Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22025D2201

Deċiżjoni Nru 2/2025 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni tad-19 ta’ Settembru 2025 fir-rigward tal-emendi tal-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għall-adeżjoni tal-Montenegro [2025/2201]

PUB/2025/1121

ĠU L, 2025/2201, 29.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2201/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2201/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2201

29.10.2025

DEĊIŻJONI Nru 2/2025 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-PAJJIŻI TA’ TRANŻITU KOMUNI

tad-19 ta’ Settembru 2025

fir-rigward tal-emendi tal-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għall-adeżjoni tal-Montenegro [2025/2201]

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari lArtikolu 15(3), il-punt (a), tagħha,

Billi:

(1)

Il-Montenegro esprima xewqtu li jaderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) u ġie mistieden jagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 1/2025 tad-19 ta’ Settembru 2025 mill-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet tar-referenzi bl-ilsien Montenegrin li jintużaw fil-Konvenzjoni jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xierqa.

(3)

Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tikkorrispondi mad-data tal-adeżjoni tal-Montenegro mal-Konvenzjoni.

(4)

Biex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta’ garanzija stampati f’konformità mal-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Montenegro, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b’xi adattamenti.

(5)

Jenħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha l-Montenegro jsir parti kontraenti għall-Konvenzjoni.

2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli mudell fl-Annessi C1, C2, C4, C5 u C6 tal-Appendiċi III kif kienu fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2025 jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għan-notifika jew tal-aġent awtorizzat, sal-31 ta’ Diċembru 2026.

Magħmul f’Bern, id-19 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kumitat Konġunt EU-CTC

Il-President

Marco BENZ


ANNESS

1.   

L- Appendiċi III għall-Konvenzjoni hija emendata kif ġej:

(a)

L-Anness C1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS C1

IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   Impenn tal-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

sa ammont massimu ta’ …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3)(4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna qiegħda tipprovdi din il-garanzija(6):

jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra (7) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn taħt koperti mill-operazzjoni doganali li ġejja (8):

Deskrizzjoni tal-merkanzija

2.

Is-sottoskritt jintrabat iħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħażna temporanja, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddifferixxu l-perjodu li matulu s-sottoskritt ikun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għall-pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(9) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …nhar …

(Firma)(10)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar … sabiex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja Nru … ta’ (11)

(Timbru u Firma)

________________

Noti:

(1)

Kunjom u isem jew isem id-ditta.

(2)

Indirizz sħiħ.

(3)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li ma tistax tintuża l-garanzija fuq it-territorju tiegħu/tagħhom.

(5)

Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)

Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħra dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid ta’ merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’aktar minn Stat Membru wieħed.

(8)

Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:

(a)

ħażna temporanja,

(b)

proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu,

(c)

proċedura ta’ ħażna doganali,

(d)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(e)

proċedura ta’ proċessar attiv,

(f)

proċedura ta’ użu aħħari,

(g)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit,

(h)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit,

(i)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip.

(9)

Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(10)

Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb fi kliem)

(11)

Għandha timtela mill-uffiċċju fejn il-merkanzija ġiet introdotta skont il-proċedura jew fejn kienet maħżuna temporanjament.
”;

(b)

L-Anness C2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS C2

IMPENN TAL-GARANTI - GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

I.   Impenn tal-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(4), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda skont il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu l-impenn li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 10 000 għal kull vawċer.

2.

Is-sottoskritt jintrabat li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura tkun twettqet qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jiddeferixxu l-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni jew komuni koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma)(6)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

________________

Noti:

(1)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta.

(2)

Indirizz sħiħ

(3)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)

Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(6)

Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta’ garanzija”.
”.

(c)

L-Anness C4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS C4

IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.   Impenn tal-garanti

1.

Is-sottoskritt(1)

residenti fi(2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

sa ammont massimu ta’ …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino ( 5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna qiegħda tipprovdi din il-garanzija (6)

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra (7) li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f’ammont ta’:

(a)

li jkun 100/50/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għat-total tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,

kif ukoll

(b)

li jkun 100/30 % ( 8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għat-total tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,

1a.

L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt(9):

(a)

ħażna temporanja - … ,

(b)

proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu - … ,

(c)

proċedura ta’ ħażna doganali - … ,

(d)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni - … ,

(e)

proċedura ta’ proċessar attiv - … ,

(f)

proċedura ta’ użu aħħari - … ,

(g)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - …

1b.

L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt ( 9 ) :

(a)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit, - … ,

(b)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit - … ,

(c)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - … ,

(d)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - … ,

(e)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni- … ,

(f)

proċedura ta’ użu aħħari - … (10) ,

(g)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - …

2.

Is-sottoskritt jintrabat li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba sal-ammont massimu msemmi iktar ’il fuq wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jiddiferixxu l-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jirriżulta tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(11 ) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma) ( 12)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

________________

Noti:

(1)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta.

(2)

Indirizz sħiħ.

(3)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(5)

Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)

Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura komuni/tal-Unjoni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(8)

Ħassar dak li ma japplikax.

(9)

Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.

(10)

Għall-ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura- tal-użu aħħari.

(11)

Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-post tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(12)

Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’…” (l-ammont jinkiteb fi kliem).
”;

2.   

Fl-Anness C5, fil-kaxxa 7, il-kelma “MONTENEGRO” tiddaħħal bejn il-kliem “L-IŻLANDA” u “IL-MAĊEDONJA TA’ FUQ”.

3.   

Fl-Anness C6, fil-kaxxa 6, il-kelma “MONTENEGRO” tiddaħħal bejn il-kliem “L-IŻLANDA” u “IL-MAĊEDONJA TA’ FUQ”.

4.   

Fl-Appendiċi IIIa, it-Titolu IV, l-Anness A1a, huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-parti tat-tabella “N–imballaġġ – 98200” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

– “

ME

N pakovanje”;”

(b)

Fil-parti tat-tabella “Validità limitata – 99200” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Ograničena važnost”;”

(c)

Fil-parti tat-tabella “Deroga – 99201” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Oslobođeno”;”

(d)

Fil-parti tat-tabella “Prova alternattiva – 99202” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Alternativni dokaz”;”

(e)

Fil-parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn il-merkanzija kienet ippreżentata....(isem u pajjiż) – 99203”, jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Razlike: carinska ispostava u kojoj je roba podnesena……(naziv i država)”;”

(f)

Fil-parti tat-tabella “Ħruġ mill-…soġġett għar-restrizzjonijiet jew għall-imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … - 99204” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Izlaz iz…podliježe ograničenjima ili naplati troškova u skladu s Uredbom/Direktivom/Odlukom br. ...... ”;”

(g)

Fil-parti tat-tabella “Konsenjatur awtorizzat” – 99206” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Ovlašćeni pošiljalac ”;”

(h)

Fil-parti tat-tabella “Deroga tal-firma– 99207” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Oslobođeno potpisa”;”

(i)

Fil-parti tat-tabella “GARANZIJA KOMPRENSIVA PROJBITA – 99208” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

ZABRANJENO ZAJEDNIČKO OBEZBJEĐENJE”;”

(j)

Fil-parti tat-tabella “UŻU MHUX RISTRETT – 99209” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

NEOGRANIČENA UPOTREBA” ;”

(k)

Fil-parti tat-tabella “Maħruġ retroattivament – 99210” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Izdato naknadno” ;”

(l)

Fil-parti tat-tabella “Varji – 99211” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

– “

ME

Razno” ;”

(m)

Fil-parti tat-tabella “Bl-ingrossa – 99212” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Rasuto”

(n)

Fil-parti tat-tabella “Konsenjatur – 99213” jiżdied l-inċiż li ġej qabel MK:

“—

ME

Pošiljalac” .”


DEĊIŻJONI Nru 4/2025 AL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-PAJJIŻI TA’ TRANŻITU KOMUNI

tad-19 ta’ Settembru 2025

fir-rigward tal-emendi tal-Appendiċi III ħall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-CTC,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Moldova wriet xewqitha li taderixxi mal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 3/2025 tad-19 ta’ Settembru 2025 mill-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni.

(2)

Għar-Repubblika tal-Moldova, ma hemmx bżonn li tiddaħħal verżjoni lingwistika ġdida tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni, peress li l-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Moldova hi r-Rumen.

(3)

Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tikkorrispondi mad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova mal-Konvenzjoni.

(4)

Biex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta’ garanzija stampati f’konformità mal-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Moldova, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b’xi adattamenti.

(5)

Jenħtieġ li l-Konvenzjoni tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data li fiha r-Repubblika tal-Moldova ssir parti kontraenti għall-Konvenzjoni.

2.   Il-formoli bbażati fuq il-formoli mudell fl-Annessi C1, C2, C4, C5 u C6 tal-Appendiċi III kif kienu fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2025 jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għan-notifika jew tal-aġent awtorizzat, sal-31 ta’ Diċembru 2026.

Magħmul f’Bern, id-19 ta’ Settembru 2025

Għall-Kumitat Konġunt EU-CTC

Il-President

Marco BENZ


ANNESS

1.   

L-Appendiċi III għall-Konvenzjoni hija emendata kif ġej:

(a)

L-Anness C1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS C1

IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   Impenn tal-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

residenti fi (2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

sa ammont massimu ta’ …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino (5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna qiegħda tipprovdi din il-garanzija (6):

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra (7) ……………..fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn taħt u li hija koperta mill-operazzjoni doganali li ġejja (8):

Deskrizzjoni tal-merkanzija

2.

Is-sottoskritt jintrabat iħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura speċjali għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħażna temporanja, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jiddiferixxu l-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(9) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi … nhar …

(Firma)(10)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar… sabiex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja Nru…ta’ … (11)

(Timbru u Firma)

________________

Noti:

(1)

Kunjom u isem jew isem id-ditta.

(2)

Indirizz sħiħ.

(3)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li ma tistax tintuża l-garanzija fuq it-territorju tiegħu/tagħhom.

(5)

Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta u indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)

Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħra dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’aktar minn Stat Membru wieħed.

(8)

Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:

(a)

ħażna temporanja,

(b)

proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu,

(c)

proċedura ta’ ħażna doganali,

(d)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni,

(e)

proċedura ta’ proċessar attiv,

(f)

proċedura ta’ użu aħħari,

(g)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit,

(h)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit,

(i)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip.

(9)

Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(10)

Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’ …” (l-ammont jinkiteb fi kliem)

(11)

Għandha timtela mill-uffiċċju fejn il-merkanzija ġiet introdotta skont il-proċedura jew fejn kienu maħżuna temporanjament.
”;

(b)

L-Anness C2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS C2

IMPENN TAL-GARANTI - GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA’ VAWĊERS

I.   Impenn tal-garanti

1.

Is-sottoskritt(1)

residenti fi (2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino(4), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista’ jkun jew jista’ jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda skont il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu l-impenn li joħroġ vawċers ta’ garanzija individwali sa massimu ta’ EUR 10 000 għal kull vawċer.

2.

Is-sottoskritt jintrabat li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta’ garanzija individwali, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura tkun twettqet qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jiddiferixxu l-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jiġġarrab tul l-operazzjoni ta’ tranżitu tal-Unjoni jew komuni koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(5) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma)(6)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

_______________

Noti:

(1)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta.

(2)

Indirizz sħiħ

(3)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)

Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(6)

Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta’ garanzija”.
”.

(c)

L-Anness C4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS C4

IMPENN TAL-GARANTI – GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.   Impenn tal-garanti

1.

Is-sottoskritt(1)

residenti fi(2)

b’dan jiggarantixxi in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’

sa ammont massimu ta’ …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja) u l-Georgia, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq(3) (4), il-Prinċipat ta’ Andorra u r-Repubblika ta’ San Marino ( 5), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna qiegħda tipprovdi din il-garanzija (6)

tista’ tkun jew tista’ ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fil-forma ta’ dazju u imposti oħra (7) li jista’ jkun jew seta’ kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f’ammont ta’:

(a)

li jkun 100/50/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għat-total tal-ammonti elenkati fil-punt 1a,

kif ukoll

(b)

li jkun 100/30 % ( 8) tal-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u imposti oħra li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għat-total tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,

1a.

L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt(9):

(a)

ħażna temporanja - … ,

(b)

proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni/proċedura komuni ta’ tranżitu - … ,

(c)

proċedura ta’ ħażna doganali - … ,

(d)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni - … ,

(e)

proċedura ta’ proċessar attiv - … ,

(f)

proċedura ta’ użu aħħari - … ,

(g)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - …

1b.

L-ammonti li jiffurmaw il-parti tal-ammont ta’ referenza li tikkorrispondi għal ammont ta’ djun doganali u, meta japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull waħda mill-finijiet imsemmija hawn taħt (9):

(a)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr pagament differit, - … ,

(b)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali b’pagament differit - … ,

(c)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - … ,

(d)

rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni - … ,

(e)

proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni- … ,

(f)

proċedura ta’ użu aħħari - … (10) ,

(g)

f’każ ta’ operazzjonijiet oħra – indika t-tip - …

2.

Is-sottoskritt jintrabat li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista’ jiddiferixxi l-pagament tal-ammonti mitluba sal-ammont massimu msemmi iktar ’il fuq wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm is-sottoskritt jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma j/tistabbilixxi li l-proċedura speċjali, għajr il-proċedura tal-użu aħħari tkun twettqet qabel ma jiskadi dak il-perjodu u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li s-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja tkun intemmet b’mod korrett jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija tkun ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni meqjusa valida, l-awtoritajiet kompetenti jiddiferixxu l-perjodu li matulu min iffirma jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba wara l-perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-applikazzjoni għal pagament. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta’ dan il-perjodu addizzjonali, b’mod partikolari kwalunkwe imgħax, iridu jiġu kkalkolati b’tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li kieku jiġi impost f’ċirkostanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta’ dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għall-pagament jew waqt it-30 jum ta’ wara.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa’ responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe dejn li jirriżulta tul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta’ dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika(11 ) f’kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Kunjom u ismijiet, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma’ dan l-impenn, indirizzati jew mibgħuta bil-miktub lil wieħed mill-indirizzi għan-notifiki tiegħu, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li ma jibdilx l-indirizz għan-notifika tiegħu jew, jekk ikollu bżonn jibdel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma) ( 12)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

________________

Noti:

(1)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta.

(2)

Indirizz sħiħ.

(3)

Skont il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies parti mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ din il-garanzija. Għalhekk, il-garanti stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għandu jindika indirizz għan-notifika jew jaħtar aġent fl-Irlanda ta’ Fuq jekk il-garanzija tkun tista’ tintuża hemmhekk. Madankollu, jekk garanzija, fil-kuntest ta’ tranżitu komuni, issir valida fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, indirizz uniku għan-notifika jew aġent maħtur fir-Renju Unit jista’ jkopri l-partijiet kollha tar-Renju Unit, inkluż l-Irlanda ta’ Fuq.

(4)

Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fuq it-territorju tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(5)

Ir-referenzi għall-Prinċipat ta’ Andorra u għar-Repubblika ta’ San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni.

(6)

Kunjom u isem, jew isem id-ditta, u indirizz sħiħ tal-persuna li qed tipprovdi l-garanzija.

(7)

Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura komuni/tal-Unjoni ta’ tranżitu jew tista’ tintuża f’iktar minn Stat Membru wieħed jew f’iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(8)

Ħassar dak li ma japplikax.

(9)

Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni.

(10)

Għall-ammonti ddikjarati f’dikjarazzjoni doganali għall-proċedura- tal-użu aħħari.

(11)

Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għan-notifika, il-garanti għandu jaħtar, f’dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b’tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-post tal-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’ tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(12)

Qabel ma jiffirma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta’…” (l-ammont jinkiteb fi kliem).
”;

2.   

Fl-Anness C5, fil-kaxxa 7, il-kelma “MOLDOVA” tiddaħħal wara l-kelma “L-IŻLANDA”.

3.   

Fl-Anness C6, il-kaxxa 6, il-kelma “MOLDOVA” tiddaħħal wara l-kelma “L-IŻLANDA”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2201/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top