This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22025D1855
Decision of the EEA Joint Committee No 160/2025 of 13 June 2025 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms [2025/1855]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2025 tat-13 ta’ Ġunju 2025 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2025/1855]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2025 tat-13 ta’ Ġunju 2025 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2025/1855]
ĠU L, 2025/1855, 2.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1855/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1855 |
2.10.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 160/2025
tat-13 ta’ Ġunju 2025
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2025/1855]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Għaldaqstant il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat biex tkun tista’ ssir din il-kooperazzjoni estiża mill- 1 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-paragrafi 5 u 14 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023 u 2024” jinbidlu bil-kliem “is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, fit-13 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1855/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)