This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22025D1034
Decision of the EEA Joint Committee No 63/2025 of 14 March 2025 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2025/1034]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2025 tal-14 ta’ Marzu 2025 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1034]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2025 tal-14 ta’ Marzu 2025 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1034]
ĠU L, 2025/1034, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1034/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1034 |
12.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 63/2025
tal-14 ta’ Marzu 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2025/1034]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2221 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċekinoċil, silikat tal-aluminju, emamektina, aċidi xaħmin C7 sa C20, pendimetalina, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza u triklopir (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2390 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metrafenon f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzzzzzzzzzzw (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2197):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2221 u (UE) 2024/2390 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Marzu 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/2221, 9.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2221/oj.
(2) ĠU L, 2024/2390, 9.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2390/oj.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1034/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)