrajna u r-Renju Unit.

(3)

Bil-ħsieb li tinkiseb din il-faċilitazzjoni, jixraq li r-Repubblika tal-Moldova tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal- formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija f’konformità mal-Artikolu 11a ta’ dik il-Konvenzjoni, mill-1 ta’ Novembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Bern, id-19 ta’ Settembru 2025

Għall-Kumitat Konġunt EU-CTC

Il-President

Marco BENZ


(1)   ĠU UE L 134, 22.5.1987, p.2, ELI : http://data.europa.eu/eli/convention/1987/267/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2634/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top