Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22025D0589

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 294/2024 tas-6 ta’ Diċembru 2024 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2025/589]

ĠU L, 2025/589, 24.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/589/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/589/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/589

24.4.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 294/2024

tas-6 ta’ Diċembru 2024

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2025/589]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2000 tal-24 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1070 biex jirrazzjonalizza r-rappurtar dwar l-applikazzjoni tiegħu u biex jippermetti l-użu ta’ sistemi ta’ antenni attivi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 5czsb (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1070) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32024 R 2000: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2000 tal-24 ta’ Lulju 2024 (ĠU L, 2024/2000, 25.7.2024).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2000 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, u li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 277/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Anders H. EIDE


(1)   ĠU L, 2024/2000, 25.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2000/oj.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L, 2024/475, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/475/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/589/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top